Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Sports 33 minn Cristian Antony Muscat WAQT konferenza stampa li saret fil-jiem li għaddew fil-Pitch ta' Marsaxlokk ASC ġewwa l-istess lokalità, tħabbru l-akkwisti ġodda ta' dan it-tim, kif ukoll il-fatt li se tkun qed tiġi mnedija skola tal-għawm ġewwa li se tkun sa min Marzu li ġej li se tkun immexxija minn Roman Polacik li minbarra li se jmexxi din l-iskola, se jkun ukoll id-Direttur Tekniku l-ġdid ta' dan il-klabb. Polacik huwa eks plejer internazzjonali tal- waterpolo tal-Islovakkja u li rebaħ numru ta' unuri fil-waterpolo. Tajjeb wieħed jirrimarka li 20 sena ilu dan il-plejer lagħab f 'pajjiżna ma' Valletta United waqt li rebaħ numru ta' Kampjonati ma' diversi timijiet tal- waterpolo fl-Ewropa. Huwa lagħab ukoll fl-Olimpjadi tal-1992 f 'Barcelona mat-tim nazzjonali tiegħu u kkowċja diversi timijiet tal-waterpolo fosthom it-tim nazzjonali Slovakk u dak tal-Iran. Indirizza din il-konferenza stampa il-president ta' Marsaxlokk Victor Fenech li qal li l-aspirazzjonijiet ewlenin ta' dan il-klabb huma dawk li jirbħu l-unuri kollha tal-Ewwel Diviżjoni matul dan l-istaġun waqt li jkomplu jsaħħu s-settur tal- youths, dejjem taħt il-gwida ta' Roman Polacik. Intant, Aldo Scerri, li fil-passat niftakruh jilgħab ma' San Ġiljan u Valletta United, se jerġa' jkun it-team manager tal-klabb waqt li jassistih se jkun hemm Reuben Bonnici, li huwa eks goalkeeper tax- Xlukkajri. Il-plejer barrani tal-klabb se jerġa' jkun Ivan Vuksanovic, waqt li huma ffirmaw ukoll lil Kane Lanzon u Luke Gialanze. B'hekk dawn se jkunu qed jingħaqdu ma' plejers ta' ċertu livell li diġà jinsabu jilagħbu ma' Marsaxlokk ASC fosthom Karl Galea, Rainer Scerri, Sean Meli, Bryan Buhagair, Claudio DeBarro, il-veterani Nello Xuereb u Charles Bugeja u l-captain Christian Gialanze. Intant, Victor Fenech, saħaq li fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin Marsaxlokk ASC mistennija jikkonfermaw iktar plejers ġodda. Mistoqsi minn din il-gazzetta, jekk fis-snin li ġejjin, huma jistgħux jisfidaw għar-rebħ tal-unuri fil-Kampjonat Premier ma' timijiet bħal Neptunes, San Ġiljan u Sliema fost oħrajn, huwa qal li jippreferi jieħu l-ħajja ġurnata b'ġurnata u jara li jsaħħaħ is-settur tal-youths għalissa. Dan biex fil-futur qrib, huma jkunu jistgħu finalment jagħmlu dan. Huwa kompla jgħid li ma jeskludix li fis-snin li ġejjin, fosthom sa tliet snin oħra, Marsaxlokk ASC għandhom ikunu forza ewlenija fil-Kampjonat Premier tal-Waterpolo. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Victor Fenech, xtaq jirringrazzja lill-isponsors ewlenin ta' Marsaxlokk ASC li huma Fischer, Browns Pharmacy, MFF Ltd, Falzon Group of Companies, ESS Ltd, Bridgepoint, Next, Attrans Ltd, Farrell Bathrooms, Primelogistics Ltd, Goloso Cafè, Century21, Southeast Cafè, Ta' Victor Restaurant, La Capanna, Rita Fish Shop, Tartarun, San Carlo / Applecore, kif ukoll benefatturi oħra li ma