Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet Silvio Schembri jiddefendi s-sistema tal-blockchain u jgħid li din tnaqqas l-abbuż REĊENTAMENT, il-Gvern Malti ffirma memorandum ta' qbil rigward l-użu tat-teknoloġija tal- 'blockchain' fis-settur tal- edukazzjoni. ILBLOCKCHAIN huwa tip reġistru diġitali ġdid li bih, fenomeni teknoloġiċi tas-seklu 21, bħal muniti diġitali, huma possibli. Fi studju reċenti, Gradutes Prospect UK, kumpanija ta' esperti li tgħin u tiggwida lill-istudenti u lill-gradwati b'parir u informazzjoni għal opportunitajiet ta' xogħol, sabu li kważi 75% tal-istudenti u l-gradwati jaħsbu li ż-żieda fil-miżati tal-iskola, qed tagħmilha iktar attraenti li jixtru xi ċertifikat falz. Intant f 'kummenti ma' din il-gazzetta, is- Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji Silvio Schembri sostna li bl-implimentazzjoni ta' din it-teknoloġija f 'dan is-settur , 'degree fraud' ser issir iktar diffiċli. "Minħabba li ċ-ċertifikati se jibdew ikunu rreġistrati fuq il-blockchain, bil-ħin meta ġew irreġistrati u s-sorsi ta' minn fejn ġew, huwa ferm aktar diffiċli li jiġu ffabbrikati ċ-ċertifikati, sostna Schembri Hu kompla jispjega kif, meta din it-teknoloġija tibda tintuża fuq livell globali, se jonqos wkoll iċ- ċans li persuna tippreżenta ċertifikati foloz f 'pajjiż ieħor għaliex iċ-ċertifikati jibdew jintalbu kollha fuq il-blockchain." Rigward min se jkun eliġibli li jagħmel użu minn din is-sistema Schembri żvela li "ċ-ċertifikati se jkunu maħruġa fuq il- 'blockchain' privata li l-propjetarju tagħha se jkun il-Ministeru tal- Edukazzjoni filwaqt li l-kumpanija Amerikana Learning Machine se tkun responsabbli mill- manutenzjoni tas-sistema. "Mistoqsi fuq kif il-gvern se jagħti aċċess lill-istudenti, Schembri qal li "l-istudenti se jkollhom aċċess għall- portafol diġitali tagħhom fuq din id-database, fejn xħin iridu jistgħu jaċċessaw iċ-ċertifikati personali tagħhom biss u jaqsmu din l-informazzjoni ma' min jixtiequ pereżempju ma' kumpaniji ta' reklutaġġ." Schembri kompla jgħid li fil-ġejjieni, se "jiġi mwaqqaf regolatur bil-għan li jirregola dan is-suq ġdid filwaqt li jiffaċilita u jħeġġeġ ukoll l-iżvilupp ta' xogħol u servizzi ġodda f ' dan il- qasam" Dan ir-regolatur skond Schembri "se jiġi assigurat li dan isir bl-aktar mod serju, b' mod li jirrispetta l-interessi tal-konsumatur kif ukoll li dan jsir b'rispett sħiħ lejn is-settur tas- servizzi finanzjarji li f 'pajjizna huwa b'saħħtu ħafna." Apparti minn hekk il-membru parlamentari qalilna li l-Gvern se jibda juża t-teknoloġija blockchain biex itejjeb is-sistemi tal-informatika tiegħu kif ukoll l-egov services li diġà joffri. "Nistgħu ngħidu li t-teknoloġija blockchain tista' tintuża biex ittejjeb l-effiċjenza ta' ħafna proċessi u servizzi tal- gvern. Dan għaliex ċertu transazzjonijiet jistgħu jsiru mill-ewwel f 'ħin reali, ikunu 'time stamped', u dawn ma jkun jista' jħassarhom ħadd. 'Se ssir aktar diffiċli li jiġu ffrodati ċ-ċertifikati akkademiċi' lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Jonqos ħafna ffrodar ta' ċertifikazzjoni bis-sistema tal-blockchain Silvio Schembri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017