Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol PHILIPPE COUTINHO - Skont is-sit sportiv goal.com, il-klabb ta' Liverpool mistenni jirrifjuta offerta oħra li ser jagħmlu Barcelona sabiex jippruvaw jakkwistaw lill-Brażiljan PhilippeCoutinho. Il-Katalani diġà raw tliet offerti għal Coutinho irrifjutati mir-Reds. L-aħħar offerta, dik ta' €130 miljun ġiet innegata mis-sidien Fenway Sports Group illi qalu li l-plejer mhuwiex għal bejgħ. Għalhekk jidher illi l-probabbilta' ser tkun illi l-plejer jibqa' ma' Liverpool. Bħalissa Coutinho għaddej minn mument tajjeb tant illi kien ukoll wieħed mill- iskorers fir-rebħa barra minn darhom illi kellhom Liverpool kontra Maribor bl-iskor ta' 7-0. JOSE GIMENEZ - Wara li s'issa l-akkwist tal-Ġermaniż Benedikt Howedes xejn ma rnexxa, Juventus qed idawruħarsithom sabiex jiksbu difensur ta' kwalita' u f'Jannar jistgħu jmorru għal Jose Gimenez ta' Atletico Madrid. Dan il-plejer Urugwajan s'issa ftit sab post fl-ewwel 11 tal-kowċ Diego Simeone u dan jista' jagħti lok għal dan it-trasferiment li jista' jsir f'Jannar. Gimenez għad għandu biss 22 sena u ilu mal-Colchoneros sa mis- sena 2013. Huwa lagħab 69 darba magħhom u skorja tliet goals f'erba' staġuni. JADON SANCHO - Il-plejer żagħżugħ ta' 17-il sena Jadon Sancho kiteb l-istorja personali fil-karriera diġà brillanti tiegħu hekk kif daħal jilgħab għal Borussia Dortmund fil-logħba li kellhom it-tim bi flokk isfar kontra Eintracht Frankfurt. Din kienet l-ewweldehratiegħu mat-timĠermanizminn meta ngħaqad magħhom minn ma' Manchester City. Sancho huwa meqjus bħala l-istilla futura tat-Three Lions hekk kif għadu kemm mexxa lill-Ingliżi waqt il-Kampjonat Ewropew ta' taħt is-17-il sena u ġie nkluż anke fl-iskwadra waqt it-Tazza tad-Dinja li saret fl- Indja. GABRIEL OMAR BATISTUTA - L-eks attakkant internazzjonali Arġentin Gabriel Omar Batistuta waqt intervent illi għamel fi stazzjon lokali Radio La Red, ikkritika bl-aħrax lill-coach Jorge Sanpaoli illi naqas li jsejjaħ lil Gonzalo Higuain għall-partita ta' ħbiberija li l-Arġentina ser tilgħab kontra r-Russja f 'Novembru illi ġej. "Sanpaoli xejn m'hu qed jittratta lil Gonzalo tajjeb. Minħabba xi żbalji li għamel mhux lest itih ċans u dan qed jagħmel lill-plejer aktar frustrat u diżappuntat." Batistuta, li kien attakkant prolifiku kemm mat- tim nazzjonali kif ukoll ma' Fiorentina u Roma, jemmen illi jekk jingħata ċ-ċans Higuain jista' jagħmel dak li jaf. Bħalissa l-Pipita, kif inhu mlaqqam dan il-plejer, qed isibha diffiċli anke ma' Juventus fejn minkejja li skorja xi gowls, qed jitlef ħafna ċansijiet quddiem il-lasta. JAVIER ZANETTI - Waqt intervista illi kellu mal-ġurnal Ingliż The Independent, il-viċi-president ta' Inter, JavierZanetti tkellem b'mod pożittiv fuq il-familja Zhang illi qed imexxu lill-klabb. "Il-proġett ta' Suning huwa wieħed interessanti u ambizzjuż. Huma jaħdmu b'mod serju u għandhom rispett kbir lejn l-istorja ta' dan il-club." "Flimkien