Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Lija A. ..........................0 Hibernians ...................3 HIBERNIANS ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Lija Athletic bl-iskor ta' 3-0. Kienu l-Pawlisti li ħolqu l-ewwel periklu mera wara biss żewġ minuti logħob, daqqa ta' ras ta' Leandro da Silva għaddiet ftit barra mil- lasti tal-goalkeepr żagħżugħ ta' Lija Athletic, Jonathan Martinelli. Fit-23 minuta, kellu jkun l-istess plejer Leandro da Silva li avvanza tajjeb iżda l-goalkeeper Jonathan Martinelli ħareġ tajjeb biex b'hekk evita kull periklu għat-tim tiegħu. Il-Pawlisti komplew juru l-aħjar logħob u meritatament fetħu l-iskor fil-41 minuta permezz ta' xutt bid-dawra ta' Marko Sahanek li ma ta l-ebda cans lil Joanthan Martinelli. Fit-tieni taqsima, kienu Lija Athletic li ħolqu l-ewwel periklu eżattament fit-52 minuta meta Erjon Beu ttanta xortih permezz ta' freekick insidjuż iżda Andrew Hogg salva bi bravura. Hibernians komplew jattakkaw u tmien minuti wara, xutt mill-viċin ta' Leandro da Silva ġie salvat tajjeb minn Jonathan Martinelli. Fil-75 minuta, Clayton Failla, għadda tajjeb lejn Jurgen Degabriele b'dan tal-aħħar jara x-xutt insidjuż tiegħu jiġi salvat parzjalment minn Jonathan Martinelli qabel ma d-difiża ta' Lija Athletic ikklerjat il-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Fit-82 minuta, Leandro Da Silva ttanta xortih permezz ta' lob delizzjuż minn fuq il- goalkeeper ta' Lija Athletic, Jonathan Martinelli, iżda l-ballun intemm ftit għoli. Żewġ minuti biss wara Hibernians, meritatament irduppjaw l-iskor, permezz taż-żagħżugħ u BOV Player tal-Logħba, Jurgen Degabriele, li qabeż lill- goalkeeper avversarju Jonathan Martinelli, qabel tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Pawlisti ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fid-89 minuta, meta Johann Bezzina ra x-xutt tiegħu jiġi mxellef għal ġewwa mid-difensur ta' Lija Athletic, Predrag Babic. Lija A. Martinelli, Babic, Clinch (Sammut 67'), Borg, Beu, Schembri, Kooh Sona, Bello Osagie, Cassar (Galea 82'), Sidibe, Leeflang (Spiteri 89') Hibernians Hogg, Kristensen, Degabriele, Vella, Soares (Kreuzriegler 46'), Dias, Failla, Da Silva (Lima 82'), Dos Santos (Bezzina 61'), Agius, Sahanek Referi Matthew Deagabriele JURGEN DEGABRIELE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl minn tlieta għal Hibernians f'din il-partita. Jista' jiġi meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f'dawn l-aħħar snin. Hibernians jikkonvinċu u jegħlbu lil Lija Athletic Ritratt: Christine Borg Bjorn Kristensen jgħaddi tajjeb minn bejn id-diża ta' Lija Athletic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017