Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 25 TV/Ċinema LAĦWA diretturi Belġjani, Jean-Pierre u Luc Dardenne qed jerġgħu jippreżentaw film b'tema morali, 'The Unknown Girl'. Infatti, f 'dan it-thriller li fl-iżvolgiment tiegħu jmiss il-ġeneru 'noir films' fl-andament biss, imma mhux fl-ispirtu propju ta' dan it-tip, għal darb'oħra għandna protagonista mara. Bħal fl-aħħar xogħol tagħhom li ntwera hawn, 'Two Days, One Night' fejn il-protagonista tistaqsi u titkixxef jekk sħabha l-ħaddiema humiex lesti li jċedu l-bonus tagħhom biex hi tibqa' taħdem, f ''The Unknown Girl' insibu tabiba ambizzjuża li qed tirnexxi f 'xogħolha, li tagħmilha ta' investigatriċi persistenti. Dr. Jenny Davin [Haenel] tgħaddi l-ġranet tagħha tikkura l-pazjenti b'diliġenza kbira. Meta darba tard filgħaxija ddoqq il- qanpiena tad-dar hi tiddeċiedi li ma tiftaħx il-bieb f 'dak il-ħin. L-għada, mhux 'il bogħod mill-klinika fejn isservi tinsab mara mejta u mill-kamera tas- sigurtà tal-post tagħha tinduna li hi dik li ma fetħitilhiex. Mimlija rimors, tibda tistaqsi lill-pazjenti tagħha u ma' kull min tiltaqa' jekk jafux lil din il-mara. Din l-investigazzjoni, pjuttost ta' fittagni żejda twassal lil din it-tabiba f 'kunflitt ma' nies ta' karattru oskur. Din il-produzzjoni li hija bis-sotto titoli hi ddominata minn Adele Haenel fil-parti tal-medika li tikkonċerna ruħha b'investigazzjoni sfiqa fl-istess waqt li dejjem tibqa' mingħajr emozzjoni għal dak kollu li jiġi ma' wiċċha. Film kważi klawstrofobiku, bla ebda pretenzjonijiet, li xorta jżommlok l-interess ħaj. Iċ- ċinemasti Belġjani għandhom ikunu kburin bl-aħwa diretturi Dardenne! 'MANCHESTER By The Sea' miktub u dirett b'mod tassew realistiku minn Kenneth Lonergan, hu dramm sensittiv dwar familja tal-klassi tal- ħaddiema. Ambjentat f 'post ħdejn il- baħar f 'xatt tat-tramuntana ta' Massachusetts, l-andament jiżvolġi madwar il-familja Chandler. Lee Chandler [Affleck] li joqgħod fil-belt ta' Quincy u jaħdem bħala mastrudaxxa, hu bniedem kwiet ta' għalih waħdu. Lee jinsab hekk minħabba tensjoni fil-post tax-xogħol u f 'din il-qagħda, jinvolvi ruħu fi ġlieda f 'ħanut tax- xorb. Mingħand ħabib tal-familja jsir jaf li ħuh, Joe [Chandler] tah attakk tal-qalb u sakemm Lee jasal fil-belt ta' Manchester-By- The-Sea jilħaq imut. Sakemm jirranġa l-funeral ta' ħuh, isir jaf li Joe ħallieh bħala l-kustodju tat-tifel teenager tiegħu, Patrick [Hedges]. Qabel jieħu dan l-inkarigu, hu jibda jaħseb fuq il-passat traġiku tiegħu, avveniment li minħabba fih, martu Randi [Williams] iddivorzjatu. Il-miġja f 'Manchester tieħu t-tul għax it-temp ħażin li jagħmel, jittardja l-funeral. Hawn, Lee jiskopri li ż-żagħżugħ Patrick ukoll qed isib problemi ma' wiċċu, fosthom ma' tfajliet tamparu, u jipprova jagħmel l-almu tiegħu kollu biex, bħala zijuh, ikun ta' xempju tajjeb għalih. 'Manchester By The Sea' jirrakkonta storja komuni li ħafna familji għaddew minnha. Din il-produzzjoni tgawdi primarjament minn atturi fl-aqwa tagħhom, speċjalment Casey Affleck [li diġà rebaħ l-unur tal-Golden Globe], bniedem li d-destin tah fuq wiċċu u jixhed dan b'konvinzjoni, kif ukoll Michelle Williams bħala l-eks martu sogħbiena, tassew kredibbli u vulnerabbli fl-istess ħin. Il-fotografija ta' ambjent xitwi, ta' kesħa kbira u anki ta' sema ċar hi ta' min ifaħħarha. Film għad- dilettanti vera taċ-ċinema! Carmel Bonnici Manchester by the Sea Atturi