Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Sports 32 Iktar kontrolli fuq l-in q eżorbitanti mill-klabbs Ċiniżi minn Cristian Antony Muscat F'DAN is-suq tat- trasferimenti inkisru rekords ta' somom fenomenali meta Oscar ingħaqad ma' Shanghai PSG mingħand Chelsea għas-somma ta' £60 miljun, Axel Witsel li ngħaqad ma' Tianjin Quanjian għas- somma ta' $52 miljun u Carlos Teves li ngħaqad ma' Shanghai Shenhua għal £40 miljun. Intant, ġie rrappurtat li dan l-attakkant Arġentin se jkun qed jirċievi salarju ta' £310,000 fil-ġimgħa. L-istess kelliem għall- Kap Amministrattiv tal- isport Ċiniż qal li l-klabbs f 'pajjiżu qed jaħarqu flushom u li se jkun hemm eżamijiet u superviżjoni tal- klabbs dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. B'hekk ikun hemm aktar kontroll fuq l-infiq għal xiri ta' plejers ġodda minn klabbs Ċiniżi. Iżda l-investiment Ċiniż qed jgħin jew inkella huwa ta' theddida għad-dinja tal- futbol modern? Il-kowċ ta' Chelsea, Antonio Conte, kien l-ewwel wieħed li tkellem u esprima tħassib tiegħu dwar l-eżodu ta' plejers lejn il-Lvant Imbiegħed li dan hu ta' theddida għall-futbol Ewropew. Il-klabbs Ewropej għand¬hom għaliex jinkwe¬taw dwar is-saħħa ekono¬mika Ażjatika jew din hi xi fażi li tintemm wara perjodu ta' żmien? Il-Gvern Ċiniż għamilha ċara li jrid jinvesti fil-qasam sportiv, speċjalment fil- futbol. Il-mira taċ-Ċina hija li sas-sena 2050 trid tkun ospitat u rebħet it-Tazza tad-Dinja. Jidher li wara din l-istrateġija hemm l-id u l-politika tal-Gvern Ċiniż, fejn il-flus ma jidh¬rux li huma problema. Ħafna esprimew id- dispjaċir tagħhom fosthom il-goalkeeper internazzjo¬nali Taljan, Gianluigi Buffon, fejn qal li l-investiment Ċiniz huwa telfa għall-futbol Taljan, iżda jibqa' l-fatt li l-flus investiti f 'dawn il-klabbs jistgħu jgħinuhom ikunu kompetittivi mal-bqija tal- klabbs Ewropej il-kbar u jibnu era ta' suċċess mill- ġdid. Jibqa' l-fatt li għall- partitarju, l-aktar ħaġa importanti hija r-rebħ tal-unuri, fejn ftit li xejn jimpurtah min qed jippompja l-flus fil-klabb favorit tiegħu. Kelliem għall-Kap Amministrattiv tal-isport Ċiniż ħabbar li hemm pjanijiet biex fi l-futur qarib, jillimitaw l-infi q tal-klabbs Ċiniżi. Carlos Tevez Axel Witsel Oscar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017