Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet L-MEPs jista' jkollhom jibdew juru kif qed jonfqu l-flus tagħhom QUDDIEM il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja reġa' kien hemm talba minn grupp ta' ġur-nalisti biex ikollhom aċċess liberu għall- finanzjament tal-ispejjeż tal-MEPs, li jinkludu kif qed jintefqu l-flus fuq l-uffiċċji tagħhom u l-allokazzjoni tal-ispejjeż u l-ivjaġġar. Din l-aħħar talba għal din l-informazzjoni saret minn grupp ta' 29 ġurnalist. wara li fl-2015 kienet ġiet irrifjuta talba simili mingħand ġurnalisti oħra. Kull xahar MEP jkollu salarju gross ta' €8,484, jkollu allokazzjoni ta' €4,342 għall-ufficcju kif ukoll sussidju fuq l-ivjaġġar. Apparti aktar minn €24,000 kull xahar f 'salarji lill-assistenti. Is-soltu, il-Parlament Ewropew ma jipprovdix din l-informazzjoni b'aċċess liberu iżda din id-darba jidher li jista' jkun hemm żvolta għaliex is-superviżur tal-protezzjoni tad-data fl- Ewropa Giovanni Buttarelli saħaq ma' siti internazzjonali li din l-informazzjoni għandha tibda tingħata kollha. Il-Parlament Ewropew mhux lesti li jagħti l-informazzjoni kollha fuq l-ispejjeż tas-751 Ewroparlamentari li jiġu ffinanzjati mit-taxxi taċ- ċittadini Ewropej. Dan għal raġunijiet ta' protezzjoni tad-data. F'ċertu każijiet, uffiċjali tal-Parlament Ewropew wieġbu li hemm wisq karti x'jinġabru jew li m'għandhomx id-dokumenti kollha mit-luba. Quddiem il- Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, f 'seduta li damet aktar minn tliet sigħat, avukat tal- Parlament Ewropew qalet li kieku l-MEPs jiġu sfurzati jiddikjaraw kollox fl-ispejjeż tagħhom ta' kull xahar, ma jkunux jistgħu jagħmlu xogħol sewwa. Saħqet li jekk l-operat kollu tal-MEPs ikun fid-diskussjoni tal-ġurnalisti fi żmien li kollox qed jispiċċa fil-mezzi soċjali, l-MEPs jispiċċaw jiġu ċċensurati u f 'pożizzjoni li ma jistgħux jeżerċitaw il-mandat tagħhom. Qalet li mhux veru li l-MEPs mhumiex akkontabbli speċjalment għaliex l-'accounts' tagħhom jiġu ppubblikati awditjati fuq is-siti elettroniċi tagħhom flimkien ma' dikjarazzjonijiet tal-assi. Huwa stmat li l-Parlament Ewropew għandu aktar minn 900,000 dokument li jiddikjaraw l-ispejjeż tal-ivjaġġar tal- MEPs bejn l-2011 u l-2015 biss. Is-sena li għaddiet intefqu aktar minn 450 miljun f 'finanzjament tal-uffiċċji tal- MEPs. Fix-xhur li għaddew saru investigazzjonijiet min-naħa ta' awtoritajiet Ewropej fuq numru ta' MEPs fosthom id-Daniża Morten Messerschmidt u l-Franċiża Marine Le Pen, fejn kien allegat li kienu qed jagħmlu użu minn fondi tal-Parlament Ewropew biex jiffinanzjaw il- kampanji elettorali tagħhom f 'pajjiżhom. Għalkemm l-investigazzjonijiet isiru mill-OLAF, din it-taqsima m'għandix persuna appuntati ap-posta li jinvestigaw kif l-MEPs jonfqu l-finanzi tagħhom. Is-sena li għaddiet, l-OLAF ikkonkludew tliet investigazzjonijiet relatati mal-Parlament Ewropew. Il- Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma tatx data meta se tagħti l-verdett tagħha fuq it-talba tal-ġurnalisti. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Zammit Dimech maħtur rapporteur fuq il-midja u l-libertà tal-espressjoni LMEP Malti Francis Zammit Dimech inħatar 'rapporteur' tal-Grupp tal- Partit Popolari Ewropew (PPE) fuq rapport dwar il-midja, il-pluraliżmu u l-libertà tal-espressjoni. Dan hekk kif Zammit Dimech huwa membru tal-Kumitat CULT tal- Parlament Ewropew li huwa responsabbli fost l-oħrajn mill-midja. Zammit Dimech qal li se jieħu dan l-irwol b'serjetà wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-allegazzjonijiet ta' bbuljar fuq il-midja lokali. Il-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu huma parti mid-drittijiet fundamentali fiċ-'charter' Ewropew dwar id-Drittijiet Fundamentali u hija kriterji ewlenija għas- sħubija fl-Unjoni Ewropea. Fir-riżoluzzjoni tal-21 ta' Mejju tal-2013 dwar dan iċ-'charter', il-Parlament Ewropew saħaq fuq il- libertà li trid tingħata lill-ġurnalisti fit-twettiq ta' xogħolhom. Għalhekk talab lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas legali li jorbot lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea dwar il- proċeduri u l-mekkanizmi għas-salvagwardja tal- pluraliżmu fil-midja. Fir- riżoluzzjoni, il-Parlament appella wkoll lill-Unjoni Ewropea li tippromwovi l-ġurnaliżmu investigattiv. Ir-rapport li fuqu se jaħdem l-MEP Malti Zammit Dimech huwa ferm importanti fid-dawl ukoll tar-rapport li kien approvat tal-MEP Soċjalista Rozière fuq il-protezzjoni tal- 'whistleblowers'. F'laqgħa mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, Zammit Dimech qal li "l-qtil ta' Caruana Galizia ma kienx biss il-qtil brutali ta' ġurnalista investigattiva iżda wkoll attakk fuq il-libertà tal-espressjoni f 'Malta." Qal li l-poplu Malti m'għandux fiduċja fil- Kummissarju tal-Pulizija, speċjalment meta ma kellux ċans li jiltaqa' mal- Kummissjoni Anti-Mafja Taljana li kienet fuq żjara f 'Malta. Francis Zammit Dimech jiltaqa' ma' Antonio Tajani

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017