Ewlenin: Casey Affleck; Michelle Williams; Kyle Chandler; Lucas Hedges; Gretchen Mol Direttur: Kenneth Lonergan Maħruġ minn KRS Releasing Tul: 139 min Ċert: 15 Atturi Ewlenin: Adele Haenel; Olivier Bonnaud; Jeremie Renier; Louka Minnella Diretturi: Jean Pierre u Luc Dardenne Maħruġ minn Side Street Films, Eden Cinemas Tul: 113 min Ċert: 15 Illejla fuq it-TV TVM 06:00 TVAM 07:30 Qalb in-nies 08:00 Il-Progett 08:30 Maltarti 09:00 Hadt l-Ahbar 10:00 Valletta 10:30 Malta u lil hinn minnha 12:00 News 12:15 Hadd Ghalik 15:00 Hbieb u Ghedewwa 16:00 News 16:05 Hbieb u Ghedewwa 18:00 News 18:15 Ghawdex illum 18:50 Mill-Qarcilla sas-Salib 19:15 Gliegel 20:00 News 20:50 Manwela 22:00 Headline News 22:05 L-irkant 22:35 Skjetti mal-lejl 23:15 News 23:30 Smack Down TVM 2 06:00 Euronews 08:00 TVAM 08:50 Ahbar Tajba 09:00 Holy Mass 09:45 Vatican Magazine 10:15 Qalb in-nies 10:45 DOT EU 11:00 Awtokura 11:30 Maltarti 12:00 Gourmet 12:30 Venere 13:00 L-irkant 13:30 Gadgets 14:00 Te Deum – Motetes for the King 15:30 Inquiry – Connecting brains to machines 16:30 BOV Premier – Balzan vs B'Kara 18:00 Madagascar 19:00 New Rooms 19:30 Mixage 20:00 Paq Paq on Test 20:15 Deheb il-Karta 20:25 News for the Hearing Impaired 20:30 Ghawdex illum 21:00 Kontrattakk 23:00 News in Eng- lish 23:05 Sports News NET TV 07:00 Net News 08:15 Telebejgħ 08:45 Analizi 09:30 Telebejgħ 10:15 Immagni 11:15 Quddiesa mis-Sant- warju Ta' Pinu 12:00 Skoperti 13:00 Net News 13:15 Telebejgħ 15:30 Iswed fuq l-Abjad (repeat) 16:40 Wheelspin (repeat) 17:30 Flusek (repeat) 18:00 Net News 18:05 What's for Dinner 18:45 Attivita' Politika 19:30 Net News 20:30 It's Morris 21:30 Replay 23:00 Net News ONE 07:00 Ilsien in-Nisa 08:30 Paperscan 10:00 Kwalita' Malta 11:30 Aroma Kitchen 12:30 One News 12:40 Telebejgh 13:00 indhouse 14:00 Kwalita' Malta 15:30 One News 15:35 Kwalita' Malta 16:50 Joe's Kitchen 17:30 L-Argument 19:00 Ieqaf 20 Minuta 19:30 Promozzjonijiet u Reklami 19:30 One News 20:10 Amber… Out & About 20:15 One Week 20:45 Klassi Ghalina 21:45 Il-Patt 22:55 Popcorn 23:30 One News 23:50 Ilsien in-Nisa (repeat) CANALE 5 06:00 Prima Pagina Tg5 07:55 Traffico – Meteo.it 07:59 Tg5 Mattina 09:10 Le frontiere dello spirit 09:45 Wild Atlantico 11:00 Le storie di melaverde 12:00 Melaverde 13:00 Tg5 – Meteo.it 13:00 Tg5 – Meteo.it 13:40 L'arca di noè 14:00 Domenica Live 18:45 Avanti un altro 19:57 Tg5 prima pagina 20:00 Tg5 – Meteo.it 20:40 Paperissima sprint 21:15 Il Segreto 23:21 Au- tumn in New York 00:20 Magic in the Moonlight 00:45 TgCom – Meteo.it ITALIA 1 06:10 Mediashopping 06:25 Licia dolce licia 06:45 Mediashopping 07:00 Super Partes 07:30 Tom & Jerry Tales 07:45 Grandi uomini per grandi idee 08:10 Siamo fatti così 08:10 Documentario 08:35 Titti e Silvestro 08:45 Duffy Duck 08:55 Tom & Jerry 09:52 TgCom – Meteo.it 10:35 Un poliziotto a quattro zampe 2 11:32 Tgcom - meteo.it 12:25 Studio Aperto – Meteo.it 13:00 Sport Mediaset – XXL 14:00 Le nuove comiche 14:57 Tgcom - meteo.it 16:00 Belli freschi 17:27 TgCom – Meteo.it 17:50 The Goldbergs 18:30 Studio Aperto – Meteo.it 19:01 La Mummia 19:57 TgCom – Meteo. it 21:25 Outcast 22:17 TgCom – Meteo.it 23:30 Il Pres- celto 01:55 Studio Aperto – La Giornata RETE 4 06:50 Tg4 Night News 07:10 Mediashopping 07:40 Super Partes 08:20 Terra! 