Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953
6 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet 'It-Taljani għandhom jaraw eżattament "ITTALJANI wkoll iridu jaraw x'inhu jiġri ġo pajjiżhom u kif żejt bil-kuntrabandu daħal f 'pajjiżhom u għal snin twal ma indunawx minflok jippuntaw subgħajhom lejn Malta." Hekk sostnew esperti qrib ħafna tas-settur marittimu u tad-dwana li tkellmu mal-ILLUM. Wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fil-midja Taljana ħarġu għexieren ta' rapporti li qed jassoċjaw dan il-qtil brutali ma' ċrieki kriminali internazzjonali ta' kuntrabandu taż-żejt mil-Libja. It-Taljani qed jippuntaw subgħajhom lejn Malta u jgħidu li l-awtoritajiet qishom qed jagħlqu għajnejhom u jallegaw ukoll li qisu dawn l-illegalitajiet isiru kuljum. Fil-ġranet wara l-qtil ta' Caruana Galizia ġurnalisti, b'mod speċjali tar-RAI, marru b'ajruplani privati fuq l-inħawi magħrufa bħala Hurd's Bank u enfasizzaw li l-maġġoranza tal-opri tal-baħar preżenti jkunu qed jistennew li jġorru żejt li illegal-ment ittieħed mil-Libja. Allegaw ukoll li dawk involuti f 'din l-attività kriminali jiftħu kumpaniji sigrieti f 'pajjiżi oħra permezz ta' intermedjarji finanzjarji Maltin u jużaw indirizzi fittizzji f 'Malta. Hurd's Bank hija żona marittima li tinsab fil- lvant tal-kosta ta' Malta, li iżda tinsab f 'baħar internazzjonali. u għalhekk ma hemm l-ebda pajjiż li huwa responsabbli. Dan ifisser li l-Awtoritajiet Maltin m'għandhom l-ebda ġurisdizzjoni fuq din il- medda ta' baħar. L-opri tal- baħar imorru f 'Hurd's Bank għaliex huwa post fejn jistgħu jistennew sakemm ikunu jistgħu jidħlu f 'Malta, jingħataw il-fuel biex ikompli fi triqi- thom lejn pajjiż ieħor jew inkella għal skopijiet oħra bħas-sajd, għall-kenn waqt il-maltemp, jew sakemm ikun imisshom jidħlu f 'pajjiżna għall- 'bunkering'. Vapuri li jkun mgħobbija biż-żejt lest biex jinbiegħ, ġieli jistennew f 'dan il-post sakemm il-prezz taż-żejt ikun wieħed favorevoli għalihom biex jinbiegħ. L-esperti li tkellmu mal-ILLUM qalu li allura mhux ġust li jingħad li kull min jisten-na f 'Hurd's Bank qiegħed hemm biex iwettaq illegalità. Qalu li dan mhux rappurtaġġ ġust min-naħa tal-ġurnalisti Taljani u peress li din żona marittima f 'baħar inter-nazzjonali, minflok għandhom jaraw kif żejt bil-kuntrabandu jidħol f 'pajjiżhom u l-Awtoritajiet Taljani għandhom jinvestigaw eżattament x'ġara u kif żejt bil-kuntrabandu daħal f 'pajjiżhom għal snin twal. Matul dawn l-aħħar xhur, il-Prokura ta' Katanja mexxiet investigazzjonijiet dwar dan iċ-ċirku kriminali, liema investi-gazzjoni magħrufa bħala Dirty Oil wasslet għal numru kbir ta' persuni arrestati fost- hom l-eksplejer tal-futbol Darren Debono. Mal-ILLUM, l-esperti spjegaw kif vapuri mgħobbija biż-żejt li jkunu qed jistennew f 'Hurd's Bank ġieli jbiegħu ż-żejt 'on the spot transactions', lil min jagħmillhom tal- ba għall-fuel għax dawn ikollhom il-bżonn. Qalulna li dan ukoll mhux illegali għaliex il-bejjiegħ irid jagħti d-dettalji taż-żejt lix-xerrej, liema dettalji jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Esperti lokali jirritaljaw għall-akkużi fuq Malta mill-midja Taljana It-Taljani kisru ċirku illegali taż-żejt Midja Taljana tiffilmja mill-ajru fuq Hurd's Bank The Ministry for Tourism would like to inform all local councils and NGOs that the EDEN award for a Tangible Cultural Offer is now open. Interested local councils and NGOs are requested submit the application to the following address by not later than Friday 3 rd November 2017: Director, Policy Development Programme Implementation Ministry for Tourism 233, Republic Street Valletta VLT 1116 A winner and 4 runners-up will be chosen. The winning destination and runners-up will be awarded the EDEN award during a national award. Furthermore, the winning destination will also be presented with an official token by the European Commission in Brussels. The winning destination and runners-up will also be featured in numerous marketing initiatives. The Ministry for Tourism would like to encourage all local councils to participate in this initiative. Please contact PDPI office on 22915052 or pdpi.mot@gov.mt for a copy of the application, queries or assistance.