Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Birkirkara. ..................0 Valletta ......................1 PERMEZZ ta' wirja konvinċenti, Valletta, kisbu rebħa minima ta' 1-0 fuq Birkirkara. Kienu l-Beltin li ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota fl-14-il minuta meta xutt ta' Umeh Uchenna Calistus ġie mblukkat mid-difiża ta' Birkirkara bil-ballun jasal għand Romeu Pericles Romao li ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata bi bravura mill-goalkeeper ta' Birkirkara, Henry Bonello. Huma bdew jirriżultaw bħala l-aħjar tim fil-ground u fis-27 minuta, minn azzjoni personali, Santiago Malano ħarab bil-ballun, avvanza fil-kaxxa qabel permezz ta' xutt angulat fil-baxx tefa' l-ballun fir- rokna tax-xibka. Birkirkara wieġbu għall-ewwel darba fl-40 minuta meta Vito Plut għadda pass għan-nofs tal-kaxxa lejn Matthew Guillaumier li iżda minn pożizzjoni ferm ideali tefa' inkredibbilment barra. Fil-45 minuta, eżattament qabel ir-referee Malcolm Spiteri saffar tmiem l-ewwel taqsima, Gonzalo Malan għal Birkirkara kellu x-xutt angulat u insidjuz mill-viċin li ħabat max-xibka minn barra, biex ta l-illużjoni tal- gowl. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Valletta, ħarġu qishom iljuni u fil-50 minuta, Llwelyn Cremona li lbieraħ kellu wirja ferm tajba għadda pass tajjeb lejn Santiago Malano li fajjar xutt potenti u angulat minn ġol-kaxxa li iżda ħabat max-xibka minn barra. Il-Lilywhites komplew jattakkaw u sitt minuti wara, Umeh Uchenna Calistus, qabeż difensur Karkariż qabel ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit għoli minn fuq il-lasti ta' Henry Bonello. Fit-73 minuta, Valletta setgħu faċilment irduppjaw l-iskor meta Santiago Malano indirizza cross fil-baxx għan-nofs lejn Umeh Uchenna Calistus li iżda minn taħt il-lasta kellu konklużjoni ferm erratika, bil-ballun jintemm għoli. Birkirkara resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs fil-85 minuta iżda kienu sfortunati meta Gonzalo Malan waqqa' l-ballun lejn Srdan Dimitrov bil-konklużjoni ta' dan minn barra l-kaxxa tistampa mal-wieqfa. Birkirkara - Bonello, Bubalovic, Sciberras, Guillaumier (Scicluna 46'), Andelkovic, Dimitrov, Malan, Plut, Vukanac, Attard, Muir (Zerafa 63') Valletta - Bartkus, Caruana, Borg, Camilleri, Malano (Pulis 89'), Radzinevicius (Montebello 62'), Cremona, Pani, Uchenna Calistus (J. Borg 76), Aguirre, Pericles Romao Referi - Malcolm Spiteri SANTIAGO MALANO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fid-29 ta' Jannar 1987 fl-Arġentina. Ingħaqad ma' Valletta matul is-sajf li għadda. Skorja l-gowl tant importanti għal Valletta f 'din il-partita. Valletta jiksbu rebħa minima fuq Birkirkara Gareth Sciberras f 'konfront għall-ballun ma' Tomas Radzinevicius Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017