Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953
illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Sports 34 ROMAIN Blary huwa plejer Franċiż tal-Waterpolo ta' ċertu esperjenza li fl-aħħar staġun lagħab f 'pajjiżna ma' Neptnues. Huwa bniedem dħuli ħafna illi diġa' kellu esperjenza oħra ma' tim ieħor tal-waterpolo lokali li huwa Exiles. Jogħġbuh ħafna l-gżejjer Maltin għall-klima unika li hawn bix-xemx, baħar u ikel tipiku Malti. Dan mhu ħadd ħlief Romain Blairy li twieled f 'Ruffec, villaġġ fir-reġjun ta' Charente li tinsab fil-Lbiċ ta' Franza, fl-20 ta' Ottubru 1985. Blary dalwaqt jagħlaq 32 sena u għandu esperjenzi passati ma' klabbs Franċiżi u Taljani. Ilu jilgħab mat-tim nazzjonali Franċiż sa mis-sena 2004 fejn lagħab f 'diversi tournaments importanti madwar id-dinja. Twil 195 ċentimetru filwaqt illi jiżen 103 kilogrammi u jħobb jilgħab l-aktar fin-nofs hekk kif iħobb jgħaqqad id-difiża mal-attakk. Bħalissa għandu kuntratt mat-tim Taljan ta' BPM Sport Management li jilagħbu fis-Serie A1. Dan il-klabb minn Verona huwa klabb professjonali immens u ferm ambizzjuż illi jsir l-aqwa wieħed fil-kampjonat Taljan li normalment jiġi dominat minn Pro Recco u AN Brescia. Fl-ewwel staġuni laħqu l-ambizzjoni tagħhom illi jispiċċaw mal-aqwa erbgħa fil-klassifika. Skont Blary din iċ-ċaqliqa lejn klabb barrani ġiet f 'mument importanti għall-karriera tiegħu hekk kif diġà qabeż it-tletin sena. Qabel mar ma' BPM, Blary kien jilgħab ma' Strassbourg fil- kampjonat Franċiż. Huwa kellu sehem fit-tielet post illi kisbu dawn tal-aħħar meta fil-finali għat-tielet u r-raba' post għelbu lil Montpellier. Kienet pożizzjoni ferm aħjar minn dik illi kisbu l-istess Strasbourg l-istaġun ta' qabel hekk kif kienu spiċċaw fir-raba' post. Skont l-istess Blary, il-filosofija tal- klabb hija li dejjem itejbu l-wirjiet tagħhom u jinsab sodisfatt illi huwa kkontribwixxa għal dan kollu. Kien staġun 2015-2016 pożittiv għal Blary illi skorja 34 gowl u spiċċa t-tmien l-aqwa skorer tat- tornew Franċiż. Proprju s-sena l-oħra kellu x-xorti jipparteċipa fil-Logħob Olimpiku ta' Rio ma' Franza għalkemm ma rnexxielhomx jikkwalifikaw għal kwarti finali. Mat-tim nazzjonali Franċiż kien fundamentali sabiex spiċċaw fl-ewwel post tal-grupp ta' kwalifikazzjoni għal Kampjonat Ewropew A li saru fis-Serbja. F'dan il-kampjonati Ewropej huma spiċċaw fid-disa' post u komplew tejbu l-pożizzjoni tagħhom mill- aħħar turnament li sar f 'Budapest fejn spiċċaw fl-għaxar post. Ix-xewqa finali ta' dan il-plejer hija li jkompli jikkonferma ruħu fil-kampjonat Taljan u li forsi jkollu ċ-ċans illi jipparteċipa fil-Logħob Olimpiku li jmiss fil-belt ta' Tokyo fil-Ġappun. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Meta bdejt nitfarfar ftit kont nipprattika l-għawm fejn għal diversi snin ikkompetejt f 'diversi distanzi. F'waħda minn dawn kien rani kowċ tal-waterpolo illi ħajjarni nibda nipprattika dan l-isport mat-tim tiegħu. Ra wkoll illi kelli statura partikolari u bħal qisu aktar tħajjar iddaħħalni fit-tim. Tista' tgħid illi l-waterpolo ispirani ħafna għax beda jogħġobni tant illi spiċċajt tlaqt l-għawm. Ingħaqadt ma' dan it-tim Franċiż u minn hemm qatt ma ħarist lura. Fl-aħħar staġun lgħabt ma' Neptunes. X'taħseb li mar ħażin matul is-sajf li għadda? L-aħħar staġun kien wieħed imħallat għat-tim tagħna. M'hemmx dubju illi fl-aħħar staġun San Ġiljan kienu tim b'saħħtu ħafna u l-fatt illi kellhom xi żgħażagħ Maltin li kienu qed jilagħbu barra minn Malta għenhom ukoll għax kisbu l-esperjenza neċessarja u saru aktar kompettitivi fil-logħob tagħhom. Minkejja kollox dan huwa sport u ma tistax tirbaħ dejjem u San Ġiljan għal dak li għamlu kien jimmeritahom jirbħu l-kampjonat. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar l-eks kowċ tagħkom Zoran Maslovar? Biex inkun onest miegħek ma kontx nafu qabel ma ngħaqadt ma' Neptunes. Smajt ħafna affarijiet sbieħ dwaru u nikkonferma illi huwa kowċ dedikat u għandu ċertu stil ta' kif imexxi. Ħafna jgħidu illi għandu strateġija tajba ta' kif jaffaċċja l-logħbiet u tista' tgħid illi kapaċi jimmotiva sew lilna bħala plejers. Xi tgħidli dwar il-kumitat ta' Neptunes immexxi mill-president Matthew Bonello? Mas-sur Bonello kulħadd għandu relazzjoni tajba għax huwa president eżemplari. Il-kumitat jaħdem qatigħ sabiex it-tim dejjem jikseb riżultati u wirjiet tajbin. Kif għedt diġà ma tistax tirbaħ dejjem u ma tridx taqta' qalbek għax wara kollox dak ix-xogħol li jkun sar wara l-kwinti minn dan il-kumitat dejjem għandu jkun apprezzat. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer "Lil dawn iż-żgħażagħ ngħidilhom biex jaħdmu qatigħ sabiex jaslu fejn jixtiequ. Bla dubju li trid tagħmel is-sagrifiċċji meħtieġa biex tirnexxi. Qatt taqta' qalbek u fejn tkun żbaljajt dejjem hemm lok li tirranġa. Jekk wieħed ikollu l-opportunità li jilgħab barra mill-pajjiż għandu jeħodha għax l-esperjenza illi ġġib hija vera kbira." Essenzjali fit-tim nazzjonali Franċiż Cristian Antony Muscat Romain Blary - plejer essenzjali t-tim nazzjonali Franċiż tal-Waterpolo u li -aħħar staġun lagħab f 'pajjiżna ma' Neptunes.