Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 LOPPOŻIZZJONI Demokratika fil-Venezwela: l-Assemblea Nazzjonali (Julio Borges) u l-Priġunieri Politiċi kollha kif elenkati mill-Foro Penal Venezolano, irrappreżentati minn Leopoldo López, Antonio Ledezma, Daniel Ceballos, Yon Goicoechea, Lorent Saleh, Alfredo Ramos u Andrea González kienu mħabbra rebbieħa tal-Premju Sakharov 2017 wara deċiżjoni tal-President tal-Parlament Antonio Tajani u l-mexxejja tal-Gruppi Politiċi tal- Parlament fis-26 t'Ottubru. L-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela Il-Venezwela ilha bosta snin għaddejja minn kriżi politika. Il-partit fil-gvern kulma jmur illimita dejjem aktar l-istat tad-dritt u l-ordni kostituzzjonali, u f 'Marzu 2017 il-Qorti Suprema neżżgħet lill-Assemblea Nazzjonali eletta demokratikament mis-setgħa leġiżlattiva. Julio Borges, il-President tal-Assemblea Nazzjonali, iddeskriva s-sitwazzjoni fil-Venezwela kif ġej: "Il-konfrontazzjoni li għaddejja fil-Venezwela mhijiex biss waħda politika. Hija konfrontazzjoni vitali, eżistenzjali u bbażata fuq il- valuri". Fl-istess waqt, l-għadd ta' priġunieri politiċi laħaq aktar minn sitt mija, skont l-aħħar rapport tal-Foro Penal Venezolano (Il-Forum Penali tal-Venezwela), organizzazzjoni prominenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela li tagħti assistenza legali pro bono lil persuni li jkollhom riżorsi ekonomiċi limitati u li jitqies li jkunu ġew detenuti arbitrajament, ittorturati jew attakkati fiżikament waqt dimostrazzjonijiet ta' protesta. Fost il-priġunieri politiċi jingħaddu Leopoldo López, Antonio Ledezma, Daniel Ceballos, Yon Goicoechea, Lorent Saleh, Alfredo Ramos u Andrea González, mexxejja prominenti tal-oppożizzjoni. Wara li l-mexxej tal-oppożizzjoni tal- Venezwela Leopoldo López temporanjament ingħata d-detenzjoni domiċiljari f 'Lulju, wara li kien qatta' aktar minn tliet snin detenut, reġa' ġie ttrasferit fil-ħabs f 'Awwissu 2017. Antonio Ledesma, politiku prominenti ieħor tal-oppożizzjoni u eks sindku ta' Caracas, ilu fid-detenzjoni domiċiljari mill-2015, filwaqt li l-kollegi tiegħu u eks sindki Alfredo Ramos, ta' Iribarren, u Daniel Ceballos, ta' San Cristobal, ukoll intefgħu l-ħabs, kif ġralu wkoll l-istudent attivist Lorent Saleh. Żewġ ċittadini Spanjoli, Andrea González u Yon Goicoechea, ukoll jingħaddu fost il- priġunieri politiċi. Mill-bidu tas-sena 'l hawn, aktar minn 130 esponent tal- oppożizzjoni nqatlu u aktar minn 500 ruħ sfaw arrestati arbitrarjament. Iċ-ċerimonja ta' premjazzjoni Il-premju, li jikkonsisti f 'ċertifikat u €50,000, se jingħata f 'ċerimonja fil- Parlament Ewropew fi Strasburgu fit-13 ta' Diċembru 2017. L-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela, rebbieħa tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2017 Ir-'ribelli' mċanfra minn dawk favur Delia talli ma jridux l-għaqda fil-Partit Tkompli minn paġna 1 ISSORSI għolja fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu mal-ILLUM qalu li l-għan aħħari ta' mossa bħal din hija biex il-partit iżomm il-fibra morali, u speċjalment għaliex ma jistax jirkeb u jidher fuq quddiem fl-organizzazzjoni ta' attivitajiet u protesti wara l-qtil ta' Caruana Galizia, li fil- blogg tagħha kienet għamlet allegazzjonijiet fil-konfront ta' Delia. "Kif nistgħu bħala partit f 'sitwazzjoni politika quddiemna daqstant tal-biża' ma nistgħux norganizzaw attività tan-nies għax Delia ma jistax jidher? Suppost bħalissa qegħdin nidhru fl-aqwa tagħna bl-attivitajiet