Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049
Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Opinjoni 17 M a fadal issa ebda dubju li fil- ftehim tal- Lowenbrau, kien hemm intervent politiku u kompromess li jfisser li, tħares minn fejn tħares lejha, il-pajjiż idaħħal biss 700,000 għal art ta' 21 tomna li libera u franka tiswa 8 miljun Ewro. Ilbierahtlura waqt Xarabank, jien ippubblikajt xhieda fil-Qorti (li qassamtha wkoll lill- ġurnalisti lbieraħ filgħodu) ta' Żaren Vassallo nnifsu. Bil-ġurament, Żaren Vassallo qal li: "Irċivejt risposta mil-Lands għax jiena tkellimt u anke kont mort għand il-Ministru responsabbli dak iż-żmien u r-risposta kienet lesti npoġġu madwar mejda u nsibu kompromess." Wara ġimagħtejn ta' Jason Azzopardi jiċħad li ltaqa' ma' Żaren Vassallo u offrilu kompromess, illum għandna mhux 'hearsay' kif qalilna Jason Azzopardi fuq Xarabank, mhux affidavit falz, imma xhieda bil-ġurament fil-Qorti quddiem l-Imħallef li wara d-deal tal-Lowenbrau kien hemm laqgħa mal-Ministru responsabbli mil-Lands u wegħda li se jintlaħaq kompromess. X'kien dan il- kompromess? Kollox jindika li dan kien li Żaren Vassallo spiċċa jħallas il-valur li kellha l-art fl-1990 minflok il-valur li kellha l-art fl- 2012. Jason Azzopardi nhar il- Ġimgħa tilifha għal kollox. Kulħadd seta' jara kemm kien vizibbilment skomdu u maħsud li reġa' nqabad. U din id-darba, nqabad bil- kbir. L-unika difiża li seta' joħroġ biha Jason Azzopardi hija li mhux hu kien il-Ministru. Mela ilu ġimagħtejn jiftaħar kemm ħa azzjoni dakinhar, u bgħatlu ittra, u issa mhux hu kien il-Ministru! Mela tajjeb – meta l-affarijiet isiru tajjeb, erħilu jippoppa sidru, imma meta l-affarijiet imorru ħażin, erħilu jisparixxi u jwaħħal f 'ħaddieħor. L-Awditur tkellem u semma lil Jason Azzopardi. Jason Azzopardi kien jieħu ħsieb il-Lands. Il-Bord ta' tliet periti nħatar minn Jason Azzopardi, il-kuntratt ġie ffirmat minn Jason Azzopardi. Issa jridna nemmnu li mhux hu kien iltaqa' ma' Żaren Vassallo, imma Ministru ieħor! Jekk għal sekonda nemmnu lil Jason Azzopardi li Żaren Vassallo ma kienx qed jirreferi għalih, allura l-istorja terġa' kibret iktar. Mhux biss għandna lil Jason Azzopardi li fi kliem l-Awditur għandu jassumi r-responsabbiltà, imma issa daħal fix-xena l-eks Ministru Tonio Fenech. Li skont Jason Azzopardi x-xhieda ġuramentata qed tirreferi għalih. Jiġiferi mhux problema waħda għandu Simon Busuttil, imma tnejn issa. Issa nafu bħala stat ta' fatt – wara ġimgħat jiċħdu –li Żaren Vassallo iltaqa' ma' Ministru u ġie mwiegħed kompromess. Ir-riżultat finali ta' dan il-kompromess huwa li Żaren Vassallo ħeles mill- kompromess li fuq dik l-art jista' jkollu biss birrerija u minflok bena imperu kollu supermarkets u ħwienet. Biex imbagħad, kumbinazzjoni xahar wara d-deal għadda għotja ta' kwart ta' miljun lill-Partit Nazzjonalista li skont Ann Fenech għadu ma ħallasx lura. Jason Azzopardi b'dak li qal l-Awditur biss, għandu jerfa r-responsabbiltà politika. Il-ġimgħa, kulħadd seta' jara b'għajnejh kemm qiegħed dahru mal-ħajt, aggressiv u isteriku biex jipprova jsalva postu. Imma issa, Jason Azzopardi żeffen fin-nofs lil Tonio Fenech. U allura jekk Żaren Vassallo iltaqa' ma' Tonio Fenech u ġie mwiegħed kompromess, issa hemm iktar tweġibiet x'jingħataw. L-istorja kibret sew u kulħadd qed jistenna li Simon Busuttil juri l-bieb ta' barra lil min żbalja skont l-Awditur Ġenerali u lil min iltaqa' u wiegħed kompromess lil Żaren Vassallo skont xhieda ġuramentata fil-Qorti. Medjazzjoni Kien mument importanti dak fejn matul il-ġimgħa li għaddiet jiena ppreżentajt fil-Parlament abbozz ta' liġi li għandu l-għan li jsaħħaħ il-medjazzjoni f 'pajjiżna. Il-medjazzjoni tfisser għodda ta' kif inti flok tmur il-Qorti, tipprova tpoġġi madwar mejda u tasal għal ftehim bonarju. F'ħafna pajjiżi fejn il-ġustizzja mxiet 'il quddiem u ġie reġistrat progress importanti, isir investiment qawwi ħafna fil- medjazzjoni. Sfortunatament f 'pajjiżna l-medjazzjoni, għajr meta ssir bejn l-avukati tal- partijiet minn jeddhom, ma tantx qabdet art u qabdet biss fejn il-medjazzjoni kienet imposta bħala parti mill-proċedura. Din tinstab fil-Qorti tal-Familja fejn irrid ngħid li meta nħarsu lura, insibu li kien ġie reġistrat suċċess. Fl- istess waqt jiena sensittiv għal min jgħid li l-kliem 'medjazzjoni obbligatorja' hija kontradizzjoni fit- termini u għalhekk meta ġejna għall-pass li jmiss, pruvajna noħolqu a ħalf-way house, ċoè li jkun hemm medjazzjoni ta' bilfors f 'qorti oħra apparti l-Qorti tal-Familja iżda bi dritt iktar faċli ta' opt-out jekk hemm bżonn immedjat. Dan il-proċess issa se jiġi estiż quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u tfasslu l-mekkaniżmi kollha li hemm bżonn sabiex 'il quddiem il-medjazzjoni tiġi estiża fi Qrati oħra. Jien konvint li bis-saħħa tax-xogħol li qed nagħmlu se nwasslu għal proċeduri irħas, eħfef u iktar spediti għall-ġid ta' min ikollu bżonn juża s-servizzi tal- Qorti. Ir-riforma fil-qasam tal- Ġustizzja għaddejja ġmielha. Determinat li nkomplu niksbu riżultati pożittivi għall-ġid ta' kulħadd. Awguri għas-sena l-ġdida Kemm ħadt gost li flimkien mal-President Marie Louise Coleiro Preca u sieħbi Chris Agius nattendu għat-tnedija tal-festeġġjamenti Ċiniżi tal-bidu tas-sena. Mal-poplu taċ-Ċina għandna relazzjoni mill-aqwa. Determinati li nkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet importanti li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. OWEN BONNICI "Kulħadd qed jistenna li Simon Busuttil juri l-bieb ta' barra lil min żbalja skont l-Awditur Ġenerali u lil min iltaqa' u wiegħed kompromess lil Żaren Vassallo skont xhieda ġuramentata fil- Qorti" L-istorja kibret