nixtiequ li nerġgħu npoġġu dan il-club fil-glorja tas-suċċessi li kien magħruf għalih ftit tas- snin ilu." "Hemm ċertu strutturar illi qed isir u konvint li ser naslu ma ndumux. Hemm objettivi illi jridu jiġu milħuqa u fuq dak li qed jiġri matul dan l-istaġun nemmen illi għandu jirnexxielna." ANDRE SILVA - Barcelona u Arsenal jinsabu interessati fl-attakkant ta' Milan Andre Silva. Dan il-plejer kellu bidu ferm tajjeb fil-UEFA EuropaLeague u skorja diversi goals importanti. Għalkemm fil-kampjonat Taljan ftit qed jispikka, l-eks attakkant ta' Porto qed jiġi segwit minn dawn iż-żewġ klabbs u qed jaraw fih plejer ideali biex iżidu s-saħħa tagħhom fl-attakk. Silva skorja sitt gowls fl-Ewropa mar-Rossoneri u qed jaspira illi jgħin lit-tim joħroġ mill-mument ħażin illi jinsabu fih b'mod partikolari fil-kampjonat. JORGINHO - Il-playmaker ta' Napoli Jorginho qed jikkunsidra illi jilgħab mat-tim nazzjonali Brażiljan. Dan wara illi l-kowċ preżenti tal-Italja Giampiero Ventura mhux isejjaħlu mat-team nazzjonali Taljan. Fil- passat l-eks manager Antonio Conte kien sejjaħlu mal-Italja fejn lagħab darbtejn. Sadanittant id-direttur ġenerali tat-tim Brażiljan EduGaspar kellem personalment lill-plejer fejn deher interessat fil-proposta li jilgħab mat-tim nazzjonali. Jorginho fil-fatt twieled fil-Brażil u għandu passaport Taljan u dan il-fatt jġiegħlu jagħżel ma' min ser jilgħab. Il-midfielder lagħab 104 logħbiet kemm ilu ma' Napoli għalkemm skorja biss gowl wieħed. Fil-passat lagħab ukoll ma' Verona u Sambonifacese fl-Italja. minn Cristian Antony Muscat ALAN - Real Madrid jinsabu ferm viċin illi jiksbu s-servizzi tat-talent żagħżugħ Brażiljan Alan li bħalissa qed jilgħab fil-kampjonat ta' pajjiżu ma' Palmeiras. Skont il-ġurnal sportiv Spanjol AS, Alan impressjona mat-tim nazzjonali Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja ta' taħt is-17-il sena li saretfl-Indja u bhalissa għandu klawżola ta' €50 miljun. Madankollu l-Merengues qed jippruvaw jinnegozjaw prezz irħas sabiex b'hekk iġibu lil dan il-player fil-belt kapitali Spanjola. Jingħad illi diġà jeżisti ftehim verbali bejn iż-żewġ partijiet sabiex meta l-plejer jagħlaq it-18-il sena jingħaqad mal-Blancos. Alan beda l-karriera tiegħu ma' Sao Paulo qabel ma ssieħeb ma' Palmeiras minkejja li Inter kienu qed jiġru wara l-firma ta' dan il-plejer f'dak l-istess żmien. MESUT OZIL - Il-plejer ta' Arsenal Mesut Ozil qal illi huwa kunfidenti illi f 'Jannar li ġej jiffirma ma' Manchester United immexxija minn Jose Mourinho. Il-gazzetta Ingliża The Sun żvelat illi l-midfielder Ġermaniż beda jgħid lil sħabu ta' Arsenal illi t-trasferiment tiegħu f 'Old Trafford huwa kważi lest u ammetta li Diċembru jista' jkun l-aħħar xahar illi jilbes il-flokk tal-Gunners. Il-kuntratt ta' Ozil jiskadi fl-aħħar tal- istaġun u Arsenal ser jippruvaw ibigħuh f 'Jannar sabiex jiksbu xi flus għalih.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017