Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 22 Kummerċjali ILGRUPP Argus qed jesplora opportunitajiet biex tinħoloq entità ġdida ta' assigurazzjoni f 'Malta. Din l-entità ġdida se jkollha l-għan li tissodisfa l-ħtiġijiet emerġenti tas-suq f 'Malta, kif ukoll isservi ta' bażi li permezz tagħha tidħol fi swieq Ewropej oħra. Meta tkellmet f 'avveniment li sar dan l-aħħar għall-brokers tal-assigurazzjoni, iċ- Chairman tal-Grupp Argus, Shelia Nicoll, qalet: "Il-Grupp Argus għadu impenjat li jikber u jiżviluppa l-preżenza tiegħu f 'Malta. Fi żmien ta' bidla ġeopolitika konsiderevoli, jinħolqu opportunitajiet sinifikanti. Brexit hu ċertament eżempju ċar ħafna ta' opportunità kbira għal Malta, u aħna kuntenti li naraw li l-Gvern u l-komunità tan-negozju qed jaħdmu mill-qrib flimkien biex jagħmlu l-aħjar użu minn opportunitajiet bħal dawn." Dr Vanessa Borg, il-Kap Eżekuttiv ta' AIAL, qalet li bis-saħħa tad-dedikazzjoni tal-impjegati u brokers, il-kumpanija hi f 'pożizzjoni biex tkompli timxi 'l quddiem fis-settur tal- assigurazzjoni lokali u se tfittex li tkompli tespandi n-negozju tagħha. Il-Grupp Argus għandu iktar minn 65 sena ta' esperjenza fis-settur tas-servizzi finanzjarji. Il-kumpanija, li hi bbażata fil-Bermuda, għandha ekwità netta ta' $134 miljun dollaru ta' Bermuda, u fl- 2017 irreġistrat dħul ta' $12 miljun dollaru tal-Bermuda. Il-Grupp bħalissa jopera disa' negozji differenti li jkopru tliet territorji differenti, fosthom Malta. Aktar tagħrif mis-siti www.argus.com.mt u www.argus.bm. Il-Grupp Argus qed jesplora opportunitajiet biex tinħoloq entità ġdida ta' assigurazzjoni f'Malta Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa ta' Nadia Mifsud DIN l-istorja ta' Abigail. LE, żomm. DIN l-istorja ta' Abigail u Aron; Abigail u Sonia; Abigail u Vince; u fuq kollox, ta' Abigail u ommha. Għad li, teknikament, din l-istorja hija ta' Abigail skont ommha. Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa (pubblikazzjoni Merlin Publishers) hija storja tmiss il-qalb, tad-dinamika bejn omm u bintha, esplorazzjoni tar-rabta materna u kif dir- rabta tinfluenza d-direzzjoni li jieħdu fil-ħajja kemm l-omm kemm il-bint. Ir-rumanz jiftaħ b'introduzzjoni tant reali u diretta li tħossok li l-awtriċi kważi qiegħda f 'darek. It- tifla – għadha ċkejkna – qed tagħmel xenata, tibki u teqred qabel l-iskola għax għandha kalzetta qed titberfel. Dettalji żgħar huma deskritti mingħajr kantunieri – bħal pereżempju rqaqat dwar it-tqala, jew dwar il-mewt ta' persuna qrib in- narratriċi, dettalji li jaf jagħraf u jittrasmetti fuq karta biss awtur ta' stoffa. U dan hu preċiż dak li tagħmel Nadia Mifsud. Dan ir-rumanz- debutt tagħha huwa wieħed tant b'saħħtu li faċli wisq issejjaħlu "rollercoaster" emozzjonali. Tħossha qed tidħol b'zoom bil-kamera mentali tagħha u ttina plott ibbażat fuq nies li jgħixu ħajja normali, bħali u bħalek. Imbagħad taqbad din l-istorja