Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 31 NHAR is-Sibt l-4 ta' Novembru li ġej se tkun qed issir l-ewwel edizzjoni tal- Eurosport Run for Mental Wellbeing li se tkun qed tiġi organizzata fuq barra tal- Isptar Monte Karmeli. Dan tħabbar fil-jiem li għaddew waqt konferenza stampa li saret fl-istabbiliment ewlieni Eurosport f 'Birkirkara, indirizzata minn Dr Clifton Grima - Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport u Organizzazzjonijiet Volontarji, Victor Cassar f 'isem Pembroke Athleta, Nigel Camilleri f 'isem l-Association for Children and Adolescents Mental Health (ACAMH) u Mark Zammit f 'isem Eurosport. Beda biex tkellem Dr Clifton Grima li qal li huwa ta' sodisfazzjon kbir għalih li jara li din it-tiġrija se tkun qed issir propju fuq barra tal- Isptar Monte Karmeli, liema post sfortunatament għadu sors ta' tabù f 'pajjiżna. Huwa kompla li s-saħħa mentali hija ferm importanti f 'pajjiżna fejn saħaq li fortunatament dejjem qed tikber il-kuxjenza dwarha. Huwa afferma li fis-snin li ġejjn, mard relatat mas-saħħa mentali se jkun il-kawża ewlenija ta' mard u li wieħed jieħu sick-leave kawża tiegħu, u għalhekk edukazzjoni u kuxjenza dwar saħħa mentali huma fundamentali. Dr Grima jinsab konxju ta' dan speċjalment għall-fatt li fil-passat riċenti ħadem direttament f 'dan il-qasam fejn kien jokkupa J-kariga ta' Kap Eżekeuttiv tal- Isptar Monte Karmeli. Kien għalhekk li huwa faħħar bis- sħiħ din l-inizjatttiva meħuda minn Pembroke Athleta li jorganizzaw din it-tellieqa. Huwa kkonkluda billi qal li l-Gvern jinsab kommess li jkompli jagħmel l-almu tiegħu kollu biex tkompli titqajjem kuxjenza dwar is-saħħa mentali. Tkellem ukoll Nigel Camilleri f 'isem l-Association for Children and Adolescents Mental Health (ACAMH), li bħal Dr Clifton Grima qal li huwa kruċjali li s-saħħa mentali tittieħed bis-serjetà fis-soċjetà u li l-persuni kollha fi ħdanha ikollhom l-għarfien meħtieġ rigward is-saħħa mentali. Huwa rringrazzja lil dawk kollha responsabbli minn din it-tellieqa waqt li ħeġġeġ lil bosta atleti biex jieħdu sehem f 'din it-tellieqa. Tal-istess fehma kienu Victor Cassar f 'isem Pembroke Athleta u Mark Zammit f 'isem Eurosport li saħqu li jinsabu kuntenti u onorati li l-klabb u l-istabbiliment li huma jirrapreżentaw se jkunu parteċipi b'mod dirett f 'din it-tiġrija b'għan nobbli. Se jkun hemm erba' kategoriji diversi li huma t-tiġrija għall-Awtiżmu, tiġrija għall-ADHD, il-John Walsh Memorial Race u Fun Run għat-tfal fejn hemmhekk tfal taħt it-tliet snin jistgħu jieħdu sehem mingħajr ħlas. Plejers ta' Luxol St Andrews jiċċelebraw wara li għelbu lil Mostar Imnedija l-ewwel edizzjoni tal-Eurosport Run for Mental Wellbeing Graham Borg jissiġilla l-istaġun tat-triathlon bi kwalifika għall- Kampjonati tad-Dinja Ironman 70.3 IRREBBIEĦ tal- kampjonat Nazzjonali tat-Triathlon Graham Borg għalaq l-istaġun tal-2017 b'suċċess meta l-prestazzjoni tiegħu fil-Gloria Ironman 70.3 Triathlon fit-Turkija ratu jikkwalifika għall Kampjonati tad-Dinja tal- Ironman 70.3. Id-distanza ta 'Ironman 70.3 tinkludi għawma ta'1.9km, ċirkwit ta'90km fuq ir-rota u ġirja ta '21 kilometru. Borg ikkwalifika għall- Kampjonati tad-Dinja wara li kiseb it-tieni post fil- grupp ta 'età tiegħu. Borg rreġistra ħin ta' 4 sigħat u 21 minuta. B'dan il-ħin, Borg stabilixxa rekord nazzjonali ġdid għal din id- distanza. Ir-riżultat ta' Borg wasal ġimgħa wara biss li rebaħ l-ewwel titlu tiegħu ta' Champion Nazzjonali. Dan l-istaġun ra lil Borg jirbaħ is-Serje ta' Birkirkara St. Joseph Sprint Triathlon kif ukoll it-titlu Nazzjonali tas-Sprint Triathlon. Borg kiseb midalja tad-deheb fil-grupp tal-età tiegħu Vattenfall World Triathlon ġewwa Stokkolma aktar kmieni f 'Settembru. B'dawn ir-riżultati Borg wera li hu kapaċi jipproduċi riżultati tajbin fid-distanzi diversi li hemm fit-triathlon. "Minkejja li gimgħa biss kienet għaddiet mir-rebħa tiegħi fil Kampjonati Nazzjonali, ħassejtni tajjeb u b'saħħti. Il-kundizzjonijiet fil- ġurnata tat-tellieqa kienu relattivament tajbin bi ftit riħ biss u temperaturi ftit iktar ogħla minn dawk mistennija. Fuq ir-rota, li normalment hija d-dixxiplina li fiha inħossni iktar b'saħħti – kelli ġirja tajba biex b'hekk ksibt it-tieni post fil-kategorija tiegħi u kwalifika awtomatika għall-Kampjonati Dinjija", spjega Borg. "Din hija t-tieni darba li kkwalifikajt għal dawn il-kampjonati u ninsab kuntent li ser nirrappreżenta lil Malta fl-Afrika t'Isfel is-sena d-dieħla. Borg issa qed jiffoka fuq il-pjanijiet tiegħu għas-sena d-dieħla, li jinkludu għadd ta' tlielaq tad-distanzi Ironman 70.3 u Ironman, b'attenzjoni partikolari fuq il- possibilita ta'kwalifika għall-Kampjonati tad- Dinja Ironman f 'Kona, Hawaii. Ġewwa t-Turkija, Malta kienet irrappreżentata ukoll minn Josef Bonavia li rreġistra s-seba post fil-kategorija ta' grupp tal-età tiegħu u kkwalifika wkoll għall-Kampjonati tad-Dinja, kif ukoll Andre Cutajar li ta prestazzjoni tajba ħafna. Graham Borg bit-Trofew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017