Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... DYBALA U GRIEZMANN - Id-diriġenti ta' Real Madrid qed joħolmu żewġ akkwisti kbar għall-istaġun illi ġej u fl-istess ħin qed ifittxu attakkant jew tnejn sabiex jagħmlu koppja ma' Cristiano Ronaldo.Iż-żewġ ismijiet illi qed jissemmew b'insistenza fil-kurituri tal-EstadioBernabeu huma Paulo Dybala ta' Juventus u Antoine Griezmann ta' Atletico Madrid. Perez għandu ammirazzjoni kbira lejn Dybala u jixtieq iġibu lejn Madrid filwaqt illi Griezmann tidher li tista' togħġbu l-idea illi jingħaqad mal-Blancos bis-somma li qed tissemma' tkun dik ta' €200 miljun. FELLAINI, MATA, HERRERA U JONES - Il-klabb ta' Manchester United lesti li jġeddu l-kuntratt ta' erba' plejers minn tagħhom li huma Marouane Fellaini, Juan Mata, Ander Herrera u Phil Jones. Skont il-gazzetta Ingliża The Sun, id-diriġenti tar-Red Devils ma jixtiequx jċedu lil dawn il-plejers illi qed jagħtu esperjenza enormi lill-oħrajn żgħażagħ fit-tim. Mhux hekk biss talli l-kowċ Mourinho qed jibni sod sabiex ikomplu jżidu l-profil tagħhom kemm fil-kampjonat domestiku kif ukoll fil-UEFA Champions League. VICTOR GABRIEL MOURA DE OLIVEIRA - Roma qed jinsistu sabiex jakkwistaw lit-talent żagħżugħ mill-Brażil bl-isem ta' Victor Gabriel Moura de Oliveira magħruf aħjar bħala Vitinho. Il-plejer illi huwa midfielder offensiv qed jiġi segwit mill-iskawts ta' Roma waqt il-logħob tat-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena illi qed isiru fl-Indja.Vitinho li għad irid jagħlaq it-18-il sena jilgħab mal- Corinthians u qed jimpressjona mhux ftit fil-kampjonat Brażiljan. Anke Manchester City qed isegwu l-passi ta' Vitinho sabiex jippruvaw jakkwistawh bi klawsola ta' €25 miljun. JOSE MOURINHO - Il-klabb multi-miljunarju ta' Paris St Germain ser jipprova jikkonvinċi lil Jose Mourinho sabiex hekk kif jispiċċalu l-kuntratt ma' Manchester United, jingħaqad magħhom. Il-gazzetta Ingliża The Sun saħansitra qed tgħid illi l-Franċiżi ser jippruvaw jikkonvinċu lil TheSpecialOne sabiex jingħaqad magħhom sa mill-istaġun illi ġej. Għalkemm il-United qed jgħidu illi Mourinho ser iġedded il-kuntratt mar-RedDevils, il-Portugiż qed isostni illi jixtieq esperjenza ġdida ma' tmiem il-kuntratt mal- klabb Ingliż. Min-naħa l-oħra l-Pariġini huma determinati illi jkomplu jkunu forza fl-Ewropa u għalhekk illi qed ifittxu kowċ ta' ċertu isem. NEYMAR U MBAPPE - L-istilla Brażiljana ta' PSG Neymar qal illi lest jgħallem lill-kollega fit- tim Kylian Mbappe sabiex itejjeb il-kapaċitajiet tiegħu. Neymar sostna illi fiż-żmien illi għamel ma' Barcelona kien tgħallem ħafna mingħand LionelMessi u issa għandu l-intenzjoni li jagħmel l-istess mal-plejer iżgħar minnu. Kemm Neymar kif ukoll Mbappe sabu ix-xibka fir-rebħa kbira illi l-Pariġini kisbu fuq Anderlechtbl-iskor ta' 4-0. JOSE MANUAL ARNAIZ DIAZ - Real Madrid għandhom l-intenzjoni illi jiksbu s-servizzi tal-winger ta' Barcelona Jose Manual Arnaiz Diaz. Dan kollu jista' jseħħ minħabba illi ħu d-difensur ta' Real Sergio Ramos huwa ħabib ħafna ta' Diaz u għalhekk ser jipperswadih jingħaqad magħhom. Diaz ingħaqad ma' Barcelona mingħand Real Valladolid dan is-sajf u qed jimpressjona ferm fit-tim B tal-Katalani. Dawn l-istess wirjiet ġew innutati anke mill-iskawts tal-Merengues illi min-naħa tagħhom infurmaw lill- president Florentino Perez ħalli jippruvaw jiksbu l-firma tiegħu. ALEX SANDRO - Plejer illi bħalissa xejn m'hu għaddej minn perjodu sabiħ huwa l-winger ta' Juventus Alex Sandro. Wara li wettaq awto-gowl fl-aħħar konfront tal-UEFA Champions League kontra Sporting Lisbon, il-plejer Brażiljan xejn m'hu jimpressjona fit-taħriġ u dan il-fattur qed jirrabja mhux ftit lil Massimiliano Allegri. Dan jista' jġiegħel lil dan tal-aħħar sabiex jilgħab aktar lil Kwadwo Asamoah li jilgħab fl-istess pożizzjoni tiegħu. Id-diriġenti Juventini kellhom f 'moħħhom illi jġeddu l-kuntratt tal- eks plejer ta' Porto iżda qed jaraw l-aħħar żviluppi dwar il-progress tiegħu. KALIDOU KOULIBALY - Barcelona qed isegwu b'interess il-progress tal-player ta' Napoli Kalidou Koulibaly għalkemm jeżisti fattur illi qed ibeżża' xi ftit lill-Katalani għax qed jaħsbu li l-plejer jiswa' ħafna flus. Anke Chelsea jinsabu interessati f 'dan il-player u skont Mundo Deportivo, Napoli qed jitolbu somma ta' €60 miljun għall-akkwist tiegħu. Xi skawts ta' Barcelona marru jaraw lil Koulibaly fil-logħba tal- kampjonat kontra Roma u mpressjonahom ferm. L-uniku dubju illi qed iberren f 'moħħ il-Katalani hija proprju ċ-ċifra ta' dan il-plejer. ARTURO VIDAL - Il-mument maġiku tal-Inter fil-kampjonat qed jagħti lok lid-diriġenti u partitarji illi jibdew joħolmu xi ħaġa kbira u eventwalment iħarsu lejn x'hemm fis-suq tat-trasferimenti sabiex jinxtara plejer ta' kwalità. Skont is-sit tuttomercatoweb.it, id-diriġenzaInterista qed tħares lejn il-plejer Arturo Vidal b'ċertu interess u ser jippruvaw iġibu liċ-Ċilen ta' Bayern Munich fi Stadio San Siro man- Neroazzurri. Vidal diġà approva dan l-interess u issa l-ballun ser jaqa' fuq l-ogħla awtoritajiet ta' Bayern Munich sabiex jiddeċiedu dan it-trasferiment possibbli.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017