Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049
illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 10 JGĦIDU li ġimgħa twila fil-politika. Jekk hu hekk, 13-il sena huma eternità, u vera. Eternità li matulha, mingħajr ma ħafna ndunaw għax kienu għaddejjin b'ħajjithom ta' kuljum, kienet qed iseħħ trasformazzjoni politika inkredibbli. Inkredibbli, fis-sens li kienet trasformazzjoni li nbniet fuq bosta fatturi flimkien. Prinċipalment hemm is-sens ta' adattament għar-realtajiet, anke jekk mhux realtajiet li xtaqt, dak li qisu l-effett tal-'kamaleonte' li forsi jippreferi jkun aħdar fil-kulur, imma xorta jirnexxielu jadatta, billi jbiddel. Opportunist jew 'survivor'? Naturalment dan il-fenomenu politiku li uża Muscat, aktar minn kull mexxej politiku minn żmien Borg Olivier u Mintoff, jiftħu beraħ għall-akkużi ta' 'opportuniżmu' u 'superfiċjalità'. Imma s'issa jidher ċar u sar aktar ċar din il- ġimgħa, li aktar minn kollox, Muscat huwa politiku li jissopravvivi u kapaċi jissupera anke l-mod kif jaħsbu n-nies dwaru, dwar dak li kien u dwar dak li ġġieled għalih. Interessanti li ftit jew xejn ftakru, meta kienu qed jisimgħu lil Muscat fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa, li 13-il sena ilu biss ħadd ma seta' jimmaġina li Muscat se jkun fil-Parlament Ewropew, jitkellem u jagħti diskors ta' statista Ewropew. Probabbilment, ftit jew ħadd minn dawk li ħassew li dan kien diskors tajjeb, ma seta' jimmaġina fl-1998-2003 li se jkun qed jallinea lilu nnifsu fil-ħsieb ma' dak il-famuż ġurnalist tal-Labour. It-trasformazzjoni ta' Muscat u t-terremot famuż li kien wiegħed, laħqu l-qofol din il-ġimgħa, fil-bidu tal- Presidenza Maltija tal-UE, kif kienet prevediet li se jiġri l-ILLUM ta' żewġ Ħdud ilu. Minkejja li fakkar li l-istorja ma jbiddilha ħadd, u vera, Muscat uża ż-żmien għal vantaġġ tiegħu biex partit ankrat kontra dak kollu relatat mal-UE, imtaqqal bi żbalji politiċi madornali u b'hekk partit tellief, bidlu f 'partit b'immaġini Ewropeista, li qed joffri t-tmexxija tal-istess UE u li allura jista' jirbaħ. Id-diskors lill-Membri Parlamentari Ewropej din il-ġimgħa jista' jkun waħda miċ-ċwievet biex nifhmu aħjar min hu Joseph Muscat u kif irnexxielu jagħmel trasformazzjoni daqshekk kbira u xorta jibqa' popolari L-istorja bdiet disa' snin ilu Għall-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami, qabel l-1987 ma kellnix xemx, kollox kien ħażin, ma konniex pajjiż iċċivilizzat. Ma konna xejn u ħadd. Ix-xemx telgħet fl-1987. Dik kienet is-sena li nfetħu l-bibien tal-ġid. In-narrativa storika hija importanti fil-politika u Muscat jaf li l-istorja politika f 'Malta dejjem inkitbet mill-Partit Nazzjonalista, jew minn nies li xi ftit jew wisq huma leali jew iktar inklinati lejn il-PN. Għax il-rebbieħ jikteb l-istorja. Muscat ried li jkun l-ewwel Mexxej Laburista li jinfluwenza l-istorja mniżżla għall-posterità, l-ewwel nett billi jkun hu stess li jagħmel trasformazzjoni tiegħu nnifsu. It-tieni, billi jkollu persuni li jimmarkaw fil- kitba l-istorja tiegħu (Glenn Bedingfield 'Joseph: Ħabib u Mexxej' u Cyrus Engerer 'Joseph: Malta li rrid ngħix fiha') u fl-aħħar billi jkun hu stess li bi kliemu jagħġen dak li jrid jibqa' mfakkar għalih. Lill-MPE ma qalilhomx li Malta hija "makku li qed tinbela mill-baleni," jew li huma, "id-dittatorjat ta' Brussell," ma marx jakkużahom li qed jippruvaw idaħħlu l-lieva. Imma qalilhom li kien emozzjonat, "niftakar meta dħalt hawn disa' snin ilu ma' Louis Grech." Disa' snin ilu kien sar mexxej tal-PL u kien għadu kif temm iż- żmien tiegħu bħala Membru Parlamentari Ewropew. Minn hemm bdiet l-istorja, il-partnership huwa Medju Evu, jekk mhux Preistorja wkoll. Mill-pushback għas- solidarjetà Hija invenzjoni totalment vvintata mil-lemin estrem li l-Partit Laburista wiegħed pushback fil-programm elettorali tiegħu. Imma hija verità li kien semmieha bħala possibbiltà meta kien Prim Ministru, kemm-il darba ma titteħidtx azzjoni fuq l-immigrazzjoni. Naturalment, Muscat tal-possibilità tal-pushback intesa malajr wara valanga kritika, saħansitra mill- gazzetti qrib tiegħu. Din il-ġimgħa, Muscat tkellem dwar l-importanza tas- solidarjetà, milqugħ b'approvazzjoni mill-MPE preżenti. Imma qal ukoll, "jeħtieġ li nħarsu s-siġurtà... jeħtieġ inkunu flimkien biex nipproteġu l-istil ta' ħajja tagħna, biex ikollna Ewropa sigura." Fi ftit kliem, laqat l-aspett tal-udjenza li kienet qed tisimgħu, li fil-fatt ċapċiptlu f 'dan il-mument, imma fl-istess waqt kien qed jindirizza lill-udjenza Maltija li fil-maġġor parti tagħha tħoss li l-immigrazzjoni toffri sfida lis-siġurtà ta' pajjiżna. Joseph tal-lum mhux Joseph tal-2003...ALBERT GAUCI CUNNINGHAM juża d-diskors ta' Muscat fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa u l-ewwel ġimagħtejn tal-Presidenza biex janalizza waħda mill-akbar trasformazzjonijiet politiċi f 'dawn l-aħħar snin L-istorja ta' Muscat skont Cyrus u Glenn Mill-partnership għall-Presidenza: Joseph opportunist Jieħu l-opportunità skont l-eżiġenzi politiċi bħal kull politiku ieħor Messu żamm ma' dak li kien qal fuq l-Ewropa Kieku kien jibqa' jitlef l-elezzjonijiet u jibqa' fl-oppożizzjoni Ma' Joseph ma tafx fejn qiegħed Ma' Joseph tista' tiddiskuti u forsi tasal xi mkien Joseph bla prinċipju Joseph moħħu miftuħ u fejn jiżbalja, jammetti u jirrevedi Joseph voti biss jara Hawn xi politiku li mhux hekk? Joseph kapitalist bla skrupli In-negozjanti mhux kriminali u dan il-Gvern wettaq ħafna miżuri soċjali fil-baġits li ressaq It-trasformazzjoni se ttelfu l-elezzjoni Li trasforma lilu nnifsu huwa garanzija ta' ħafna rebħiet Joseph qed jipprova jbiddel l-istorja Mhux vera, hu qed imexxi l-pajjiż illum, fir-realtajiet tal-lum It-trasformazzjoni ta' Joseph: Argument u Kontro-Argument