Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

MINN tal-inqas 16-il żagħżugħ u żagħżugħa mill- Ungerija, tilfu ħajjithom wara li nħarqu ħajjin f 'xarabank qrib Verona fl- Italja. Iż-żgħażagħ li kellhom bejn 14 u 18-il sena, kienu qegħdin fuq xarabank li għal xi raġuni ħabtet u ftit wara qabad in-nar. Minkejja s-16-il vittma, kien hemm ukoll 39 oħra li weġġgħu f 'dan l-inċident, b'10 minnhom ikunu f 'kundizzjonijiet gravi. L-inċident tard il-Ġimgħa filgħaxija meta x-xarabank ħabat ma' kolonna fil-ġenb tat-triq hekk kif kien ħiereġ mill-motorway A4 qrib Verona. It-tfal u żgħażagħ kienu qed jirritornaw lura lejn Budapest minn Franza fejn kienu qegħdin għal vaganza qalb il-muntanji. Hu rrappurtat li mal-impatt, numru kbir mill-istudenti inbesqu 'l barra mill-vettura, u ftit wara l-impatt din ħadet in-nar, bil-konsegwenza li nħarqu ħajjin 16-il żagħżugħ fil-maġġoranza tagħhom subien li ma rnexxilhomx joħorġu mill-vettura fil-ħin. Minkejja dan, il-membri tal-protezzjoni ċivili qalu li n-numru tal-vittmi mhux mistenni jiżdied. F'XHIEDA tal-Qorti ta' Żaren Vassallo ppubblikata mill-Ministru Owen Bonnici, l-istess kuntrattur u sostenitur tal-Partit Nazzjonalista jgħid li kien tkellem u saħansitra ltaqa' mal-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, dak iż-żmien bil-għan li jinstab kompromess, fil- ftehim dwar l-art tal-eks birrerija tal-Lowenbrau f 'Ħal Qormi. Fix-xhieda, Vassallo qal hekk: 'Jiena tkellimt u anke kont mort għand il-Ministru responsabbli dak iż-żmien u r-risposta kienet li lesti li npoġġu madwar mejda u nsibu kompromess.' Din ix- xhieda tikkonferma l-akkużi li kien għamel Bonnici, aktar kmieni dan ix-xahar dwar kompromess. Minkejja dan Jason Azzopardi baqa' jiċħad u fakkar illi hu ma kienx il- Ministru, imma s-Segreatarju Parlamentari. Fil-fatt, dan huwa minnu u l-Ministru dak iż-żmien dak iż-żmien kien il- kollega tiegħu Tonio Fenech. Minkejja din ix-xhieda, Żaren Vassallo, fi stqarrija nhar il- Ħadd 8 ta' Jannar, kien ċaħad li hu qatt kellu laqgħat ma' Jason Azzopardi, li dak iż-żmien kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, "u wisq anqas li wasalt għal xi forma ta' ftehim miegħu." L-istqarrija ta' dakinhar tkompli tgħid li, "Lil Azzopardi jiena qatt ma kellimtu dwar din il-materja, la fiż-żmien li kien il-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet u lanqas wara. Dan jgħodd ukoll għall-membri tas- Segretarjat Privat tiegħu." Rigward l-affidavit, Vassallo kien qal li, "Jekk verament jeżisti dan l-affidavit, min għamlu ħalef il-falz." Azzopsrdi: 'Bonnici huwa giddieb u vendikattiv' Intant, f 'konferenza tal- aħbarijiet b'risposta, id-deputat Jason Azzopardi sostna li l-Ministru Bonnici qed jigdeb u li ilu jigdeb għall-aħħar ġimagħtejn, "f 'diskors mibni biss fuq mibgħeda personali kontra min qed jikxef il- korruzzjoni. Azzopardi akkuża lil Bonnici li huwa giddieb, falz u vendikattiv. "Owen Bonnici ilu ġimgħatejn jgħid li jien iltqajt ma' Żaren Vassallo biex insibu kompromess dwar il-kundizzjoni tal-art f 'Ħal Qormi. Minnufih jien kont ressaqt libell dwar dan u issa ġie kkonfermat li din hija gidba totali. Issa anke Owen Bonnici kellu jibla kliemu wara li nqabad li ilu ġimgħatejn jigdeb dwari," qal Jason Azzopardi. Hu fakkar li anke Deborah Schembri provat titfa' t-tajn fuqu waqt il-programm Dissett li bdiet tistaqsi jekk qattx kien imur jara l-art ma' Żaren Vassallo. "Din ukoll hija gidba mill-bidu sal-aħħar," insista Jason Azzopardi. Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum 3 Aħbarijiet ECONOMICS OFFICER Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Economics Officer fi ħdan il-Ministeru għall- Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali. L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV iddettaljata jridu jintbagħtu fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Tal-Pilar, 31B, Triq Marsamxett, Valletta VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal- Ġimgħa 3 ta' Frar 2017. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tal- 20 ta' Jannar 2017. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://opm.gov.mt/en/PAHRO/RESOURCING/Pages/Forms%20and%20Templates/Forms-and- Templates.aspx Uħud mill-pożizzjonijiet li qegħdin jidhru f'din is-sejħa għall- applikazzjonijiet jistgħu jkunu kkunsidrati għall-ko-finanzjament mill- Fondi tal-Unjoni Ewropea Permezz ta' digriet mogħti s-27 ta' Ottubru 2016 mill-Qorti Prim'Awla, -atti tal-ittra uċjali numru 2820/16 -ismijiet Simon Estates Limited vs Alexia Lepre, ordnat is-segwenti pubblikazzjoni biex isservi ta' notika a tenur tal-Artikolu 187(3) tal-Kap. 12. Fil-Prim'Awla tal-Qorti Illum 25 ta' Awwissu 2016 Lil Alexia Lepre ta' 6 Margaret Mansions, Sqaq 2, Triq Preziosi, Lija. Permezz tal-preżenti Simon Estates Limited (C35786) ta' 159, Il-Ġebla, Labour Avenue, Naxxar, jerġa għall-aħħar darba jinterpellak sabiex tħallsu b'mod immedjat is-somma ta' Eur13,532 (inkluż VAT), oltre l-imgħaxijiet, prezz ta' xogħlijiet estensivi ta' nishing esegwiti minnha fuq inkarigu tiegħek l-fond residenzjali tiegħek 6, Margaret Mansions, Sqaq 2, Triq Preziosi, Lija skont kuntratt ta' appalt konkluż bejnietkom bl-isrittura datata 28 ta Diċembru 2011. Fin-nuqqas ta' ħlas, il-mittenti ser tmexxi kontra tiegħek bil-Qorti u bil-mandati skont il-liġi. Tant biex tagħraf timxi. Bl-ispejjeż u bl-imgħaxijiet. Reġistru tal-Qrati tal-Superjuri, illum 25 ta' Novembru, 2016 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali Żaren Vassallo jikkonferma li kien imwiegħed kompromess Tkompli l-gwerra ta' tgħajjir bejn Bonnici u Azzopardi Owen Bonnici waqt il-konferenza tal-bieraħ 16-il żgħażugħ inħarqu ħajjin f 'xarabank ix-xarabank maħruqa li ħalliet 16-il persuna mejtin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017