Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika? Minn meta kont ta' età żgħira, kont naffaxina ruħi meta nara l-Logħob Olimpiku fuq it- televixin u kont noħlom li xi darba nkun fl-istess livell ta' dawk l-atleti li kont inqis bħala l-idoli tiegħi. Meta għalaqt 16-il sena, iddeċidejt li nagħmel dak il-pass li tant kont ili bix-xewqa li nagħmel, u bdejt nittrenja l-atletika mal-kowċ tiegħi Mario Micallef - il-persuna li mill-bidu nett emmen fit-talent tiegħi u dejjem appoġġjani biex nilħaq l-għanijiet tiegħi fl- atletika. Minn dik il-ġurnata 'l hawn, ftit 'il fuq minn ħames snin ilu, qatt ma fallejt sessjoni waħda ta' taħriġ, u għalkemm qatt ma kienet triq faċli għalija, qatt ma ddispjaċini li ħadt din id-deċiżjoni. Kif komplejt tevolvi fl-atletika? Il-karriera tiegħi fl-atletika, bħal kull ħaġa oħra, kienet mimlija kemm b'affarijiet pożittivi kif ukoll b'dawk negattivi. Ta' min isemmi li jien sofrejt żewġ injuries serji minn mindu ilni nittrenja l-atletika, però dejjem bellaħt lil ta' madwari meta bil-għajnuna ta' dawk qrib tiegħi kif ukoll bid-determinazzjoni u d-dedikazzjoni kbira li jien magħrufa għaliha, qatt ma qtajt qalbi u rnexxieli nirkupra u nkompli nirnexxi. Int kellek diversi esperjenzi fejn irrapreżentajt lil pajjiżna barra minn xtutna. Tina iktar dettalji. Hekk hu. Fost dawn insemmi l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru ġewwa l-Lussemburgu fl-2013 u fl- Iżlanda fl-2015, il-Logħob Ewropej li saru ġewwa l-Ażerbajġan fl-2015 kif ukoll il-Logħob tal-Mediterran ta' taħt it-23 sena li saru f 'Tuneż fl- 2016. Verament inħoss li esperjenzi bħal dawn huma ta' motivazzjoni kbira għalija sabiex inkompli nittrenja u nistinka sabiex intejjeb il-prestazzjonijiet u r-riżultati tiegħi u nagħmel lil pajjiżna u lil dawk li jemmnu fija, kburin bija. Irnexxielek tagħlaq l-istaġun li għadda b'ħin ta' 2:11:21s ġewwa l-Belġju. Tina iktar dettalji rigward din il- kompetizzjoni li ħadt sehem fiha f 'dan il-pajjiż. Dan il-ħin li ksibt fil- Belġju kien tliet sekondi aħjar minn dak li ksibt matul l-istaġun ta'qabel kif ukoll rekord nazzjonali ġdid għal taħt it-23 sena ġewwa pajjiżna. Dan ir-riżultat ma wasalx faċilment għalija, għaliex minħabba li lokalment ma kienx hawn kompetizzjoni ta' livell, kont qed insibha diffiċli sabiex ninżel dawk is- sekondi li l-kowċ tiegħi Mario Micallef kif ukoll il-kowċ nazzjonali tad- distanza medja Ivan Rozhnov, kienu jemmnu bis-sħiħ li kont kapaċi ntejjeb. Minkejja dan, ma qtajtx qalbi u bqajt nistinka sakemm fit-30 ta' Lulju li għadda, ikkompetejt ġewwa Leuven fil-Belġju u ssorprendejt lil kull min kien preżenti bil-prestazzjoni tiegħi, inkluż lili nnifsi għaliex sa ftit tal-ġranet qabel, għalija li nikseb dan il-ħin kienet biss xewqa! Nemmen li meta tkun trid verament tagħmel xi ħaġa f 'ħajtek, trid tibqa' ffukat u leali lejn dak il-ħsieb sabiex tasal għal dak il- għan, u hekk għamilt bl-għajnuna u s-sapport li sibt mingħand diversi nies fosthom il-kowċ tiegħi Mario Micallef, il-kowċ nazzjonali Ivan Rozhnov, Edwin Attard - president tal-MAAA, il-Kumitat Olimpiku Malti li tiegħu jien atleta Elite, SportMalta, ħbieb u familjari kif ukoll l-isponsors ewlenin tiegħi: Malta Nutrition, Medcomms Malta, St. Aloysius' Sports Complex kif ukoll Joma Full Marks Sporting. Biex stajt tikseb dawn is-suċċessi, persważ li kellek u għadek tagħmel diversi sagrifiċċji. Tikkonferma dan? Iva. Fil-fatt nistqarr li sabiex inkun nista' nikseb ir-riżultati mixtieqa, inqatta' minn tal-inqas tliet sigħat taħriġ kuljum, ġieli iktar, wara x-xogħol full-time. Nammetti li t-taħriġ ftit li xejn iħallili ħin liberu u nammetti li ma nsibhiex daqshekk faċli sabiex inlaħħaq ma' affarijiet oħra ta' divertiment. Sabiex inkun atleta ta' ċertu livell, irid ikun hemm involuti aspetti oħra apparti taħriġ iebes, bħal per eżempju insegwi dieta partikolari u stretta u nara li kemm jista' jkun jirnexxieli nistrieħ ammont ta' sigħat kuljum biex inkun ippreparata għas- sezzjonijiet ta' taħriġ, kif suppost. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl- atletika u x'inhuma L-Atleta tal-mument f 'Malta Cristian Antony Muscat "L-għan ewlieni u aħħari tiegħi, huwa dak li nikkwalifika għall-Logħob Olimpiku, u moħħi huwa ffukat fuq l-edizzjoni li jmiss" "Sofrejt żewġ injuries serji minn mindu ilu nittrenja l-atletika, però dejjem bellaħt lil ta' madwari għax qatt ma qtajt qalbi u rnexxieli nirkupra u nkompli nirnexxi" "F'Lulju kkompetejt ġewwa Leuven fil- Belġju u ssorprendejt lil kulħadd, inkluż lili nnifsi għax sa ftit qabel, għalija li nikseb dan il-ħin kienet biss xewqa" Francesca Borg - atleta Elite tat-tim nazzjonali tal-atletika, ta' 21 sena li tispeċjalizza l-ġiri ta' distanza medja, b'rekord nazzjonali l-kompetizzjoni tat-800 metru ta' taħt it-23 sena.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017