Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet eżattament kif żejt illegali daħal f 'pajjiżhom' Jekk m'għandekx ċans tieqaf u taqra dan ir-riklam, żgur li għandek bżonn tieqaf u taqrah. Nintroduċu servizz finanzjarju ġdid li jagħti aktar kontroll lis-sidien ta' negozji żgħar fuq in-negozju u l-ħajja personali tagħhom. Jekk qed tqatta' aktar ħin fuq l-amministrazzjoni milli biex tkabbar in-negozju tiegħek jew issib ħin għalik innifsek, żgur li għandek bżonn issir taf aktar. Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c., istituzzjoni ta' kreditu liċenzjata mill-MFSA taħt it-termini tal-Att Bankarju tal-1994. Indirizz reġistrat: 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444 Malta 98262 - 09/17 Għal aktar informazzjoni Ċempel 2380 2389 Mur f'waħda mill-fergħat tagħna Żur hsbc.com.mt/fusion jkunu jinkludu minn fejn inxtara ż-żejt. Hija prassi li x-xerrej taż-żejt jgħaddi l-karti għall-iskrutinju tad- Dwana ta' Malta jekk ikun se jirritorna f 'pajjiżna. Ġieli jsiru tranżazzjonijiet ta' be-jgħ ta' żejt li jkun 'duty- free' għaliex il-vapur li jkollu bżonn il-fuel ma jkunx se jidħol f 'Malta imma jkun se jmur f 'pajjiż ieħor. Tkun id- Dwana tal-pajjiż fejn se jkun se jidħol li tkun responsabbli tat-taxxi u dazji li jista' jkun hemm u li jvarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Fir-rigward tal-illegalità, dawn l-esperti spjegaw mal-ILLUM li meta kaptan ta' vapur irid jagħmel illegalitajiet bħall-bejgħ taż-żejt bil-kuntrabandu, dan jitfi t-'tracking system' li taħdem bis-satellità. Dan biex il-pożizzjoni tal-vapur ma tkunx aktar magħrufa u ma jkunx jista' jiġi stabbilit, jekk mhux b'xi forma ta' rondi, fejn ikun mar. Fil-ħidma Dirty Oil tat-Taljani rriżulta li fil- kuntrabandu taż-żejt mil- Libja ntużaw trawlers taż-żejt għall-fatt li ċ-ċisterni tal-fuel tagħhom huwa kbir peress li jagħmlu ġimgħat sħaħ fuq il-baħar għas-sajd. Ġie spjegat, li f 'illegalitajiet bħal dawn ma jkunx hemm karti tat-tranżazzjonijiet tal-fuel li jkunu saru u li l-kalkolu tal-ħlas isir skont kemm ikun jimmarkalhom il-'meters' tal-ammont taż-żejt li jkun naqsilhom miċ-ċisterni. Bħalma t-Taljani kisru ċirku internazzjonali ta' kriminalitá tal-kuntrabandu taż-żejt mil-Libja, l-esperti qalulna li dan ma jeskludix li jsiru f 'pajjiżi oħra fil-Mediterran u għalhekk lanqas ma huwa eskluż li jsir f 'Malta wkoll. Każijiet bħal dawn huma dif-fiċli li jinqabdu u dan jista' jsir biss b'aktar ħidma u kordinazzjoni tad-Dwana. Il-proċess li bih vapur ikun jista' jidħol f 'Malta Meta vapur merkantili jrid jidħol f 'Malta dan irid jinforma aġent Malti li min-naħa tiegħu jrid idaħħal id-dettalji tal-vapur fis-sistema marittima ta' Transport Malta magħrufa bħala Portnet. Sakemm dan il-proċess jintemm u l-permess biex il-vapur jidħol Malta joħroġ, irid jistenna f 'baħar internazzjonali għaliex inkella jkun daħal f 'pajjiżna b'mod klandestin. Ħafna minn dawn il-vapuri jagħżlu li jistennew f 'Hurd's Bank għaliex huwa prattiku peress li huwa post li baxx biżżejjed għall- ankri. Jekk vapur jew tanker ikun qed iġorr merkanzija, l-aġent Malti jrid javża wkoll lid-Dwana biex jitħallsu d-dazji jew is-sisa. Jekk vapur jew tanker ikollu bżonn li jingħata ż-żejt u li iżda ma jkunx se jidħol f 'Malta, dan isir dejjem f 'Hurd's Bank u f 'dan il- każ imur ukoll 'surveyer' indipendenti Malti, li jkun bħala arbitru jew xhud tal-kwantità taż-żejt li jkun inħatt minn vapur għall-ieħor u li jikkalkula l-ammont li jkun ingħata.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017