Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Sports 30 X'qed jinħema mis-suq tat-trasferimenti internazzjonali... RADAMEL FALCAO - Radamel Falcao huwa l-aħħar plejer li qed jissemma' li jista' jmur jilgħab fiċ-Ċina fejn huwa mifhum li huwa jista' jingħaqad ma' Tianjin Quanjian għas-somma ta' €50 miljun. Matul dan l-istaġun, Falcao qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Monaco fejn skorja 12- il gowl f '14-il partita fil-Kampjonat tal-Ligue 1. Dan wara li kellu esperjenza mhux daqstant sodisfaċenti meta kien misluf lil Manchester United u Chelsea fl-Ingilterra. JOHN TERRY - Iċ-champions Ċiniżi, Guangzhou Evergrande, qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta attraenti għal John Terry, liema offerta qed tidher bħala waħda impossibbli li huwa jirrifjuta. Dan hekk kif qed jiġi rrapurtat li huma jinsabu lesti li joffru salarju ta' £8 miljun fis-sena għal dan il-plejer li fl-aħħar snin kien strumentali għal diversi suċċessi miksuba minn Chelsea. ROBBIE KEANE - L-eks attakkant Irlandiż ta' Liverpool u Tottenham Hotspur, Robbie Keane, qed jissemma' li jista' jingħaqad ma' Preston North End. Dan wara li dan il-plejer bħalissa jinsab mingħajr klabb wara li ħalla lil LA Galaxy. L-unika ħaġa li qed tinkwieta lis-sid ta' Preston, Simon Grayson, hija dik li Robbie Keane li llum jgħodd is-36 sena qed jitlob salarju li Preston North End ma jistgħux jaslu għalih. Jekk Robbie Keane jingħaqad ma' dan il-klabb huwa jsieħeb lill-kompatrijotti Irlandiżi, Greg Cunningham, Alan Browne, Andy Boyle, Daryl Horgan, Aiden McGeady u Eoin Doyle. DIEGO GODIN - Jose Mourinho jixtieq bil-kbir li d-difensur Urugwajan ta' Atletico Madrid Diego Godin jingħaqad ma' dan it-tim għas-somma ta' £30 miljun biex isaħħaħ id-difiża tar-Red Devils. Dan wara li t-tliet difensuri Marcos Rojo, Daley Blind u Chris Smalling ftit li xejn impressjonaw mat-tim minn Old Trafford sa issa. Kollox qed jindika li Diego Godin jista' jkun qed jingħaqad ma' Manchester United sa minn Jannar li ġej. DANIEL STURRIDGE - Hekk kif jidher li dawn huma l-aħħar jiem ta' Daniel Sturridge ma' Liverpool, qabel ma jiġi misluf jew jinbiegħ lil xi tim ieħor sa minn Jannar li ġej, West Ham United jidhru li jinsabu fil-pole position li jakkwistaw lil dan il-plejer matul ix-xahar id-dieħel biex ikun sostitut denju ta' Andy Carroll li ħafna drabi jbati minn diversi injuries li jħalluh barra mil-logħob. Matul dan l-istaġun sa issa, Daniel Sturridge, naqas milli jagħmilha mal-ewwel 11 ta' Liverpool għal bosta drabi, u kien għalhekk li huwa beda jiġbed interess minn klabbs oħra fl-Ingilterra fosthom mill-Hammers. CHARLY MUSONDA - Il-kowċ ta' Roma, Luciano Spalletti kkonferma li t-tim mill-kapitali Taljana jinsab interessat fl-akkwist tal-plejer ta' Chelsea, Charly Musonda, sa minn dan ix-xahar stess. Dan il-plejer li jilgħab mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena tal-Belġju kellu esperjenza ta' self ma' Real Betis mitmuma qabel iż-żmien, u reġa' lura ma' Chelsea, fejn Antonio Conte wiegħdu li se jkun qed itih iċ-ċans li jilgħab mal-ewwel tim ta' Chelsea. Iżda sa issa, huwa għadu ma ngħatax dan iċ-ċans b'Luciano Spalletti jisħaq li jekk huwa jingħaqad ma' Roma, ikollu ċans regolari li jilgħab bil-flokk aħmar ta' dan it-tim. DANNY ROSE - Pep Guardiola jrid li Danny Rose jingħaqad ma' Manchester City, fejn qed tissemma s-somma ta' €25 miljun biex dan ikun jista' jseħħ. Huwa fatt magħruf li bħalissa d-difiża ta' Manchester City qed taffronta diversi sfidi. Dan qed jidher evidenti kulma jmur iż-żmien, fejn qed jidhru diversi xquq fil-qalba tad-difiża speċjalment permezz ta' ċerti żbalji fosthom minn John Stones. Madankollu, jekk Danny Rose jiġi akkwistat mill-Blues, dan ikun qed jieħu post id-difensur left-back ta' Manchester City, Gael Clichy. Intant, qed jiġi rrappurtat li anke Manchester United jinsabu interessati fl-akkwist ta' dan id-difensur. JESSE LINGARD - Arsenal tefgħu ħarsithom fuq il-plejer żagħżugħ ta' Manchester United, Jesse Lingard. Il-kuntratt ta' dan il-plejer ta' 23 sena mar-Red Devils jiskadi fi tmiem l-istaġun u l-Gunners huma lesti li joffrulu salarju ta' £120,000 fil-ġimgħa. Dan it- trasferiment qed jitqies bħala wieħed li jista' jsir iktar fattibbli fid-dawl tal-fatt li l-Gunners jistgħu jitilfu s-servizzi ta' Mesut Ozil u Alexis Sanchez li fadlilhom sena u nofs fuq il- kuntratt tagħhom, iżda jidher li huma ma jinsabux daqshekk ħerqana li jġeddu l-kuntratt tagħhom mat-tim minn Londra mmexxi minn Arsene Wenger.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017