Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 29 ILKAMPJONATI Ewropej tal-Weightlifting għall-atleti żgħażagħ għal dawk anqas minn 20 u 23 sena saru f 'Durres, l-Albanija matul il-ġimgħa li għaddiet. Għal dan l-avveniment attendew l-aqwa atleti fl- Ewropa li jammontaw għal 345 minn 35 pajjiż differenti. L-atleti kollha jinsabu fil-qofol qabel il-Kampjonati tad-Dinja li se jsiru fix-xahar li ġej. Il-kampjonati kienu wkoll ta' importanza kbira għal ftit pajjiżi tal-Commonwealth peressli kienet l-aħħar ċans li tista' tikkwalifika għal-logħob is-sena d-dieħla. Kieran Mifsud, kien l-uniku weightlifter Malti fl-Albanija akkumpanjat mill-kowċ Jesmond Caruana. Wara l-prestazzjoni eċċellenti tiegħu fil-kampjonati tal- Commonwealth fl-Awstralja ftit ġimgħat ilu, kien diffiċli għalih li jkompli jtejjeb dak ir-riżultat. Madankollu huwa wera li baqalu x'jagħti. Huwa refa' 131 kilo snatch u 171 kilo clean and jerk għal total ta' 302 kilo biex b'hekk irnexxielu jikser sitt rekords nazzjonali - 3 fis-sezzjoni taż-żgħażagħ u 3 fis-sezzjoni tal-kbar fil-kategorija 105kilo. Flimkien ma' dawn ir- rekords, huwa spiċċa fit- tielet pożizzjoni fl-iSnatch, fit-tieni post fil-Clean and Jerku u fit-tielet pożizzjoni fit-total fil-kategorija 105kilo B. Fl-overall, Georgia kisbu l-ewwel post segwiti mill-Armenja, il-Bulgarija, il-Belarus, ir-Russja, il- Polonja, il-Latvja, il-Gran Brittanja, Malta, il-Litwanja u l-Albanija. Organizzati l-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting għall-atleti żgħażagħ Ritratt - MWA minn Cristian Antony Muscat Naxxar L ...................... 1 Floriana ...................... 2 FLORIANA kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu l-isfida ta' Naxxar Lions fl-aħħar sekondi bl-iskor ta' 2-1. Kienu Naxxar Lions li ħolqu l-ewwel periklu wara seba' minuti meta Manolito Micallef indirizza cross perfett lejn Scott James Fenwick li minn pożizzjoni ideali ra l-konklużjoni tiegħu tintemm barra. Il-Lions reġgħu ħolqu l-periklu fit-22 minuta meta minn azzjoni ta' corner Adrian Cascaval għola tajjeb izda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata bi bravura mill-goalkeeper ta' Floriana, Ini Akpan. Il-Lions komplew jattakkaw u fil-31 minuta meta wara li rċieva minn freekick sabiħ ta' Ryan Gilmour Cassar, għola tajjeb is-solitu Adrian Cascaval li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm ftit barra mil-lasti ta' Ini Akpan. Floriana fetħu l-iskor fil-41 minuta meta xutt mill-isbaħ mim tarf il-kaxxa ta' Ignacio Varela ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Lions, Christoph Nicht. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il- Greens komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima fit-52 minuta meta Juninho Cabral avvanza tajjeb iżda x-xutt fil-baxx tiegħu ġie salvat bi bravura minn Christoph Nicht. Naxxar Lions ġabu l-iskor indaqs fis-77 minuta meta wara taħwida taħt il-lasti tal-goalkeeper ta' Floriana, Ini Akpan, il-ballun wsaal għand Adrian Cascaval li b'xutt b'saħħtu mill-viċin għeleb lill-goalkeeper Niġerjan naturalizzat Malti tal-Greens. Iżda Floriana rebħu penalty fit-82 minuta meta Maurizio Vella twaqqa' mill player ta' Naxxar Lions, Duane Bonnici, biex mill-11-il metru nkariga ruħu t-Taljan Mario Fontanella li iżda ra lill-goalkeeper ta' Naxxar Lions, Christoph Nicht idawwar f 'corner bi bravura. Floriana rebħu penalty ieħor fid-90 minuta meta wara taħwida fil-kaxxa, is-sostitut Leighton Grech twaqqa' minn Duane Bonnici. Mill-11-il metru nkariga ruħu Mario Fontanella li din id-darba ma żbaljax. Naxxar L. Nicht, Fenwick, Grech, Micallef (Fenech 73'), Bonnici, Cassar, Bustos, Oussenyou Ndoye, Cascaval, Mendy, De Jesus Messias Floriana Akpan, Baldacchino, Pepe, Ruiz, Borg, Varela (Grima 46'), Vella, Cabral, Cini, Chiesa (Grech 49'), Fontanella Referi Alan Mario Sant IGNACIO VARELA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel gowl għal Floriana li kien wieħed tal- istampi. Huwa wieħed mill- aqwa plejers barranin li jimmiltaw f'pajjiżna. Floriana jiksbu tliet punti prezzjużi -aħħar sekondi Rebħiet tajba għaż-żewġ timijiet ta' Manchester MANCHESTER United ġewwa darhom f 'Old Trafford għelbu lil Tottenham Hotspur bl- iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl uniku għalihom jasal minn Anthony Martial fil-81 minuta. Manchester City barra minn darhom għelbu l-isfida ta' WBA bl-iskor ta' 3-2 bil-gowls għalihom jaslu minn Leroy Sane, Fernandinho u Rahhem Sterling. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal WBA waslu minn Jay Rodriguez u Matthew Philips. Liverpool ġewwa darhom f 'Anfield għelbu lil Huddersfield Town bl- iskor ta' 3-0, bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Daniel Sturridge, Roberto Firmino u Georginio Wijnaldum. Ta' nota huwa l-fatt li Mohamed Salah falla penalty għal- Liverpool fit-42 minuta. Arsenal ġewwa darhom fl- Emirates Stadium għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Sead Kolasinac u Aaron Ramsey. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal Swansea City wasal minn Sam Clucas fit-22 minuta. Crystal Palace u West Ham United temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 waqt li Stoke City barra minn darhom għelbu lil Watford bl-iskor minimu ta' 1-0. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 28 ta' Ottubru Man.United vs Tottenham H. 1-0 Arsenal vs Swansea City 2-1 Crystal P. vs West Ham United 2-2 Liverpool vs Huddersfield Town 3-0 Watford vs Stoke City 0-1 West B. Albion vs Man. City 2-3 FIXTURES Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 14:30 Brighton & Hove Albion vs Southampton 17:00 Leicester City vs Everton It-Tnejn 30 ta' Ottubru 21:00 Burnley vs Newcastle United Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 12:30 Benevento vs Lazio 15:00 Crotone vs Fiorentina 15:00 SPAL 2013 vs Genoa 15:00 SSC Napoli vs Sassuolo 15:00 Sampdoria vs ChievoVerona 15:00 Udinese vs Atalanta 20:45 Torino vs Cagliari Plejers ta' Manchester City ji rħu wara wieħed mit-tliet gowls skorjati kontra WBA Ritratt: Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017