Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet Dan ir-ritratt din il-ġimgħa tela' mal-istorja ppubblikata fuq is-sit illum.com.mt dwar qbil unanimu li l-Kamra tal-Konferenzi se tissemma għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fir-ritratt jidhru Matthew, Paul u Andrew ulied Caruana Galizia u Peter, żewġha. Fl-istess aħbar is-sit irrapporta kif l-Interpol se tkun qed tagħti sehma wkoll biex jinstab min kien wara l-qtil ta' Caruana Galizia. Ritratt: Eve Van Soens Ritratt tal-ġimgħa XEJN inqas minn 90,000 persuna Maltija tinsab f 'riskju ta' faqar. Għalkemm dan in-numru jirrapreżenta l-istess persentaġġ ta' nies li jaqgħu f 'din il-kategorija mill-2008, fil-fatt dan jimmarka wkoll żieda ta' 10,000 persuna fl-aħħar tmien snin li issa qed jaqgħu f 'din il-faxxa. Dawn id- 90,000 persuna jinqasmu fi tliet kategoriji partikolari, jiġifieri dawk li jinsabu fuq xi forma ta' benefiċċju soċjali li jinkludi wkoll il-pensjoni u għajnuna soċjali lil dawk b'diżabilità, dawk li huma neqsin b'mod sever minn dħul diċenti u allura jridu joqogħdu lura minn affarijiet bażiċi bħall-ikel u dawk li jgħixu f 'familji fejn persuna waħda taħdem bi qligħ baxx jew ħadd ma jaħdem. Minn dawn 16.5% jinsabu f 'riskju ta' faqar anke wara li jirċievu xi forma ta' benefiċċju, 4.4% qed jgħixu f 'sitwazzjoni ta' faqar assolut filwaqt li 7.3% jgħixu f 'residenza fejn persuna waħda taħdem bi qligħ baxx jew ħadd ma jaħdem. Dawn iċ-ċifri joħorġu minn statistika tal-Eurostat li turi wkoll kif fuq livell Ewropew il-faqar, statistikament, qed jonqos, għalkemm għadu jmiss miljuni kbar ta' nies. Fil-fatt minkejja tnaqqis ta' 1.6% fl-2016 meta kkumparat mal- 2012, l-Ewropa għadha qed tiffaċċja 117.5 miljun persuna li qed tgħix fil-faqar jew fir-riskju tiegħu. Minkejja li Malta għandha 20% tal-poplu li huwa f 'riskju ta' faqar il-persentaġġi huma ħafna ogħla f 'ċerti pajjiżi oħrajn speċjalment dawk Mediterranji illi għaddew minn kriżijiet finanzjarji. L-agħar tibqa' l-Greċja b'persentaġġ ta' 35.6% li jinsabu fir-riskju ta' faqar, li fissret żieda ta' aktar minn 7% fi tmien snin. Pajjiżi oħrajn bi problema kbira ta' faqar huma Spanja (27.9%), l-Italja (28.7%) u ankie l-gżira ta' Ċipru (27.7%). Barra miż-żona tal- Mediterran is-sitwazzjoni tal-faqar tiggrava fl-Ewropa tal-Lvant, bil-faqar jew nies f 'riskju ta' faqar jitla' għal 40%, Latvia bi 28.5%, Litwanja b'30% u r-Rumanija b'38.8%. Intant skont l-istess statistika l-Bulgarija, Spanja u l-Litwanja huma l-aktar pajjiżi illi fihom hemm nies li jiddependu minn xi benefiċċju jew pensjoni biex ikollhom dħul. Il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Greċja huma l-aktar pajjiżi illi fihom hemm nies li jgħixu f 'kundizzjonijiet ta' faqar sever u l-Irlanda, il- Greċja u Spanja huma l-pajjiżi li fihom hemm l-aktar persuni li ma jgħixu f 'residenzi fejn ħadd ma jaħdem jew taħdem persuna waħda biss bi dħul baxx. Skont l-istess statistika d-dħul medjan ta' persuna waħdeha f 'Malta li taqa' f 'din il-kategorija huwa ta' €8,143 filwaqt li għal koppja b'żewġt itfal id-dħul medjan huwa ta' €17,101. Intant mal-programm Sebat Ijiem l-attivist kontra l-faqar u membru tal-Alleanza Kontra l-faqar Joseph Bartolo kien sostna li l-agħar li qed jintlaqtu huma dawk li jew jinsabu fuq il-pensjoni jew inkella li qed jikru. Bartolo kien saħansitra qal li huma ħafna dawk li jibqgħu għaddejjin għax jagħmlu x-xirja tagħhom bid- dejn u jieklu għaġin kuljum. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 90,000 persuna Maltija tinsab f 'riskju ta' faqar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017