Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet nitkaxkar biex inċempel l-ambulanza." ILMARDA tal-Addison magħrufa wkoll bħala l-marda ta' insuffiċjenza adrenali primarja jew 'hypoadrenalism' hija diżordni rari tal-glandoli adrenali. Il-glandoli adrenali huma dawk l-glandoli li jipproduċu diversi tipi ta' ormoni bħal l-adrelelina filwaqt li jipproduċu wkoll żewġ sterojdi essenzjali, 'aldosterone' u 'cortisol'. Dawn iż-żewġ glandoli żgħar, jinsabu ftit il-fuq mil kliewi. Is-sintomi jinkludu wġigħ madwar iż- żaqq, dgħjufija, u telf ta 'piż . Barra min hekk jista' jkun hemm dardir tal-ġilda f 'ċerti żoni. Mard adrenali jista jkun kawża ta' pressjoni baxxa tad-demm, uġigħ fid- dahar t'isfel,telf tas-sensi u stress. Il-marda ta 'Addison hija kkurata b'mediċina biex tissostitwixxi l-ormoni nieqsa. Għalhekk panzjent ikollu bżonn jieħu l-mediċina għall-bqija tal-ħajja tiegħu. Hu mifhum li bejn wieħed u ieħor mal 1.2% tan-nies kollha li jgħixu f 'pajjiżi żvillupati jbatu minn din il-marda. Fost l-oħrajn nsibu, raxx tal-ġilda, nefħa tax-xufftejn tiegħek, wiċċ, jew ilsien. Infezzjon, is-sintomi jistgħu jinkludu: deni, sirda, ġrieħi tal-ġisem, bidliet fil-vista jew uġigħ fl-għajnejn, bidliet fl-emozzjonijiet jew fil- burdata, inklużi:depressjoni, bidliet tal-burdata, bidliet fil-personalita', żieda mhux tas-soltu fil-piż, uġigħ ta 'ras qawwi jew kontinwu, toħroġlok dijabete jew li tmur għall-agħar, taħbit tal-qalb anormalit, għeja estrema jew dgħjufija... X'inhi l-marda tal-Addison X'inhuma l-effetti tal- mediċina li kellha tieħu Sylvia? nieħu xi pilloli għall- għajnuna mentali. Bdejt bil-pilloli l-kalmanti" tispjegalna Sylvia. Tiskopri li m'għandhiex l-Addison Però l-istorja tikkomplika ruħha hekk kif ftit wara dan l-inċident Sylvia għamlet żewġ testijiet eleborati ,f 'laboratorji lokali kif ukoll barranin. Ħabat li tnejn li huma kellhom riżultat negattiv għall-marda tal- Addison. (ara dokument 1) Sylvia tirrakkonta l-esperjenza tagħha meta marret tiġbor ir-riżultat miċ-ċentru tas-saħħa. Hi qaltilna kif il-professur inkarigat mit-test tagħha, ma riedx jgħaddilha r-riżultat finali. "Il-professur ma riedx jagħtini r-riżultat għall- ewwel imma mbagħad eventwalment tahuli" tirrakkonta Sylvia. Sylvia tgħidilna kif minn hawn 'il quddiem hi bdiet tibgħat u tagħmel sensiela ta' ittri, telefonati u kull tip ta' korrispondenza possibbli sabiex l-awtoritajiet ikkonċernati jagħmlu emenda li hi mhux veru tbati minn dik il-marda serja. Fosthom hi bagħtet ittra lill-Ministru tas-Saħħa ta' dak iż-żmien Joe Cassar, li kien irrispondieha, kif ukoll diversi ittri lill-'customer care'. Riċentament, Camilleri qalet li għamlet kuntatt mal-Ministru preżenti. Sylvia qalet lil din il- gazzetta kif kemm-il darba ppruvat tagħmel kuntatt mal-awtoritajiet ikkonċernati, saħanistra anke b'kuntatt mal- Ombudsman. It-tabib personali tal- familja ta' Sylvia 'għamel gwerra', tgħidilna però xorta waħda ma ngħatax risposta mill- awtoritajiet. Għalhekk donnu kollox waqa' fuq widnejn torox. Staqsejt lil Sylvia kif it- tabiba kienet tagħtha d-dijanjosi bil-marda tal-Addison's "Ma nafx , jien meta kont mort għad- demm, kienet qaltli li għandi l-livell ta' ormoni (cortisols) baxxi, però jien kont għidtilha li kien għadu kemm imutilna tifel u għalhekk kont stressjata", spjegat Sylvia. Naturalment wieħed jista' jimmaġina kif din il-mediċina magħmula tista' taffettwa s-sanità tal- bniedem. Sylvia tkompli tkellimna fuq ħajjitha wara li tneħħew l-isteroids mis-sistema tagħha; "Kienet iebsa, dejjem nibki, dejjem bil-biża'. Għadni s'issa mbeżża' li ma rridx nidħol l-isptar. Li kieku ma kinux tal-familja ma nafx x'kien jiġri minni. Kienet tbatija kbira." Sylvia sal ġurnata tal-llum, għadha ma tafx għalfejn f 'ħames snin l-awtoritajiet ikkonċernati, m'emendawx ir-rekords mediċi tagħha meta din uriethom evidenza ċara li hi veru ma tbatix mill-marda tal-Addison. (Il-gazzetta ILLUM iddiskutiet mas-sinjura Camilleri jekk tixtieqx tibqa' anonima, kemm is-sinjura Camillieri kif ukoll ir-raġel taggħa li kien preżenti għall- intervista riedu li l-isem jiġi ppubblikat.) saħanistra anke familja ta' Sylvia 'għamel gwerra', bil-marda tal-Addison's kont mort għad- jagħtini r-riżultat għall- Il-biljett li persuna b'preskrizzjoni tal-isteroids trid iżżomm fuqha l-ħin kollu Rikonoxximent tal-ittri li bagħtet lill-Ministeru lura għall-2013

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017