Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953
3 Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet ILLUM is-Civil Society Netwrok se torganizza t-tieni dimostrazzjoni minn wara l-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia kważi ġimagħtejn ilu. Għad- dismostrazzjoni, li ser issir illum f 'Tas-Sliema, se jkunu qed jitkellmu diversi persuni, l-aktar nies li huma jew kienu midħla tal-midja. Fil-fatt dawk li se jitkellmu llum huma Jaques Rene Zammit li jmexxi blogg, il-ġurnalist Jurgen Balzan, u l-avukat u opinjonista Andrew Borg Cardona, li kien ukoll ħabib personali ta' Caruana Galizia. Se tindirizza l-folla wkoll Claudia Taylor East u Josef Vella s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM. Intant jidher li għal darb'oħra ż-żewġ mexxejja politiċi mhux se jattendu. Kemm Muscat kif ukoll Delia qed isemmu l-familja u s-sensittivitajiet tal-każ bħala raġuni għalfejn mhux se jattendu. Fil-fatt sal-bieraħ stess Delia indika mal-ġurnalisti wara laqgħa tal-Grupp Parlamentari li jista' jkun li ma jattendix u fisser illi mhux se jagħmel dan, minħabba l-familja. Kemm Muscat kif ukoll Delia kienu taħt ħafna kritika minn Daphne Caruana Galizia, tal- ewwel f 'diversi fronti imma l-aktar minħabba l-iskandlu tal-Panama Papers u t-tieni minħabba allegazzjonijiet li kellu kont li minnu għadda qligħ mill-prostituzzjoni. Is-Civil Society Network qalet illi qed tistieden lill- pubbliku jġib miegħu wkoll sfafar u tnabar, kif ukoll weraq tar-rand, li huma simbolu ta' saħħa u qlubija. Din se tkun allura t-tielet attività tal-massa u pubblika li se tkun qed issir din il- ġimgħa u dan hekk kif grupp ta' nisa kkampjaw quddiem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru min-nhar il-Ħamis li għadda u għadhom qed jagħmlu dan sal-lum. Dawk li qed jipprotestaw b'dan il-mod ukoll qed jitolbu għat-tneħħija tal- Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kif ukoll għall-bżonn ta' riformi Kostituzzjonali. Minn ġurnalisti sa trejd unjonisti... Imma Muscat u Delia mhux ippjanati li jattendu d-dimostrazzjoni tal-lum wara l-qtil ta' DCG Iż-żewġ mexxejja taħt l-attakk minn dawk li qed jipprotestaw u jitolbu ġustizzja għal DCG PD: 'Muscat u Delia għandhom jirreżenjaw minnufih' FI stqarrija iktar kmieni llum il- Partit Denokratiku sostna illi kemm il-Prim Ministru Joseph Muscat, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għandhom jirreżenjaw minnufih. Dan il-PD qed jgħidu fid-dawl tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u fid-dawl ukoll ta' numru ta' proposti li l-istess partit qed jagħmel. Il-PD qed jinsisti li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Awditur Ġenerali għandhom jirreżenjaw u jinħatru oħrajn flokhom b'approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-Kamra tar- Rappreżentanti. Il-PD qed jinsisti wkoll li tidħol fis-seħħ il-Liġi tal- Istandards u jinħatar Kummissarju li jieħu ħsieb jara li jinżammu l-istess standards fil-ħajja pubblika. Il-PD qed jitlob ukoll li tissejjaħ il-Konvenzjoni dwar ir-Riforma Kostituzzjonali. Il-partit sostna li bil-qtil tal- ġurnalista Caruana Galizia d-demokrazija f 'pajjiżna ġiet mhedda u ddgħajfet. "Il-Partit Demokratiku hu tal-fehma li dan hu qtil politiku għax l-klima politika hi waħda li ppermettiet nuqqas ta' governanza tajba, skandli ta' korruzzjoni, in-nuqqas tas-saltna tad-dritt, l-iżmantelltar tal-istituzzjonijiet, l-ippremarjar fil-beraħ ta' min jagħmel il-ħażen, il-kultura ta' impunità u n-nuqqas ta' protezzjoni mill-istat. Din ir- responsabbilità politika għandu jġorrha l-Prim Ministru," tgħid l-istqarrija tal-PD. Il-grupp ta' nisa li qed 'jokkupaw' Pjazza Kastilja jinsistu għar-riżenji Tkompli minn paġna 1.... Fil-laqgħa mal-grupp tan-nisa, li jinkludu fost l-oħrajn l-attivista femminista Andrea Dibben, il- President insistiet li l-vjolenza kontra n-nisa qatt mhi aċċettata u aċċettabbli. Ir-rappreżentanti tal-grupp emfasizzaw il-bżonn ta' riforma kostituzzjonali filwaqt li nnotaw kif Malta bħalissa tinsab mifruda. Il-grupp qed jitlob ukoll għar- riżenja tal-Kummissarju tal- Pulizija Lawrence Cutajar għax qed jinsistu li m'għandux il-fiduċja ta' ħafna mill-poplu Malti. Il- Kummissarju tal-Pulizija fil-fatt jinsab taħt ħafna kritika bħalissa hekk kif qed ikun akkużat li huwa pupazz tal-Gvern u li naqas milli jieħu azzjoni spedita fuq diversi stejjer jew rapporti li ġew quddiemu, fosthom dwar l-akkuża li kienu qed jgħaddu xi flus minn kontijiet fil-Bank Pilatus, liema kont Daphne Caruana Galizia kienet allegat illi kien ta' Michelle Muscat. Kif ukoll f 'dak li jirrigwarda rapport tal-FIAU illi jsemmi ħasil ta' flus u persuni prominenti fil-Gvern ta' Joseph Muscat. Il-Kummissarju kien taħt kritika wkoll hekk kif konferenza tal-aħbarijiet li l-Korp sejjaħ, tlett ijiem wara l-qtil ta' Caruana Galizia ħalliet ħafna każi mhux imwieġba. Ma' dan il-Kumissarju jinsab ukoll taħt l-attakk, hekk kif dak ta' Daphne Caruana Galizia kienet is-sitt karozza bomba f 'sentejn illi s'issa l-ebda wieħed minnhom ma kien solvut. Il-grupp ta' nisa ilu kkampjat quddiem Kastilja minn nhar il- Ħamis li għadda. It-tfal ta' Caruana Galizia wrew l-apprezzament tagħhom għal dak li qed jagħmlu dan il-grupp billi bagħtu ikel u anke weraq tar-rand mill-ġnien tar-residenza. Nisa jinġabru quddiem Kastilja u jwasslu l-messaġġ tagħhom