Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Valletta ..................... 3 St Andrew's ................ 0 VALLETTA telgħu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika meta kkonvinċew u għelbu lil St Andrews bl-iskor ta' 3-0. Il-Beltin fetħu l-iskor meta Matteo Piciollo rċieva pass fit-tul mingħand il- goalkeeper Henry Bonello, avvanza u xeħet cross fil- baxx lejn Denni Rocha Dos Santos b'dan tal-aħħar idur ma' difensur avversarju u jikkonkludi fix-xibka b'xutt fil-baxx. Valletta komplew jinsistu u fi spazju ta' tliet minuti, resqu viċin minn freekick ta' Denni Roacha Dos Santos li għadda ftit barra kif ukoll lob ta' Kyrian Nwoko u xutt mill-ewwel ta' Santiago Malano li ġew salvati minn Matthew Calleja Cremona. Fil-21 minuta, Valletta rduppjaw meta Ibrahim Sa¬leh ikkrossja lejn Jean Borg, dan antiċipa l-ħarġa ta' Matthew Calleja Cremona u kkon¬kluda fix- xibka b'daqqa ta' ras. Tnax- il minuta wara, Valletta reġ¬għu sabu x-xibka meta Ibrahim Saleh qassam lejn Ky¬rian Nwoko, li xeħet lejn Matteo Piciollo li mill- viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Sa tmiem l-ewwel taqsima kienu Valletta l-aktar li resqu viċin meta fl-40 minuta Matthew Calleja Cremona salva fuq xutt minn pożizzjoni ideali ta' Kyrian Nwoko. Fis-46 minuta, f 'azzjoni ta' Valletta, Ibrahim Saleh qabeż żewġ difensuri, għadda lejn Matteo Piciollo iżda x-xutt minn tarf il-kaxxa ġie salvat minn Matthew Calleja Cremona. Fit-58 minuta, waslet l-ewwel azzjoni min-naħa ta' St Andrew's meta xutt fil-baxx ta' Aidan Jake Friggieri ġie salvat minn Henry Bonello. St. Andrew's bdew juru logħob aħjar u fil-81 minuta tentattiv fil-baxx ta' Aidan Jake Friggieri għadda ftit barra. Valletta Bonello, S. Borg, Camilleri, Gill Cruz, Malano (Mifsud 67), Piciollo, Nwoko, J. Borg, Callistus Umeh, Saleh (Muscat 84), Rocha dos Santos (Pani 57') St Andrew's Calleja Cremona, Pena Beltre, Borg (Grima 75'), Friggieri, Farrugia, Atkinson, Gauci, Davis, Grant (Grech 46'), Martin, Butler (Walker 54') Referi Philip Farrugia MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Valletta mingħand Balzan matul is-sajf li għadda. Fil-passat riċenti, lagħab ukoll ma' Floriana. Valletta waħedhom l-quċċata Azzjoni mill-konfront bejn Valletta u St Andrews Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017