Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum 17 S as-16 t'Ottubru 2017 is-slogan li jingħad u jitkanta u jindaqq mal-erbat irjieħ ta' Malta kien dak li "l-aqwa żmien ta' pajjiżna għadu ġej". Wasal dan l-aqwa żmien? Fil-fehma tiegħi dan wasal b'theżżiża li heżżet lil Malta kollha, mhux kif kienu qed jobsru ħafna u ħafna nies. Fil-fehma tiegħi wasal b'theżżiża li ġiegħlet u għandha ġġiegħel ħafna nies f 'Malta u Għawdex u lil hinn minn xtutna joqogħodu bilqiegħda, jagħlqu ħalqhom u jirriflettu. Għax l-aqwa żmien ikun wasal meta n-nies jibdew jirnexxilhom jirriflettu fuq il-ġrajjiet privati u pubbliċi tal-ħajja. It-theżżiża li nħasset ma' Malta u Għawdex kollha kien il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn, 16 t'Ottubru, ġurnalista u blogger magħrufa mad-dinja kollha. Ma kienet taħfirha lil ħadd, kienet tikxef l-għawwar ta' kulħadd, imma b'mod regolari tan-naħa tax-xellug. Qatt ma ninsa meta Alfred Sant, illum Membru tal- Parlament Ewropew u dakinhar Prim Ministru ta' Malta mar ikellem lill- istudenti universitarji. Marret hemmhekk flimkien ma' wliedha u sfrattatlu l-laqgħa b'mod umiljanti. Meta mietu żewġ personalitajiet Laburisti prominenti, kitbet bl-Ingliż 'May he rot in hell' jew bil-Malti 'jalla jitmermer fl-infern', u fil-każ ta' wieħed minnhom, stqarret li sejra tixrob flixkun xampanja b'risq il-mewt tiegħu. Ma nistgħaġibx illum jagħmlu l-istess uħud mill-bloggers tax-xellug. Il-kitba vjolenti f 'okkażjoni ta' mewt u ta' mewt vjolenti hija mistmerra minn kull Nisrani u minn kull bniedem ta' rieda tajba. Taqbel jew ma taqbelx magħha, wieħed irid japprezza l-kuraġġ li kellha meta bil- kitba qawwija tagħha ħarġet għonqha u kixfet x'inhu jiġri fir-realtà Maltija. Il- mewt ta' Daphne Caruana Galizia għandha twassalna u ddaħħalna fiż-żmien ġdid ta' riflessjoni. X'inhu sejjer tajjeb fir-realtà Maltija, lil hemm mis-slogans u mit-tifħir fieragħ li aħna l-Maltin sirna l-aqwa fl- Ewropa? Min iħobb lil Malta għandu dmir jirrifletti. Bħalissa hawn Malta sejra tajjeb l-ekonomija. Il-Gvern Malti ippreżenta baġit bla taxxi u ħabbar li għat-tieni darba iżjed daħħalna milli ħriġna. Tħabbret żieda fil-pagi u fil- pensjonijiet, ħafna setturi tal- ekonomja immarkaw progress, il-qgħad niżel għal livelli tabilħaqq baxxi. It-turiżmu spara 'l fuq, tant li wasal iż- żmien naraw kemm nifilħu naċċettaw turisti b'tali mod li l-poplu Malti jkun moqdi tajjeb fil-bżonnijiet ta' prodotti li jkollna għad-dispożizzjoni tiegħu. Hekk għamlu pajjiżi oħra u qalu kemm ammont ta' turisti jifilħu u xi kwalita ta' turisti. Barra mill-ekonomija, x'inhu sejjer tajjeb? Il-familja Kemm hawn tħarbit u firdiet fi ħdan il-familji Maltin! Ma jgħaddix jum li fih ma nismax b'separazzjonijiet, bi vjolenza fid-dar, bit-tfal li qed jipparkjaw daqqa għand ommhom u oħra għand missierhom. Qed nisimgħu b'ulied ta' ġenituri bilgħaqal li qed jimtlew bl-inkwiet għax uliedhom ma ħarġux bħalhom. Naf biżżejjed bil-ħsara li qed tagħmel il-pornografija, bl-adulterji fil-każ ta' koppji li għadhom friski fiż-żwieġ u f 'oħrajn li saru nanniet. Fil-fehma ċkejkna tiegħi l-hena fil-qasam tal-familja naqset mhux żdiedet. Fil-qasam tad-droga Il-qabdiet li qed jagħmlu l-pulizija mhux qed juru biss il-ħila tal-pulizija, imma hija prova ta' kemm qed nimtlew mhux biss bil-ħaxixa imma bi drogi tqal u bid-drogi sintetiċi, fl-istess ħin ninsabu mehdija dwar kif se niffaċilitaw it-teħid tal-ħaxixa għal-skopijiet rikreattivi. U l-qasam tal-edukazzjoni? Spiċċajna mingħajr ma' wliedna għandhom għalliema biżżejjed u qed nitolbu lill-istudenti għoljin imorru jgħallmu huma wkoll. Imissna nirriflettu fuq x'wassalna f 'dan l-estrem li mhawnx żgħażagħ biżżejjed li jridu jmorru jgħallmu lil uliedna. U l-korruzzjoni? Ir-riħa tinten tal-korruzzjoni u l-prostituzzjoni qed tinfirex fuq naħa u oħra tal-parlament Malti li għadu ma wasalx biex jimita lill-pajjiżi Nordiċi u jrażżan din l-imxija. Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Wasal l-aqwa żmien 'Taqbel jew ma taqbilx magħha, wieħed irid japprezza l-kuraġġ li kellha meta bil- kitba qawwija tagħha ħarġet għonqha u kixfet x'inhu jiġri fir- realtà Maltija. Il- mewta ta' Daphne Caruana Galizia għandha twassalna u ddaħħalna fiż- żmien ġdid; dak ta' riflessjoni' L-aqwa żmien, il-motto Laburista fl-aħħar elezzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017