Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 SYLVIA Camillieri, ta' 62 sena, ilha għal numru ta' snin tbati mill-marda tad-diabete. Għalhekk bħala norma, kull sitt xhur Sylvia tagħmel test tad- demm. Lura għall-2012 waqt wieħed minn dawn it-testijiet regolari tad-demm, it-tabiba ċċertifikatha bil-marda tal-Addison. Persuna li sfortunatament tbati minn dil-marda (ara kaxxa), ikollha tibda tieħu l-isteroids sabiex tissostitwixxi l-ormoni neċessarji nieqsa. Sylvia tispjega b'dieqa imma b'rabja fl-istess ħin mal- ILLUM kif it-tabiba, tatha struzzjonijiet ċari sabiex jirnexxilha tikkontrola din il-marda kerha. Meta tkun qed tħossok agħar żidhom kienet qaltli u meta tkun ħażin ħafna ċempel iċ-ċentru tas-saħħa ħalli jagħtuk l-injection; tkompli tirrakonta Sylvia. Hi segwiet il-parir mediku tat-tabiba iżda ma damitx wisq sakemm bdiet tesperjenza effetti pjuttost negattivi. "Wara li bdejt noħodhom, bdejt inbati minn ħafna ħass ħażinijiet. Darba waħda ċemplit lit-tabiba inkwetata. Hi dejjem qaltli li dawn kienu effetti kaġun tal-marda." Iż-żmien kompla għaddej, Sylvia issa b'diffikultajiet ġodda fil-ħajja, però l-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha kien bastun sabiex hi tkompli tgħix il-ħajja tagħha bl-istess mod ta' kif kienet tagħmel qabel. Ħabat li ftit ta' żmien wara, waqt li Sylvia kienet tinstab id-dar weħidha, mingħajr mistenni, taha ħass ħażin. Hi tirrakkonta d-diffikultà li sabet sabiex irnexxielha ċċempel ambulanza. "Ma stajtx inkellmu, l-operatur tal-ambulanza meta ċemplit, dahri ma bdejtx nħossu, kelli naqbeż minn fuq is-sodda u nitkaxkarha sal-bieb, daqsekk kont ħażin." Ftit tal-ħin wara , tasal l-ambulanza, u tieħu lil Sylvia l-isptar, mill-ewwel jilqagħha tabib, li jagħtiha l-aħbar kerha. Sylvia kienet qiegħda taħt l-effett ta' 'overdose' mill-pilloli preskritti lilha. Syliva minn hemm tirrakkonta l-effetti koroh u ta' detrmient li bdew b'riżultat ta' dan l-inċident, hekk kif ftit żmien wara, hi kellha tfittex ukoll għajnuna psikjatrika u kif anke għamlet ġranet sħaħ ġewwa l-'psychatriac unit'. Fost il-mediċina preskritta lilha kien hemm, Fludrocortisone u Hydrocortisone. Jekk wieħed jaqra l-karta annessa mal-pilloli faċli jara lista kbira ta' effetti sekondarji tal-marda li jibdew minn; pressjoni għolja, telf tal-vista, bidliet fil-burdata u saħansitra anke sentimenti ta' dipressjoni. "Moħħi ma baqax jiffunzjona qaltilna Sylvia, kemm-il darba werwirt lil dawk qrib tiegħi. Niftakar darba werwirt it-tifla bil- kliem li għidtilha." "Imbagħad kienu tawni struzzjonijiet sabiex nibda lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter "Kelli naqbeż minn fuq is-sodda u nitkaxkar It-tabib personali tal-familja ta' Sylvia 'għamel gwerra' però xorta waħda ma ngħatax risposta mill-awtoritajiet Ir-riżultat, ta' wieħed mit-testijiet Sylvia għamlet minħabba l-Addison Sylvia Camilleri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017