xtaqux li jiġu msemmija. Marsaxlokk ASC b'aspirazzjonijiet kbar għal dan l-istaġun Mix-Xellug għal-Lemin: Kane Lanzon, Roman Polacik, Victor Fenech, Aldo Scerri u Reuben Bonnici HiTT Academy Malta jiġbru €2,000 b'risq il-Malta Community Chest Fund HITT Academy Malta irnexxielhom jiġbru €2,000 b'risq il-Malta Community Chest Fund minn tliet attivitajiet, fosthom maratona ta' tliet sigħat table tennis bla waqfien. Il- maratona inżammet ġewwa l-Kulleġġ St. Albert fil-Belt Valletta bejn id-9am tas-Sibt 17 ta' Diċembru u t-3pm tal- Ħadd 18 ta' Diċembru 2016. Minkejja li t-temp ma kienx ideali għal attività ta' dan it-tip, il-konkorrenza xorta kienet waħda numeruża. Il-maratona bdiet b'kompetizzoni uffiċjali għall- istudenti tal-istess akkademja. L-ewwel ma lagħbu kienu plejers fil-kategoriji Beginners u Mini-Cadets. Warajhom lagħbu l-kategorji 1 Star u 2 Star. Il-kategorija tal- Elites għalqu din l-ewwel kompetizzjoni b'logħob mill- isbaħ. Wara l-kompetizzjoni, inżamm logħob differenti għat-tfal iż-żgħar. Is-Sibt filgħaxija kienu preżenti għadd ta' plejers veterani tat- table tennis. Il-maratona kompliet matul il-lejl fuq ritmu li baqa' dejjem għoli. Il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tad-9.00am bdiet kompetizzjoni oħra fejn ġenituri u t-tfal tagħhom ħadu sehem f 'tournament tassew imqanqal. Għadd ta' nies żaru l-maratona għall-ħin l-ikel u baqgħu hemmhekk sat-tmiem tal-maratona, jiġifieri sat-3pm. "L-ammont li rnexxielna niġbru jagħmilna kuntenti u kburin. Kien hemm atmosfera pożittiva l-ħinijiet kollha tal-maratona, saħansitra matul il-lejl. Ħadna gost ħafna nilagħbu l-logħba favorita tagħna kif ukoll attivitajiet oħra ta' divertiment," qal Mario Genovese, head coach ta' HiTT Academy Malta. "Il-maratona hija attività li tirrikjedi ħafna enerġija, xogħol u għajnuna minn ħafna nies. Nixtiequ nroddu ħajr lill-iSponsors tagħna li huma Cafè Cordina, Merlin Publishers, Talpè Organic Products, Coral Print, Fornaio Bakery u San Marco Confectionery għall-kontribuzzjonijiet tagħhom, kif ukoll grazzi kbira tmur għall-voluntiera kollha li għenu biex jintrama u jiżżarma l-post, ippreparaw l-ikel li nbiegħ matul il- maratona u għenu kif setgħu. Biex ittellgħet maratona bħal din kien hemm bżonn ta' kontribut kbir minn ħafna nies u aħna tassew kuntenti li l-attività kienet ta' tant suċċess." Iż-żewġ attivitajiet l-oħra li taw kontribut biex inġabret is-somma finali nżammu t-tnejn li huma nhar il- Ġimgħa, 25 ta' Novembru, li għadda. Fl-ewwel attività ngħatat dimostrazzjoni tat- table tennis lit-tfal tal-Iskola Primarja ta' Ħad-Dingli u saret ġewwa l-Kulleġġ Savio, f 'Ħad-Dingli. It-tieni attività kienet kompetizzjoni tixbah lid- Davis-Cup li nżammet ukoll ġewwa l-Kulleġġ St. Albert. Is-somma miġbura ġiet ippreżentata lill-Malta Community Chest Fund, nhar is-26 ta' Diċembru 2016. Il-membri ta' HiTT Academy imkien ma' Chris Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017