li norganizzaw. Tlifna l-'moral high ground' ", sostna wieħed mis-sorsi li tkellem mal-ILLUM u li ma jridx lil Delia bħala Kap tal- Oppożizzjoni. Għalhekk ukoll din il-pjan jidher li f 'dan l-istadju tpoġġa momentarjament fuq l-ixkaffa għalkemm mhux eskluż li l-'ħin' li jiskatta huwa fil- qrib. Id-deputati 'ribelli' qed iħossu li għandhom obbligu Kostituzzjonali li jieħdu xi forma ta' pożizzjoni għaliex għandhom warajhom il-voti tan-nies li eleġġewhom fil- Parlament. Kollox iżda jinsab fi status quo wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li saret il-Ħamis fejn matulha r-'ribelli' ġew imwiddba minn dawk li huma ma' Delia li l-partit irid ikun magħqud wara l-Kap il-ġdid. Matul din il-laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, li kienet waħda ferm imqanqla u li damet sa tard bil-lejl, dawk li apertament jagħtu l-appoġġ lil Adrian Delia ċanfru lil uħud mid-Deputati Parlamentari preżenti għaliex iqisu li f 'dan il-mument il-partit irid ikun wieħed magħqud, speċjalment wara t-telfa elettorali u meta issa hemm Kap ġdid. Intqal li l-'leaks' fil-midja jridu jintemmu u li r-'ribelli' għandhom jieqfu jużaw il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia biex jimbuttaw 'il quddiem voti jew mozzjoniijet kontra l-Kap tal- Partit. 15-il deputat ma jattendux l-aħħar laqgħa tal-Grupp Parlamentari Hija ċara li hemm deputati fil- Grupp Parlamentari li ma jridux jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Adrian Delia, b'uħud minnhom jgħidu fil-pubbliku u juru d-diżapprovazzjoni tagħhom. Dan meta bosta Nazzjonalista huma tal-fehma li Adrian Delia għandu jingħata ċ-ċans li akkwista bi dritt, wara li rebaħ l-appoġġ tal-maġġoranza kemm tal-Kunsilliera kif ukoll tat-tesserati tal-partit. Deputati ilhom juru d-diżapprovazzjoni tagħhom saħansitra minn ftit jiem qabel li Delia ġie elett kap waqt l-attivitajiet tal-Indipendenza fuq il- fosos tal-Floriana. Dakinhar numru ta' deputati għażlu li ma jkunux miegħu fuq il-palk waqt li jindirizza lill-folla. Ġie rrappurtat ukoll li ma ridux li jkunu miegħu lanqas li kieku Delia kien se jattendi l-protesta fil-Belt Valletta tal-Ħadd li għadda. Fl-aħħar laqgħa tal- Grupp Parlamentari fid-Dar Ċentrali l-Ġimgħa li għadda, numru ta' deputati fosthom Beppe Fenech Adami, Claudio Grech u Marthese Portelli għażlu li ma jattendux għal- laqgħa. Minn 28 attendew 13-il deputat. Ir-'ribelli' ilhom juru li ma jridux lil Delia Li Delia ma jgawdix appoġġ tal-maġġoranza tal-Grupp Parlamentari dehret ukoll meta kellu jsib postu fil- Parlament. Kellu jkun Jean Pierre Debono, li f 'mossa tal-aħħar minuta, ċeda s-siġġu tiegħu biex Delia jkun jista' jaqdi l-obbligi tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni wkoll. Dan wara numru ta' diskussjonijiet li saru ma' numru ta' deputati li ma ħallew l-ebda riżultat pożittiv. Bil-maġġoranza tad-Deputati Nazzjonalisti jivvutaw f 'vot sigriet kontra Adrian Delia, jkun ifisser li l-għada tal-vot titressaq mozzjoni bil-miktub lill-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca biex ma jibqax aktar Kap tal-Oppożizzjoni u tinħatar persuna oħra minfloku. Dan skont kif titlob il-Kostituzzjoni ta' Malta. L-ILLUM hija infurmata li l-maġġoranza tal- Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista trid li Kap tal- Oppożizzjoni jerġa' jkun l-eks Kap Simon Busuttil. Adrian Delia u Beppe Fenech Adami jitgħannqu fuq il-palk waqt il-meeting tal-Indipendenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017