Illum previous editions

illum 22 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/776049

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 22 ta' Jannar 2017 Opinjoni 20 I d-diversifikazzjoni fil-prodott turistiku li noffru bħala pajjiż tul dawn l-aħħar snin wassal biex il-gżejjer Maltin jibbenefika minn influss pożittiv ta' turisti xahar wara xahar. Anke jekk l-oppożizzjoni tipprova taljena lill-poplu mir-realtà li pajjiżna jinsab fit-triq it-tajba, il-fatti ma jista' jmerihom ħadd. Il-fatti f 'dan il-każ huma li pajjiżna laħaq il-mira ta' kważi 2 miljun turist tul l-2016, numri li fil-passat qas biss kienu jinħasbu aħseb u ara li ssir ħidma biex jinkiseb dan is-suċċess. Miegħu, it- turiżmu ġab tkabbir kontinwu u diversifikazzjoni profonda sabiex sar wieħed mill-iktar setturi ekonomiċi li kibru b'ritmu mgħaġġel mhux madwar id-dinja biss, iżda anke f 'pajjiżna. Jekk nitkellmu fuq it-turiżmu ma nitkellmux għalxejn. Il-kelma turiżmu timplika magħha fattur importanti ieħor – ix-xogħol. Skont l-aħħar ċifri maħruġa mill- World Travel and Tourism Council l-industrija tat- turiżmu pprovdiet madwar 29,000 impjieg full-time. Dan ifisser li wieħed minn kull sitt xogħlijiet f 'Malta hu ġġenerat direttament mill- ispiża turistika. Għawdex mhux minsi f 'din l-istatistika tant li madwar sebatelef xogħol f 'din il-gżira hu ġġenerat mit- turiżmu. Dan ifisser li wieħed minn kull ħames xogħlijiet hu proprju konsegwenza tal- influss turistiku f 'Għawdex li tul l-aħħar snin kompla jiżdied. Dawn ir-riżultati pożittivi huma miksuba biż-żieda qawwija fl-infieq turistiku ifisser li l-politika tal-Gvern li jattira turiżmu ta' kwalità qed tagħti l-frott hekk kif iż-żieda fl-infieq turistiku qed jiżboq sew iż-żieda fin-numru ta' wasliet. Dan ifisser li t-turisti li qed iżuru Malta qed jonfqu aktar. Irrid infakkar li dawn ir- riżultati ma rreġistrajnihomx b'kumbinazzjoni, iżda huma l-frott ta' ħidma kontinwa tal-Gvern. In-nefqa turistika sa Lulju 2016 ammontat għal €1.65 biljun. Din id-domanda qed tiġi awtomatikament riflessa kemm fl-ammont ta' impjiegi fl-industrija u t-taħriġ li hemm bżonn min-negozji f 'dan is- settur tant dinamiku li llum aktar minn qatt qabel huma għatxana għal professjonisti tal-ogħla livell kemm f 'karigi maniġerjali u mhux. Meta qed insemmi t-taħriġ professjonali ma nistax ma nagħmilx referenza għall-istitut tal-ITS li qed tipprepara lill- istudenti biex ikunu eċċellenti fix-xogħolhom meta joħorġu fid-dinja tax-xogħol. L-ITS hija s-sinsla tas-settur tal-ospitalità li permezz tal-esperti tagħha qed tinvesti biex dejjem jitjieb is-servizz u l-esperjenza li tagħti lill-istudenti. L-ITS għamlet reviżjoni sħiħa tas- sillabi li toffri lill-istudenti u llum aktar minn qatt qabel jirriflettu n-neċessitajiet tal- industrija. F'dawn l-aħħar ġimgħat, ngħid bi pjaċir iltqajt ma' professjonisti differenti li jaħdmu kemm f 'risoranti u lukandi, kokijiet, wejters, maniġers u l-bqija. Ħassejt ħafna sodisfazzjon nara l-entużjażmu f 'għajejn dawn il-ħaddiema li daħlu jaħdmu fil-linja tat-turiżmu, akkost li hi waħda impenjattiva u tirrikjedi ħafna dedikazzjoni u sagrifiċċji personali. Ħassejt sodisfazzjon għax dawn huma individwi b'ambizzjonijiet li kulma jmur dejjem javvanzaw fil-karriera tagħhom, pass li llum żgur huwa possibbli. L-ITS qed taħdem bis-sħiħ biex iż- żgħażagħ tagħna jibqgħu jaħdmu fis-settur turistiku anke wara li jiggradwaw. Hawnhekk nagħmel referenza dak li daħħalna fil-Politika Nazzjonali tat-Turiżmu 2015- 2020 fejn għamilna enfasi dwar ir-riżorsi umani. Fiha jissemma kif l-imsieħba fl- industrija jridu jaħdmu biex itejbu l-kwalità ta' xogħol fit- turiżmu kif ukoll il-prospetti fis-settur inġenerali. Trid issir ħidma biex jitjiebu mhux il-kundizzjonijiet, iżda wkoll biex isir sforz kollettiv biex ix- xogħol fl-industrija ma jkunx wieħed staġjonali biss, iżda wieħed li jista' joffri karriera. Fid-dokument, tingħata importanza sostjanzjali li