Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 INDURU kemm induru magħha, id-diskussjoni dwar dak li ġara l-ġimgħa l-oħra, jiġifieri l-qtil ta' ġurnalista se jkollu riperkussjonijiet politiċi. Uħud bdew diġà u qed narawhom iseħħu quddiemna, oħrajn għad iridu jirriżultaw maż-żmien. L-għan ta' din l-analiżi mhux li tippolitiċizza l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Mhux li ddaħħal din it- traġedja fid-dinja tal-partiġġjaniżmu. Imma billi toħloq il- kuntest politiku jaħraq illi fih seħħ dan l-attakk. U minħabba li Caruana Galizia kienet persuna intrinsikament politika, wieħed allura ma jistax jaqta' l-karozza bomba li qatlitha mill-fatti, ir-realtajiet u kospiraziji politiċi li jdawru ċ-ċirkostanzi preżenti, f 'dan il-pajjiż partikolari. L-ILLUM għalhekk tat ħarsa u analizzat xenarji differenti ta' riperkussjonijiet politiċi li se jkollu dan il-qtil, fuq tlieta minn nies u 'istituzzjonijiet'. Il- Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-PN Adrian Delia u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar. Muscat; 'Under his watch' Fatt innegabbli, li ma jistax jinbidel u ma jistax ikun analizzat mill-ebda angolu ieħor huwa iż-żmien. Dan l-attakk seħħ meta kien Prim Ministru Joseph Muscat u allura dan jista' jeħodha bħala sfortuna kbira u kerha fil-konfront tal-immaġini politika tiegħu. Anke jekk hemm min jirraġuna li mhix sfortuna, imma riżultat ta' dak li jaraw bħala t-tmermir tal- istituzzjonijiet. Il- posterità hija kunsiderazzjoni importanti għal politiku. U allura x'se jħalli warajh politiku meta jtemm il-karriera hija parti mill-kalkoli li jagħmel. Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia se jkun kapitlu fl-istorja ta' Gvern Laburista, mhux sempliċiment addendum fl- aħħar tal-ktieb u allura Muscat għandu kull interess mhux biss bħala Kap tal-Gvern, iżda wkoll bħala politiku li jara illi dan il-kapitlu jkollu tmiem. Tmiem ċar u preferibbilment inekwivoku. Meta waqt Dissett, dakinhar li nqatlet Daphne Caruana Galizia, Muscat qal li ħadd daqsu (ħlief il-familja) ma jrid li jissolva l-każ, ma kienx qed jeseġera. Fil-fatt ir- riperkussjonijiet jekk il-każ ma jkunx solvut, huma koroh. Mhux solvut, il-każ jibqa' bħax-xabla ta' Damokles fuq ras Muscat L-agħar xenarju għall-pajjiż u, politikament, għal Muscat huwa li l-każ jibqa' mhux solvut. Ħażin għaliex dan il-qtil, l-ewwel tat-tip tiegħu u li għamel ħafna ħsara lil isem pajjiżna, jekk jibqa' mhux solvut se jibqa' jeżisti fid-dinja tal-konspiraziji. Huwa fatt magħruf li Caruana Galizia kienet kritika ħarxa ħafna, mhux biss ta' Muscat imma ta' dak kollu li huwa Laburist u ta' dak kollu li b'xi mod miss mal-Partit Laburista. Huwa fatt ukoll li wħud mill- istejjer li ppubblikat Caruana Galizia, primarjament dik dwar il-Panama Papers, heżżu lill-Gvern mill-fundament u rristrinġuh fil-libertà li jiggverna sal-aħħar tal-ewwel leġiżlatura. Tajjeb jew ħażin, parti mis-suspett inizzjali waqa' fuq persuni mill-Gvern li jmexxi, jew fuq il-Gvern li jmexxi kollu kemm hu. Anke jekk kompletament infondati, suspetti kien hemm. Dan huwa politikament ħażin ħafna għal Muscat u l-Gvern li jrid jibqa' jmexxi għall-erba' snin li ġejjin. Jekk il-każ ma jkunx solvut, min irid jippunta subgħajh lejn il-Gvern preżenti, kif ġara diġà mill-familja Caruana Galizia stess, se jibqa' jkollu ċerta libertà morali li jagħmel dan. Jekk mhux solvut il-ħsara li dan il-qtil jista' jagħmel lill-immaġini tal-Gvern preżenti, lokalment u internazzjonalment, se tkompli tiggrava. Dan probabilment iwassal biex il-pjanijiet ta' Muscat li jokkupa karigi prestiġjużi fuq nett tal- istruttura Ewropea jmorru dirett fil-friża u l-kisbiet kollha li jkun għamel dan il-Gvern jaqgħu taħt sħaba ta' dubji serji, dubji li naturalment l-oppożizzjoni tkompli trewwaħ favuriha. Dan ix-xenarju huwa wieħed pjuttost miżerabbli għall-PL, imma aktar minn hekk għal Muscat u l-persuna politika tiegħu. Solvut, jibda jingħalaq kaptilu Kif ktibt diġà. Muscat irid 'closure' tal-każ. Sens ta' kapitlu magħluq. Jekk solvut, u jekk il-każ jippunta f 'direzzjoni lil hinn mill-Gvern, apparti li tkun saret jew bdiet issir ġustizzja, tkun ukoll mirduma l-għajta inizzjali ta' Adrian Delia li dan kien qtil politiku. Fil-midja Taljana u anke f 'dik lokali hemm xnigħat u qed jiġru stejjer li Caruana Galizia kienet qed tikteb blogg dwar racket ta' kriminalità li jirrigwarda żejt bil-kuntrabandu. Jekk s-swaba' jibdew jippuntaw lejn din id-direzzjoni jkun hemm żewġ effetti. Politikament ikun hemm ċaqliqa, minn qtil fuq ħoġor l-awtoritajiet responsabbli għas- sigurtà, għal bżonn ta' ħidma serja biex tkun indirizzata problema reali li teżisti madwarna u li tikkonċerna rackets serji. It-tieni effett huwa li jinħoloq ċertu sens ta' għeluq ta' kapitlu. Muscat ikun jista' jneħħi minn agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Kważi ġimagħtejn wara l-qtil ta' DCG l-ILLUM tagħti ħarsa lejn xenarji dif- ferenti u x'jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet li jistgħu jiffaċċjaw Muscat, Delia, il-Kummissarju u pajjiżna Każ li se jisssolva jew le? Kulħadd

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017