Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Sports 30 Bernard Sammut jirbaħ l-Enduro Wotomoto u l-Mutur Beta ILLUM, il-Ħadd 29 t'Ottubru fil-korsa tal- ASMK f 'Ta'Qali jiftaħ l-istaġun bil-Muturi Motocross. Il-programm jibda fid-9am. Intant, il-Ħadd li għadda, it-22 t'Ottubru 2017 flimkien mal-Wotomoto Ltd ġiet organizzata l-attvità specjali li se tibda ssir kull sena. Din kienet issapportjata wkoll mid- ditta Go&Fun Energy Drink u l-Muturi Beta. L-għan ta' din l-attività huwa biex ikompli jikber l-isport tal-Enduro u jiġu introdotti muturi ġodda tal-aħħar teknoloġija f 'dan l-isport. Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti billi l-uffiċjali tal-ASMK iffurmaw trakka armata apposta għal tiġrija Enduro u min jirnexxielu jagħmilha fl-inqas ħin jieħu mutur Beta ġdid mogħti mill- Kumpanija WotoMoto biex jieħu sehem bih matul l-istaġun Enduro kollu li ġej waqt li wkoll ser ikun sponsjorjat mid-ditta Woto Moto. Intant għal din il- kompetitzzjoni rreġistraw 20 kompetitur fejn kull Rider ingħata ċ-ċans isuq tliet darbiet fejn dan ikun jista' jtejjeb il-ħin tiegħu fit-tliet tiġrijiet. Intant fl-ewwel heat tal-ġurnata rajna lil Gary Debono fuq mutur Sherco jillidja segwit minn James Zahra fuq mutur Sherco u Carmelo Borg fuq mutur KTM. Fit-tieni heat, is- sitwazzjoni nbidlet fejn Zahra tejjeb il-ħin tiegħu biex spiċċa jillidja bl- aħjar ħin tiegħu segwit minn Debono u Borg rispettivament. Fl-aħħar heat fejn kull rider seta' jkompli javvanza rajna lil Bernard Sammut fuq mutur Husqvarna jisraq ix-xena u jirbaħ din l-attività bl-aħjar ħin tiegħu ta' żewġ minuti 33.500 sekondi segwit minn Zahra li spicca b'ħin ta' żewġ minuti 36.569 sekondi filwaqt li fit-tielet post spiċċa Joseph Scicluna fuq mutur KTM b'ħin ta' żewġ minuti 41.502 sekondi. Il-Maniġer tal-Kumpanji WotoMoto Ltd is-Sur Neil Falzon ippreżenta l-mutur ġdid Beta RR 2T 250RC lir-rebbieħ tal-ġurnata is- Sur Bernard Sammut. Dan ser ikun qed jikkompeti b'dan il-mutur matul il-kampjonat Nazzjonali Enduro 2017/2018 li mistenni jibda fit-12 ta' Novembru li ġej bl-ewwel tiġrija ssir fil-Qrendi. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni www.asmk. org.mt jew fil-paġni ta' Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt bl-email fuq l-indirizz elettroniku info@ asmk.org.mt. Ritratti - Mario Micallef Bernard Sammut waqt l-ewwel prova bil-mutur Beta Bernard Sammut jiġi ppreżentat bil-mutur il-ġdid Dr Chris Bonett maħtur bħala l-Aġent Kap Eżekuttiv il-ġdid ta' SportMalta SPORTMALTA ħabbret li Dr Chris Bonett ġie maħturbħala l-Aġent Kap Ezekuttivil-ġdid. Il-ħatra ta' Dr Bonett bħala Aġent Kap Eżekuttiv taqa' fil-qafas ta' strateġija ppjanata ta' tranżizzjoni u ristrutturar tal-entita'. Bħala l-Aġent Kap Eżekuttiv il-ġdid, Dr Bonett għandu r-responsabbiltà li jmexxi d-direzzjoni ġenerali ta' SportMalta. Huwa avukat bi professjoni fejn iggradwa mill-Università ta' Malta fl-2007. Dr Bonett segwa l-istudji tiegħu fl-Università ta' De Montfort, Leicester fl-2013 fejn ispeċjalizza fil-Liġital- Isport. Dr Bonett għandu esperjenza fl-isport fil-livelli kollha. Huwa oriġinarjament plejer tal- handball u kien wieħed mill- fundaturi tal-La Salle Handball Club fl-1998. Kienukoll fit- Tim Nazzjonalita' taħt is-17- il sena fis-snin 1997 u 98 u fit-Tim Nazzjonalital-Kbar mill-2000 sal-2002. Dr Bonett kienukolljipprattikail-volleyball u l-futbol fil-livelli bażiċi. Fl-2010, huwadaħalfl- amministrazzjonital- isportsbħalaKapLegalital-Malta Football Association u ġie elett darbtejn bħala viċi president tal- MFA fl-2013 u l-2016. Waqt li kien mal-MFA serva għal sentejn fil-Kumitattal- Kontroll, Etika u Dixxiplinatal- UEFA, u kien parti mill-bordta' dixxiplinata' EURO 2016. L-involvimenttiegħu mal-UEFA wassal għar-riżenja tiegħu mill- MFA f 'Diċembru 2016 biex jieħu mpjieg full-time bħala Integrity Officer tal-UEFA fil-Kwartierital-UEFA f 'Nyon, l-Isvizzera. F'Awwissu tal-2017, huwa rritorna Malta u beda jservi bħala Konsulent Ewlieni tas- Segretarju Parlamentari ġdid inkarigat mill-Isport, l-Onor. Dr Clifton Grima. Dr Bonett huwa l-awturtal- leġiżlazzjoni l-ġdida dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' faċilitajiet sportivi u mexxa r-riforma tal-MFA dwar l-istatus u t-trasferiment tal-plejers u l-introduzzjoni tar-regolamenti finanzjarji lokali tal-fair play. Huwa miżżewweġ lil Maxilene Bonett u għandu tifel, Matteo, ta' 3snin. Dr Chris Bonett

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017