Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 'Il-proposta ta' kontroll fil-kirjiet, m'għandhiex tkun skartata' Minn Veronica Lynn Mizzi META mistoqsi dwar il-proposta ta' Yana Mintoff dwar il-kontrolli fuq il-prezzijiet tal-kera, wara li tkellem fuq is-suġġett iktar kmieni din il- ġimgħa fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici la qabel u lanqas tkellem kontriha. "Wieħed m'għandux jiskarta proposta bħal dik, iżda indipendentement minnha, trid tara x'inhi l-problema bħalissa u trid tara f 'pajjiżna x'miżuri għandna ndaħħlu." Kompla jsostni li Malta għandha realtajiet differenti minn pajjiżi oħrajn, fejn din il-miżura qed titħaddem b'element ta' suċċess u allura jeħtieġ li s-soluzzjonijiet ikunu magħmula apposta għalina. "Jiena li nibża' li jkun hemm proposti, li minkejja li l-intenzjonijiet tagħhom ikunu tajbin, iġibu sitwazzjoni bil-kontra ta' dak li tkun trid." L-ILLUM tad-29 ta' Mejju 2016 kienet żvelat kif Mintoff, f 'isem il- Forum Komunità Bormliża, kienet qed tipproponi li l-prezz ta' kirja privata, ma jistax jiżdied b'iktar minn 5% tal-medja tal-kirjiet f 'dik il-lokalità jew żona. Ma' din il-proposta ma kienx qabel la l-Prim Ministru u lanqas il-Ministru għall- Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Il-problema tal-kirjiet għoljin tinħass sew f 'Wied il-Għajn Mifsud Bonnici qal li mill-esperjenza tiegħu, partikolarment ta' house visits fid-distretti tal-kostitwenti tiegħu, il- problema tal-prezzijiet tal-kiri tinħass f 'Wied il-Għajn b'mod partikolari u anke f 'żoni f 'Ħal Tarxien. Żied jgħid li wara li tkellem fil-Parlament dwar il-piżijiet tal-prezzijiet tal-kera, kellu rispons pożittiv minn għadd kbir ta' nies. "Hawn żieda fil-kera, u n-nies qed ibatu biex isibu postijiet li fihom jistgħu jidħlu b'kirjiet li jifilħu jħallsu," isostni Mifsud Bonnici, waqt li jkompli jgħid li din iż-żieda jattribwiha għal żewġ fatturi prinċipali. Id-Deputat insista li waħda minn dawn ir- raġunijiet hija minħabba l-iskema taċ-ċittadinanza hekk kif sostna li din qed tgħolli l-prezzijiet tal-kera. Għal dan, din l-gazzetta staqsiet kif jista' jkun dan meta n-numru ta' dawn il-persuni kien fil-mijiet, u fil-fatt, it-tweġiba kienet li, "l-aspettattiva li int tista' ġġib iktar flus, tgħolli l-valur fis-suq." Mifsud Bonnici jgħid kif il-problema testendi anke fil-bejgħ tal-proprjetajiet u mhux biss fil-kera. Mifsud Bonnici jgħid li anke, jaf b'każ partikolari ta' nies barranin li xtraw proprjetà f 'Malta, mingħajr lanqas biss kienu preżenti biex jaraw il-post, jew iltaqgħu mal-bejjiegħ. "Għalhekk," ikompli jgħid id-deputat, "jekk koppja trid tixtri proprjetà qed issibha iktar diffiċli, u fl-istess waqt għandek żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet." Meta mistoqsi xi proposti għandhom isiru sabiex din il-problema tibda tiġi indirizzata, Carm Mifsud Bonnici qal li għandu jkun hemm skema li tinċentiva lis-sidien sabiex jikru l-postijiet tagħhom lil persuni bi dħul baxx, u dan jispiċċa jħallas rata iktar baxxa ta' taxxa fuq il-kera. B'hekk, ikun qed jiġi inċentivat sabiex jikri postu lil min ikun fil-bżonn. Ħafna nies ma jridux jintrabtu għal kirja ta' seba' snin Minkejja dan, il-Gvern diġà għaddej bi proġett pilota, li kien imħabbar fil- baġit li għadda, ta' skema bħalma qed jipproponi Mifsud Bonnici, li titlob li s-sid u min jikri jintrabtu li se jibqgħu jagħmlu dan għal seba' snin. Dwar din, Mifsud Bonnici qal li ma jaqbilx mal-irbit ta' seba' snin. "Il-Gvern, għax għaraf din is-sitwazzjoni, qal li dawk li se jikru post lil dawn in-nies, se jnaqqsilhom mir-rata tat-taxxa, imma jridu jintrabtu minn qabel li se jikru post lil xi ħadd għal seba' snin. Issa ħafna minn dawn in-nies, mhux interessati li jidħlu fiha din il-ħaġa, u jien issuġġerejt li minflok, dak li jkun jiddikjara li se jkun qed jikri l-post tiegħu lil nies f 'ċertu faxex, bħal housing soċjali, u għax qed jiddikjara dan, ħa jkollu benefiċċji ta' taxxa aħjar milli għandu llum." Fil-fatt, jgħid li mill-esperjenza tiegħu partikolarment mill-house visits jara kif, "f 'sena nsib lil familja A, wara tliet snin insib lil familja B u wara erba' snin, insib lil C." Għalhekk, iżid jgħid li hemm affarijiet oħra li jistgħu jsiru, bħal "jiżdiedu s-sussidji fil-ħlas li l-Awtorità tad-Djar tagħti għal housing soċjali." Il-Gvern irid jiggarantixxi l-istabbiltà Minkejja dan, meta l-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' kelliem mill- Ministeru għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali qal li fil-preżent, wara miżura fil-baġit li għadda, hawn 100 familja fi proġett pilota li qegħdin igawdu minn din l-iskema u huma marbuta għal seba' snin. Fil-fatt, il-kelliem jinsisti li huwa importanti dan it-tul ta' żmien, sabiex jiggarantixxi stabbiltà lil dawn il-familji. Qal ukoll kif filwaqt li l-familja qed tkun garantita stabbiltà għal seba' snin, is-sid tal-proprjetà ikun qed igawdi minn rati ta' taxxa ta' 5% fuq il-kirja. Minbarra l-miżura msemmija iktar kmieni, fil-baġit li għadda, il-Gvern anke żied is-sussidju tiegħu għal min ikun qed jikri. Minkejja dan, Carm Mifsud Bonnici jgħid li dan, minkejja li huwa pass 'il quddiem, "mhuwiex biżżejjed." Mifsud Bonnici jtemm jgħid li, "irridu naqbżu għan-nies biex ma jħossux id-daqqa daqshekk," hekk kif fakkar li jeżistu familji li qed joħorġu madwar 50- 60% tad-dħul tagħhom. Aqra wkoll opinjoni fuq paġna 16 Id-Deputat Carm Mifsud Bonnici evażiv meta mistoqsi dwar il-proposta ta' Mintoff għal kontrolli fil-prezzijiet tal-kera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017