Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 35 tal-waterpolo normalment jagħmel biex jirnexxi? L-ewwel ħaġa ,importanti aktar milli sagrifiċċju huwa li jkollok motivazzjoni kbira minħabba li dan l-isport huwa wieħed mill- iktar iebsin illi hawn. Imbagħad importanti ħafna illi titħarreġ u tieħu l-affarijiet bis-serjetà sabiex tkun ippreparat sew għal-logħba li jkun imissek. Int tilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Franċiż u s-sena l-oħra kellek esperjenza fl-Olimpijadi ta' Rio de Janeiro. Kif tqisha dik l-esperjenza fil-karriera brillanti tiegħek? M'hemmx xi ngħidu li l-esperjenza tal-Olimpjadi kienet esperjenza unika f 'ħajti. Il-fatt illi tilgħab fl- iktar avveniment importanti sportiv diġà ttik motivazzjoni biex tagħti l-almu kollu tiegħek. Konna tim magħqud ħafna bħala Franza għalkemm ma rnexxilniex naslu sal-kwarti tal-finali tal- kompetizzjoni. Konna fi grupp B flimkien ma' erba' pajjiżi oħra li kienu Spanja, l-Istati Uniti, l-Kroazja u l-Montenegro. Ksibna rebħa waħda biss minn ħames logħbiet però minkejja kollox tajna wirjiet aċċettabbli. Int kont parti wkoll mit-tim nazzjonali Franċiż illi lagħab kontra Malta ftit tas-snin ilu. X'tiftakar minn dik il-logħba? Niftakar li kienet logħba ta' kwalifikazzjoni għal-logħob li kienu ser isiru f 'Budapest fis-sena 2013. Konna rbaħna din il-logħba però minn dak iż-żmien 'l hawn Malta kompliet tagħmel progress kbir u xhieda ta' dan kien meta kkwalifikaw għall-kampjonati Ewropej li saru f 'Belgrade. Malta għandhom tim verament komplut b'Matthew Zammit u Stevie Camilleri illi jixprunaw lit-tim 'il quddiem. Madankollu anke l-plejers żgħażagħ illi telgħin qed juru logħob tajjeb fil-pixxina u dan jawgura tajjeb għal futur ta' dan it-tim nazzjonali. Int lgħabt f 'diversi pixxini oħra madwar id-dinja. Kif tikkompara dan kollu mal-pixxina nazzjonali illi għandna f ' Tal-Qroqq? Hija pixxina arjuża li kompliet tisbieħ fl-aħħar xogħlijiet infrastrutturali illi sarulha. Tant hu hekk illi mill-aħħar darba illi ġejt nilgħab f 'Malta rajt tibdil kbir u bilkemm għaraftha! L-ewwel darba illi ġejt nilgħab f 'pajjiżkom kien disa' snin ilu fis- sena 2008 u kont lgħabt ma' Exiles. Għalhekk nista' ngħidlek illi minn disa' snin ilu 'l hawn il-pixxina hija ferm isbaħ u moderna. L-atmosfera kompliet tisbieħ anke bil-partitarji illi qed jiġu numerużi jagħtu s-sapport lill-benjamini tagħhom. Meta tqis illi Malta huwa pajjiż żgħir, l-attendenza hija waħda ferm tajba. Qed ngħid hekk għax ġieli kont f 'pixxini fejn tara biss bankijiet vojta u forsi jkun hemm xi ħamsin persuna l-aktar. Meta jkun hemm xi logħba taħraq, l-atmosfera tkun unika u b'hekk nista' ngħid illi kuntent ħafna meta nilgħab f 'Tal-Qroqq. X'taħseb dwar il-ħajja f 'Malta? Malta huwa pajjiż uniku. Gżira mill-isbaħ imżejna b'kollox; baħar, xemx u veduti sbieħ. Veru li xi kultant tagħmel sħana żżejjed imma nsomma mbagħad hemm il-pixxina li fiha niffriskaw mhux ftit. Anke l-ikel huwa tajjeb u ħafna Maltin jafu jsajru platt ferm bnin. Int tilgħab ukoll fil-kampjonat Taljan tal-waterpolo. Kif mortu l-istaġun illi għadda? Jien fl-Italja nilgħab ma' BPM Sport Management u l-istaġun illi għadda spiċċajna fit-tielet post tal-klassifika. Kien tim kompetittiv fejn tajna logħba lil kull avversarju li lgħabna kontrih f 'kampjonat li kien iddominat minn Pro Recco li eventwalment spiċċaw rebħuh. Lgħabna wkoll fl-ewwel rawnd taċ-Champions League Ewropea xi żewġ staġuni ilu però tlifna sabiex imbagħad lgħabna fit-tazza LEN. F'din il-kompetizzjoni wasalna mal-aħħar erbgħa fejn konna tlifna fis-semifinali. Issa l-istaġun illi ġej ser nerġgħu nipparteċipaw f 'din it- tazza bit-tama li navvanzaw almenu sal-finali. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal jew żgħażagħ illi jixtiequ jibdew jilagħbu l-waterpolo. Lil dawn iż-żgħażagħ ngħidilhom biex jaħdmu qatigħ sabiex jaslu fejn jixtiequ. Bla dubju li trid tagħmel is-sagrifiċċji meħtieġa biex tirnexxi. Qatt taqta' qalbek u fejn tkun żbaljajt dejjem hemm lok li tirranġa. Jekk wieħed ikollu l-opportunità li jilgħab barra mill-pajjiż għandu jeħodha għax l-esperjenza illi ġġib hija vera kbira. Il-bqija jien inqis il-waterpolo bħala sport sabiħ immens u li fih ħafna benefiċċji. Franċiż tal-Waterpolo Twieled f 'Ruec, villaġġ r-reġjun ta' Charente li tinsab l-Lbiċ ta' Franza, -20 ta' Ottubru 1985. Huwa plejer essenzjali t-tim nazzjonali tal-Waterpolo u li -aħħar staġun lagħab f 'pajjiżna ma' Neptunes. Bħalissa għandu kuntratt mat-tim Taljan ta' BPM Sport Management li jilagħbu s-Serie A1. Romain Blary "M'hemmx xi ngħidu li l-esperjenza tal- Olimpjadi kienet esperjenza unika f 'ħajti. Il-fatt illi tilgħab fl-iktar avveniment importanti sportiv diġà tagħtik motivazzjoni biex tagħti l-almu kollu tiegħek. Konna tim magħqud ħafna bħala Franza għalkemm ma rnexxilniex naslu sal- kwarti tal-finali tal- kompetizzjoni."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017