09:20 Africa 10:00 S. Messa 10:50 Africa 11:30 Tg4 – Meteo.it 12:00 Julie Lescaut 12:02 Il Gladiatore di Roma 12:40 TgCom – Meteo. it 14:00 Donnavventura 15:00 Il Mammasantissima 15:38 TgCom – Meteo.it 17:02 La collera del vento 17:51 TgCom – Meteo.it 18:50 Anteprima tg4 18:55 Tg4 19:36 Dentro la notizia – Meteo.it 19:55 Tempesta d'amore 21:15 Nati con la camicia 21:58 TgCom – Meteo.it 23:43 I bellissimi di R4 23:50 L'ultimo bacio 00:30 Terra! 01:30 Modamania 02:10 Tg4 night news RAI UNO 07:00 Tg1 09:40 Dreams Road 2016 10:30 A sua im- magine 10:55 Santa Messa 12:00 Recita dell'Angelus 12:20 Linea Verde Domenica 13:30 Tg1 14:00 L'arena 16:45 Che tempo fa 17:00 Tg1 17:05 Domenica in 18:45 L'eredità 20:00 Tg1 20:35 Techetechetè 21:30 Che dio ci aiuti 4 23:00 Tg1 60 secondi 23:40 Speciale tg1 01:15 Tg1 Notte – Che tempo fa 01:50 Sottovoce RAI DUE 07:20 Sea Patrol 08:00 Guardia Costiera 09:25 La nave dei sogni 11:00 Mezzogiorno in famiglia 13:00 Tg2 giorno 13:45 Quelli che aspettano 15:30 Quelli che il calcio 17:00 90° minuto – Zona Mista 18:00 Rai Sport 90° minute 19:00 Tg2 flash l.i.s. 19:05 Sempre più sbandati 19:35 Squadra Speciale Cobra 11 20:30 Tg2 – 20.30 21:05 N.C.I.S. 22:40 La domenica sportiva 01:15 Sorgente di Vita 01:45 Minotaur RAI TRE 08:00 Sembra ieri 08:30 Domenica Geo 10:00 Provin- cia Capitale 11:10 TGR Estovest 11:30 TGR regioneu- ropa 12:00 Tg3 12:25 TGR Mediterraneo 12:55 Tg3 l.i.s. 13:00 Il Posto Giusto 14:00 Tg Regione 14:15 Tg3 14:30 In 1/2 h 15:00 Kilimangiaro 18:55 Meteo 3 19:00 Tg3 19:30 Tg Regione 20:00 Che tempo che fa 22:50 Stato Civile 23:45 Tg3 – Meteo 3 00:00 Tg3 linea notte 00:10 Tg Regione 01:00 Meteo 3 Embassy Cinemas Valletta Tel. 21 227436, 21 245818 xXx3: The Return of Xander Cage (12A) 10:25, 13:45, 16:10, 18:35, 21:00 Why Him? (15) 13:40, 16:05, 18:30, 20:55 Ballerina (U) 10:20, 14:00 Collateral Beauty (12A) 16:05, 18:20, 20:40 Assassin's Creed (12A) 10:15, 13:30, 16:00, 18:25, 20:50 Silence (12) 10:20, 14:00, 17:30, 20:45 La La Land (12A) 10:00, 13:00, 15:45, 18:25, 21:10 Valletta Living History (U) 10:00, 10:45, 11:30, 12:15, 13:00, 13:45, 14:30, 15:15 Eden Cinemas St Julian's Tel. 23 710400 La La Land (12A) 13:15, 15:50, 18:25, 21:00, 23:45 Rogue One: A Star Wars Story (12A) 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 Live by Night (15) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15, 23:50 xXx: Return of Xander Cage (TBA) 13:30, 16:05, 18:40, 21:15, 23:40 The Unknown Girl (TBA) 14:00, 18:50 Assassin's Creed (12A) 14:00, 16:20, 18:40, 21:10, 22:50, 23:35 A Monster Calls (12A) 14:00, 16:15, 18:35, 20:50 Silence (12) 14:00, 17:20, 20:30 Passengers (12A) 14:00, 16:25, 18:50, 21:15 Moana (PG) 14:00, 16:20, 18:40, 21:00 Why Him? (15) 14:00, 16:20, 18:40, 21:00, 23:25 Underworld: Blood Wars (15) 14:05, 16:20, 18:25, 20:30, 22:35 Ballerina (U) 14:20, 16:25, 18:25 One Piece Film Gold (TBA) 16:25, 21:15 Collateral Beauty (12A) 20:40 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Why Him? (15) 11:15, 13:35, 16:05, 18:30, 20:50 La La Land (12A) 10:30, 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 Assassin's Creed (12A) 10:50, 13:35, 16:00, 18:30, 21:00 xXx: Return of Xander Cage (12A) 11:00, 13:35, 16:10, 18:30, 21:00 Manchester by the Sea (15) 10:30, 13:15, 15:55, 18:35, 21:15 Live by Night (15) 10:45, 15:55, 18:35, 21:15 Moana (PG) 13:30, 17:30 Silence (12) 10:45, 14:00, 20:45 Films ċ-ċinema The Unknown Girl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017