Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Minn Alfred Consiglio J essica Lucy Freeman- Mitford, magħrufa ma' sħabha u l-familja bħala Decca, kienet politiku radikali. Hija twieldet fil-11 ta' Settembru 1917, bint David Bertram Freeman- Mitford, Baruni Redesdale (1878-1958). Minkejja li kemm ħutha u kemm-il ġenituri tagħha kienu ammiraturi ta' Hitler, hija ċaħdet l-isfond familjari tagħha u saret temmen fit- twemmin komunista. Ta' 19-il sena marret Spanja tgħix ma' Esmond Romilly (1918- 1941), kuġinuha, li kien jaħdem bħala ġurnalist ma' 'News Chronicle', jirrapporta fuq il-Gwerra Ċivili Spanjola. Fl-1939 il-koppja emigrat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika. Romilly miet waqt it-Tieni Gwerra Dinjija fl-1941. Mitford iżżewġet fl-1943 lill-avukat Robert Edward Truehaft (1912-2001), u bdew jgħixu f 'Oakland, California. Jessica qattgħet ħafna mis- snin ħamsin taħdem bħala segretarja mal-Kungress ta' Drittijiet Ċivili, fejn kienet involuta f 'ħafna kampanji, fosthom fl-attentat biex twaqqaf l-eżekuzzjoni ta' Willie McGee. Mitford u żewġha saru attivi fil-Partit Komunista, u fl-1953 it-tnejn issejħu biex jixhdu quddiem il-Kumitat ta' Attivitajiet mhux Amerikani. It-tnejn irrifjutaw. Mitford, diżilluża bl-iżvilupp tal- ġrajjiet fl-Unjoni Sovjetika, irriżenjat mill-partit fl-1958. Fl-1960 Mitford ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha, 'Hons and Rebels', awtobijografija li tgħarrfet iż-żgħożija tagħha u l-ewwel żwieġ tagħha ma' Romilly. F'Mejju 1961 hija marret Montgomery, Alabama, u hemmhekk hija sabet ruħha f 'irvell meta l-Ku Klux Klan attakkaw il-'Freedom Riders'. Wara l-irvell, Mitford attendiet laqgħa fi knisja li kienet indirizzata minn Martin Luther King, Jr. (1929-1968). Żewġha kkonvinċieha tikteb artiklu investigattiv fuq l-industrija funerarja. Permezz tal-artiklu Saint Peter Don't You Call Me, ippubblikat fil-magazin 'Frontier', is-suġġett ġibed l-attenzjoni pubblika. Mitford kitbet 'The American Way of Death' fl-1963 fejn ikkritikat bl-aħrax l-industrija li kienet tuża prattiċi bla skruplu biex tieħu vantaġġ minn familji mnikktin. Il-ktieb wassal lill-Kungress Amerikan biex jagħmel laqgħat fuq l-industrija. Mitford ippubblikat ukoll 'The Trial of Dr. Spock, the Rev. William Sloae Coffin, Jr., Michael Ferber, Michael Goodman, and Marcus Ruskin', ġrajja tal-esperjenzi ta' ħamest irġiel fl-1970 quddiem il-HUAC (House Un-American Activities Committee). Hija kkritikat ukoll bl-aħrax is-sehem tal- ħabs fil-ktieb 'Kind and Usual Punishment: The Prison Business' fl-1973. Mitford kienet ukoll kantanta ma' Decca and the Dectones, u kantat f 'diversi kunċerti għall-karità. Hija mietet bil-kankru fil- pulmun fit-22 ta' Lulju 1996. 24 Biogra ja Jessica Mitford (1917-1996) Alabama, u hemmhekk hija sabet ruħha f 'irvell meta l-Ku Klux Klan attakkaw il- 'Freedom Riders'. I L L U M . C O M . M T ABOUT ILLUM Illum is Malta's favourite independent Maltese-language news source with the popular ILLUM.COM.MT and Sunday newspaper. First published in 2006, Illum continues to off ff f er readers a fresh approach to journalism in Maltese away from the stifling political tone of other newspapers. Outstanding Maltese intellectuals contribute to Illum on a weekly basis. WEBSITE STATISTICS SOCIAL STATISTICS Daily Views - 21k+ Monthly Views - 650k+ Monthly Users - 104k+ 25.9k+ 1.1k+ 30% TRAFFIC 60% TRAFFIC 95% 9 traff ff f ic from Malta 10% TRAFFIC Send advertising inquiries to info@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017