u ddawwarha, b'kapaċità enormi, fi drama ta' relazzjonijiet, mimlija suspans. Il-qarrejja mhux se jitilqu l-ktieb minn idejhom huma u jistaqsu, X'ġara? Min? Meta? Fejn? Il-lingwaġġ użat f 'dal-ktieb huwa dirett u aċċessibbli imma magħżul b'reqqa. L-awtriċi tqis kull konsonanti, tħoss għar- ritmu u l-melodija ta' kull frażi u sentenza. M'hemmx frilli żejda jew lingwaġġ pompuż – imma l-lingwaġġ li nużaw ilkoll fil- ħajja ta' kuljum, bid-differenza li taħt il-maġija ta' Mifsud isir poetiku għall-aħħar. Is-saħħa ta' Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa forsi ħierġa mill-fatt li l-awtriċi ġejja minn familja b'narrattiva matrilineali ħafna. "Jiena kbirt imdawra b'nisa – għandi dal- memorji sbieħ sa minn tfuliti ta' erba' ġenerazzjonijiet ta' nisa mgezzin ġewwa kċina Bormla, jiċċaċċraw, jidħqu, jiċċajtaw bejniethom, jinku lil xulxin, u ġieli anki jargumentaw," qalet Mifsud. Wieħed mill- passatempi favoriti tagħha kien sar li tosservahom waħda waħda kif ukoll kif jinteraġixxu ma' xulxin. Hi u tikber imdawra bihom, ippruvat tinnota u ssegwi dak li kull mara kienet qed tgħaddi lill-ġenerazzjoni ta' warajha fil-waqt li tqis dak li għandu jitħalla jmut. Imbagħad, hi stess kellha t-tfal, bniet, tagħha u sabet ruħha "direttament nesperjenza l-maternità fl-ambigwitajiet kollha tagħha", u tipprova tgħaqqad flimkien l-istorja personali tagħha mal-letteratura u teorija femminista li kienet għexet meta kienet għadha studenta. Ir-rota daret dawra (kważi) sħiħa kien rebaħ il-kompetizzjoni letterarja #abbozz 2014 organizzata mill- Merlin Publishers. Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com. Nadia Mifsud twieldet Malta fl-1976. Ta' 22 sena, marret tgħix Franza fejn spiċċat l-istudji tagħha u bdiet tgħallem il-lingwa u l-letteratura Ingliża. Tgħix Lyon fejn taħdem bħala traduttriċi letterarja. Hija ppubblikat żewġ antoloġiji ta' poeżiji, Żugraga u Kantuniera 'l bogħod u dan huwa r-rumanz debutt tagħha. L-addattament għall-Franċiż ta' Fl-Isem tal-Missier (u tal- Iben) ta' Immanuel Mifsud, ġie ppubblikat minn Gallimard, Franza, fl-2015. DAN il-kwartett ta' żeffiena mill-Olanda tabilħaqq fiżiċi jesplora kif nistgħu nibnu rabtiet bejnietna, kif nibnu lingwaġġ privat biex nikkomunikaw, u mbagħad nistiednu lill-oħrajn biex jidħlu fid-dinja tagħna. Żifna li tagħti l-ħajja lir- raħal kollu, pinġuta għal tfal li ma għandhomx kwiet f 'ġisimhom, dawk li jħobbu jixxabbtu, dawk li kapaċi jimmaġinaw anki dak li ma jistgħux jaraw. 'Tetris' daret diversi pajjiżi Ewropej f 'dawn l-aħħar snin u kull darba ntlaqgħet b'entużjażmu kbir. 'Tetris' hija addattata għal udejenza ta' tfal ta' 'l fuq minn sitt snin. Se tkun fl-iskola primarja tal-Belt Valletta nhar il-Ġimgħa 24 u l- Ħadd 26 ta' Novembru, u hija aċċessibbli bis-siġġu tar-roti. Tetris Argus jesplora opportunitajiet biex jespandi l-operat f 'Malta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017