Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 | illum Sports 29 Rooney jikser ir-rekord bħala l-aqwa skorer ta' kull żmien ta' Manchester United STOKE City u Manchester United temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bi Stoke City ikunu huma li jiftħu l-iskor fid-19-il minuta permezz ta' awto-gowl tal-plejer ta' Manchester United, Juan Mata. Min-naħa l-oħra, ir-Red Devils ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Wayne Rooney fid-90 minuta, biex kiser ir-rekord bħala l-aqwa skorer ta' kull żmein għal Manchester United, liema rekord kien ta' Sir Bobby Charlton, b'250 gowl. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield sfaw maħsuda minn Swansea City meta ġew megħluba mit-tim minn Wales bl-iskor ta' 3-2- bil-goals għal dawn tal-aħħar jaslu minn Gylfi Sigurdsson u doppjetta ta' Fernando Llorente. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls tar-Reds waslu minn doppjetta tal-attakkant Brażiljan, Roberto Firmino. West Bromwich Albion ġewwa darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Darren Fletcher u Chris Brunt fit-30 u fis- 36 minuta rispettivament. West Ham United barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Middlesbrough bl-iskor ta' 3-1 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Andy Carroll u gowl ieħor ta' Jonathan Calleri. Intant, il-gowl uniku għal Middlesbrough wasal minn Cristian Stuani fis-27 minuta. Everton barra minn darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Crystal Palace, bil-gowl għalihom jasal minn Seamus Coleman fis-87 minuta. AFC Bournemouth u Watford temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2, biż- żewġ gowls għal AFC Bournemouth jaslu minn Joshua King u Benik Afobe, waqt li ż-żewġ gowls ta' Watford waslu minn Christian Kabasele u Troy Deeney. Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 21 ta' Jannar Liverpool vs Swansea City 2-3 AFC Bournemouth vs Watford 2-2 Crystal Palace vs Everton 0-1 Middlesbrough vs West H.United 1-3 Stoke City vs Manchester United 1-1 West B. Albion vs Sunderland 2-0 FIXTURES Il-Ħadd 22 ta' Jannar 13:00 Southampton vs Leicester C. 15.15 Arsenal v Burnley 17.30 Chelsea v Hull C. Kampjonat Serie A TIM 12:30 Juventus vs Lazio 15:00 Bologna vs Torino 15:00 Empoli vs Udinese 15:00 Genoa vs Crotone 15:00 Palermo vs Inter 15:00 Pescara vs Sassuolo 18:00 Atalanta vs Sampdoria 20:45 Roma vs Cagliari Jittellgħu l-poloz tal-Kwarti tal-Finali tal-FA Trophy minn Cristian Antony Muscat NHAR il-Ġimgħa li għadda, fis-sala li tinsab biswit l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, ittellgħu l-poloz tal-kwarti tal-finali tal-FA Trophy. Il-holders Sliema Wandsers se jkunu qed jilagħbu ma' Senglea Athletic waqt li Floriana se jkunu qed jaffrontaw lil Ħamrun Spartans. Balzan jiltaqħu kontra Tarxien Rainbows waqt li SK Victoria Wanderers jospitaw lil Pembroke Athleta fil-Gozo Stadium f 'Għawdex. Dawn il-kwarti tal-finali huma skedati għat-18 u d-19 ta' Frar li ġej. Biex waslu sa dan l-istadju, Sliema Wanderers għelbu lil Mosta bl-iskor ta' 3-2 u lil Qrendi bl-iskor ta' 5-0 fir-rawnds preċedenti. Senglea Athletic għelbu lill- Għawdxin ta' Xagħra United bl-iskor kbir ta' 7-1 fit-tieni round, kif ukoll b'sorpriża lil Hibernians bl-iskor ta' 3-2 wara l-ħin barrani fit-tielet round, kif ukoll lil Vittoriosa Stars bl-iskor ta' 2-1 wara l-ħin barrani fir-raba' round. Min-naħa tagħhom, Floriana, għelbu lil Birzebbugia St. Peter's bl-iskor ta' 5-0 kif ukoll liċ-champions Għawdxin, Għajnsielem bl-iskor ta' 4-1 fir-rounds preċedenti. Dan filwaqt li l-Ispartans għelbu lil Nadur Youngsters bl-iskor ta' 2-0 u lil Imqabba bl-iskor minimu ta' 1-0. Il-leaders tal-Kampjonat Premier Balzan għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta' 3-1 u lil Valletta bl- iskor minimu ta' 1-0 fir- rawnds preċedenti waqt li Tarxien Rainbows għelbu lil Għargħur u Lija Athletic bl-iskors ta' 6-0 and 3-0 rispettivament. SK Victoria Wanderers għelbu lil St Venera Lightnings bl-iskor ta' 3-0, lil Melita 2-1, lil Mġarr United 5-0 u lil St Andrews 1-0. Pembroke Athleta għelbu lil Sirens u lil Marsa bl-iskor identiku ta' 2-1. Intant, indirizza din il-konferenza stampa, is- Segretarju Ġenerali tal-MFA, Angelo Chetcuti, li qal li bħal dejjem dawn il-kwarti tal- finali ta' din it-tieni l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża fil-futbol lokali, u li din is- sena se tkun qed iżżanżan trofew ġdid, għandhom iqajmu interess u entużjażmu partikolari għal dawk preżenti. Mistoqsi minn din il- gazzetta jekk bħalma sar fi snin preċedenti, bħala MFA humiex se jkunu qed jilħu ftehim ma' sponsor partikolari għal stadji iktar avvanzati ta' din il- kompetizzjoni, huwa qal li din hija x-xewqa tal-MFA, fejn qed ifittxu li jagħmlu dan kemm għal danl-istaġun kif ukoll għall-istaġuni li ġejjin, iżda għalissa għadhom ma bdew l-ebda diskussjonijiet mal-ebda ditta. Kwarti tal-Finali FA Trophy Balzan v Tarxien Rainbows SK Victoria Wanderers v Pembroke Athleta Floriana v Hamrun Spartans Senglea Athletic v Sliema Wanderers Mix-Xellug għal-Lemin: Kevin Azzopardi, Rodney Pisani u Angelo Chetcuti Wayne Rooney ikkongratulat wara li skorja gowl dram- matiku għal Manchester United d-90 minuta biex kiser ir-rekord ta' Sir Bobby Charlton

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017