Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953
11 Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet erbiċida li tista' tikkawża l-kanċer importanti għaliha għaliex is-saħħa tan-nies hija aktar impor-tanti mill-profitti ta' kumpanija u dan meta huwa fatt li hemm dubji serji dwar is- sigurtà ta' din l-erbiċida. Miriam Dallli sostniet li "fir-realta' meta nitkellmu dwar tiġdid tal-liċenzja, nkunu litteralment qed nidħku bina nfusna. Ifisser li jgħaddu għaxar snin u l-Kummissjoni Ewropeja terġa', wara għaxar snin li ma jkun sar xejn, terġa' titlob it- tiġdid." Mal-ILLUM, l-MEP Miriam Dalli qalet li sentejn ilu Malta kienet waħedha kontra l-użu tal- glyphosate, l-uniku pajjiż li vvota kontra t-tiġdid tal-liċenzja Ewropea li riedet il-Kummissjoni. Dalli enfasizzat li dakinhar Malta kienet waħedha iżda ma ddejqet xejn li tieħu pożizzjoni b'saħħitha favur is-saħħa tan-nies. L-affarijiet inbidlu u speċjalment bix-xogħol li qed tagħmel l-MEP Maltija Miriam Dalli fl-ENVI, hekk kif aktar pajjiżi qed jifhmu l-każ. Fost il-pajjiżi li ngħaqdu mal-pożizzjoni ta' Malta hemm il-Belġju, li ddikjara li biddel il-pożizzjoni tiegħu wara x-xogħol li sar fil- Parlament Ewropew. Il-kumpanija mill- Istati Uniti Monsanto, li primarjament hija wara din l-erbiċida, kienet ġiet ikkritikata fil-passat u akkużata li ndaħlet f 'manipolazzjoni tar- riżultati ta' studji xjentifiċi Ewropej. Il-Ħodor fil- Parlament Ewropew ħabbru l-Ħamis li għadda li se jiġbru l-firem sabiex jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta li jinvestiga d-deċiżjoni wara l-proposta tat-tiġdid tal-liċenzja tal-glyphosate. Il-Partit tal-Ħodor irid ikun jaf kif studji li juru kif l-glyphosate hija perikoluża għas-saħħa ġew injorati. L-għaqda inter-nazzjonali Greenpeace saħansitra kkritikat lill- Kummissjoni Ewropea għaliex fi kliemha l-ammont u kif tintuża din l-erbiċida li huwa importanti u mhux sakemm se tibqa' tintuża. Tant infirex l-użu tal-glyphostae li l-qligħ ta' Monsanto minn dan il- prodott huwa ta' xejn anqas minn €1.3 biljun fis-sena. Miriam Dalli qed taħdem biex jieqaf l-użu tal-glyphosate "fir-realtà meta nitkellmu dwar tiġdid tal-liċenzja, inkunu litteralment qed nidħku bina nfusna. Ifisser li jgħaddu għaxar snin u l-Kummissjoni Ewropea terġa', wara għaxar snin li ma jkun sar xejn, terġa' titlob it-tiġdid." ĦATRA TA' TECHNICAL SUPPORT OFFICER (ICT/AV) FIL-KAMRA TAD-DEPUTATI L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati jilqa' applikazzjonijiet għall-kariga ta' Technical Support Officer (ICT/AV). Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibbiltà, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament ta' Malta fl-indirizz li ġej www.parlament.mt jew miġbura mit-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni, Kamra tad-Deputati, Misraħ il-Ħelsien, Il-Belt Valletta VLT 1111. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relatati jintlaqgħu mill-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn nofsinhar (CET), il-Ġimgħa, 10 ta' Novembru 2017, jew jistgħu jintbagħtu b'mod elettroniku fuq dcs.parlament@parlament.mt.