l-impjegati għandhom jiġu mħarġa minn min qed iħaddimhom b'mod regolari tul il-karriera tagħhom fl- industrija tat-turiżmu. Fix-xhur li ġejjin ser inkun qed naħdmu fuq proġett 'Skills Card' li permezz tiegħu, individwi li diġà jaħdmu fl- industrija iżda m'għandhomx kwalifiċi ser ikunu jistgħu japplikaw biex iġibu ċertifikat skont il-livell li jkunu fih. Din ser tkun qed tgħin biex individwu jkun jista' jibqa' javvanza fil-karriera tiegħu u sservi ta' inċentiv biex dak li jkun jibqa' jaħdem fis-settur tal-ospitalità. Ta' min infakkar fl- investiment li ser jagħmel il-Gvern fil-bini l-ġdid fi Smart City, wieħed mill- akbar proġetti li qatt saru għar-riżorsi umani fit- turiżmu, b'investiment ta' madwar 70 miljun fil-bini ġdid tal-ITS. It-tifsira ta' din ir-rilokazzjoni tfisser prodott aħjar lill-istudenti, kif ukoll opportunitajiet ġodda. Hawnhekk nixtieq infakkar il-programm li daħħalna s-sena li għaddiet, Haage Helia, Università Finlandiża li tispeċjalizza fl-Applied Sciences, li din is-sena ser ikun fit-tieni sena tiegħu. Grazzi għal dan il-programm, parti sostanzjali mill-ħaddiema akkademiċi ser ikunu qed iġibu kwalifika tal-livell sitta biex b'hekk iħejju aħjar għall-eżiġenzi tal-futur. Biex inkomplu intejbu l-kwalità, l-inċentivi għall-istaff akkademiku ser ikunu qed jiġu estiżi, biex b'hekk dawn ikunu jistgħu jagħmlu l-Masters jew id-dottorat, u dan ser isir permezz tal-eżerċizzju RPL, Recognition of Prior Learning. Sar ukoll ftehim bejn l-ITS u d-Divers Alert Network Europe (DAN) u dan ser jgħin biex iż-żewġ organizzazzjonijiet jikkollaboraw biex Malta tkun minn ta' quddiem fis-settur tad-diving. Ta' min insemmi wkoll li ħdimna mal-Ministeru tal- Edukazzjoni sabiex inqajmu aktar kuxjenza ta' kemm is-settur tat-turiżmu joffri opportunitajiet tajba ta' xogħol għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. Dan għamilnieh billi introduċejna is-suġġett tal- ospitalità fuq livell sekondarju. F'dan il-proċess kollu, ma ħallejniex barra lill-persuni b'diżabbiltà fejn bi ftehim mal- Kummissjoni Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilità, (KNPD) beda suġġett li permezz tiegħu l-istudenti tal-ITS ikunu mħarrġa aħjar f 'dak li huma metodi u prattiċi tajba ta' kif għandek tirrelata ma' persuni b'diżabbiltà li finalment jirriżulta fi prodott aħjar offrut lil dawn il-klijenti minn dan is-settur. Apparti dan il-kors offrut lill- istudenti għal aktar għarfien dwar persuni b'diżabbiltà u kif jista' jitjieb is-servizz għalihom, ħsibna wkoll għall-persuni bi bżonnijiet speċjali li qed jitgħallmu dwar is-settur tal- ospitalità. Fil-fatt, daħħalna fis-seħħ l-iStudent Support Services li toffri support anke fuq livell ta' Certificate. Dan huwa servizz li huwa ta' sostenn anke għal dawk l-istudenti li ghaddejjin minn xi problemi soċjali. Meta nagħti ħarsa globali lejn dak li għamilna f 'dawn is-snin, nara li għamilna avvanzi u investimenti kbar. Kien ilu żmien ma jkun hemm investiment sostenibbli biex intejbu l-prodott li noffru. Jekk ma ninvestux fil-ħaddiema qatt ma nistgħu intejbu dak li bħala pajjiż noffru. Huwa għalhekk li nemmen li anke s-settur irid jisma' aktar lill-ħaddiema u jagħtihom il-valur li ħaqqhom. Inħoss li bil-mod il-mod qed naslu. Fadal ħafna aktar x'isir, perà sodisfatt li r-rota bdiet iddur. Nikkonkludi billi ninkoraġġixxi aktar żgħażagħ jidħlu f 'din id-dinja dinamika għax għandhom fejn jimirħu u jibnu karriera soda. Ir-riżultati li qed iġib pajjiżna huma storiċi u għandna nkunu kburin li qed inġibu dawn is-suċċessi kollha grazzi għax-xogħol tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Edward Zammit Lewis huwa l-Ministru għat-Turiżmu Turiżmu, aktar investiment fil-kapital uman "Pajjiżna laħaq il-mira ta' kważi 2 miljun turist tul l-2016, numri li fil-passat qas biss kienu jinħasbu aħseb u ara li ssir ħidma biex jinkiseb dan is- suċċess" EDWARD ZAMMIT LEWIS

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 January 2017