Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 576 • 29 ta' Ottubru 2017 www.illum.com.mt €1.00 Ara paġna 3 NEWSPAPER POST Ħin tax-xitwa Illum torqod siegħa żejda. Tinsiex iddawwar l-arloġġ siegħa lura. Tkompli f 'paġna 12 Tkompli f 'paġni 8, 9 Qlibna siegħa lura • Id-deputati 'ribelli' qed jistennew lil xi ħadd 'kuraġġuż' biżżejjed li jitlob vot sigriet • Jemmnu li Adrian Delia m'għandux fi bra morali biex imexxi minn Jesmar Baldacchino / Albert Gauci Cunningham Fil-kurituri tal-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista qed jinħema pjan li lest li jiskatta minn grupp ta' deputati 'ribelli' li akkost ta' kollox ma jridux aktar lil Adrian Delia. Dan il- pjan, dejjem jekk ikun hemm min hu lest li jiskattah, għandu 'ħin' li jidher li huwa determinat diġà u skont is-sorsi qrib ir-'ribelli' dan għandu jkun qabel l-elezzjonijiet għall-Viċi Kapijiet tal-partit li se jsiru fit-18 ta' Novembru li ġej u qabel ma tikkalma r-rabja u l-furur wara l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Is-sit elettroniku, illum.com.mt diġà rrappurta kif sorsi għolja fil-Partit Nazzjonalista qalulna li huwa mistenni li r-'ribelli' jitolbu vot sigriet meta jkunu miġbura f 'xi laqgħa tal- Grupp Parlamentari, hekk kif qed iħossu li għandhom il-maġġoranza tad-deputati warajhom. Għalkemm qatt ma saret, fl-istatut tal-partit ma hemm xejn li jeskludi l-possibilità li jittieħed vot sigriet, iżda kollox issa jiddetermina meta u min hu lest li jagħmel il-pass u jitlob lill-Whip biex dan jittieħed. Jistennew il-mument opportun Dijanjosi medika żbaljata tħarbat il-ħajja ta' omm SYLVIA Camillieri, mara li kienet iċċertifikata li kellha l-marda tal- Addison, meta fil-fatt minn rapport mediku ftit żmien wara rriżulta li dan ma kienx minnu, ilha madwar erba' snin u nofs tipprova tikseb ġustizzja billi jinbidlu r-rekords mediċi tagħha. Din id-dijanojsi żbaljata kienet ta' detriment għaliha u għal saħħitha, mhux biss fiżika imma anke psikoloġika, spjegat mal-ILLUM Camilleri. Ma' din il-gazzetta Camilleri tispjega kif test tad-demm rutina minħabba li kellha d-dijabete spiċċa biex iċċertifikaha b'marda li wara rriżulta li qatt ma kellha. Għal dawn l-aħħar snin u xhur, minkejja kull tentattiv Camilleri baqgħet issib il- bibien magħluqin. 'Ma nistgħux immorru lura' META lbieraħ kienet qed tiltaqa' mal-grupp ta' nisa li qed jipprotestaw quddiem Kastilja fl-attività 'Okkupa Kastilja', il-President tar- Repubblika Marie Louise Coleiro Preca għamlet twissija ċara kontra li pajjiżna jmur lura għaż- żminijiet tad-dlam. Coleiro Preca wissiet ukoll biex inkunu attenti li f 'pajjiżna in-nisa, fl-ebda mument ma jkunu trattati b'mod diżugwali. It-twissijiet ta' Coleiro Preca jiġu wara messaġġ fuq Facebook mill-eks Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb li ġab il-kundanna ta' bosta, inkluż tal-Prim Ministru, tal-Ministru Helena Dalli u tal-GWU nnifisha. Fil-messaġġ Zarb akkuża lin-nisa li qed jiddimostraw quddiem Kastilja bi tradiment lejn pajjiżhom u li posthom huwa fi Strada Stretta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017