Illum previous editions

illum 29 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/893953

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 29 ta' Ottubru 2017 Malta kontra l-użu ta' erbiċida Miriam Dalli fost l-MEPs li jridu t-tisħiħ tas-sigurtà tan-nies minn din l-erbiċida Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq li l-glyphosate tibqa' tintuża għal 10 snin oħra MALTA flimkien mal- pajjiżi oħra Ewropej fosthom l-Italja u Franza vvutaw kontra proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tiġġedded b'10 snin oħra l-liċenzja Ewropea għall-użu tal-erbiċida glyphosate. Il-glyphosate hija waħda mill-erbiċida ewlenin madwar id- dinja u tammonta għal madwar 25% tas-suq. Din tintuża primarjament fl- agrikoltura iżda wkoll biex jinqered ħaxix li jitla' fit- triq jew mal-bankini. Il-pajjiżi kienu qed jipproponu tiġdid li jkun inqas u li jvarja minn 5 sa' 7 snin. Il-votazzjoni tal- pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fuq it-tiġdid għall-użu tal-glyphosate issa ġie pospost għax- xahar id-dieħel u dan meta l-liċenzja Ewropea għal dan l-erbiċida tiskadi fil-15 ta' Diċembru li ġej. Fil-passat il-Kummissjoni kienet tal-bet tiġdid fl-użu tal-glyphosate għal 15-il sena li iżda tnaqqas għal 10 snin, wara li f 'dan il-każ ukoll ma kienx hemm qbil. Il-pożizzjoni tal- Kummissjoni Ewropea kienet kontrastanti għad-deċiżjoni meħuda mill-Parlament Ewropew. Dan għaliex il-Parlament irid 'phasing-out' tal- glyphosate tant li nhar it-Tlieta li għadda l-MEPs approvaw pjan, li ma jorbotx lill-pajjiżi mem-bri, li din l-erbiċida ma tibqax tintuża fl-Ewropa sas-sena 2022. Ironikament l-għada ta' dan il-vot tal-MEPs, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet it-tiġdid. Ir- Renju Unit, li qed ifittex li ma jibqax membru tal- Unjoni Ewropea, huwa fost il-pajjiżi li flimkien ma' Spanja qed jimbuttaw li l-użu tal-glyphosate jibqa'. Kienu 335 l-MEPs li vvutaw favur il-waqfien tal-użu ta' din l-erbiċida, filwaqt li kien hemm 204 kontra u 111 astensjoni. Madwar l-Unjoni Ewropea d-dibattitu jinsab għaddej bejn il-bdiewa u l-ambjentalisti li tal-ewwel qed jgħidu li din l-erbiċida hija meħtieġa, filwaqt li tal-aħħar qed isostnu li l-glyphosate tikkawża l-kanċer. Rapporti tad-WHO juru li l-din l-erbiċida tikkawża l-kanċer Il-glyphosate ġiet introdotta fis-suq fl-1974 u fl-Ewropa tintuża biex jiġi kkontrollat ħaxix ieħor li jikber mal-pjanti taċ-ċereali fost l-oħrajn. Il-kontroversja qamet wara li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), irrikonoxxiet li l-glyphosate tikkaġuna l-kanċer iżda mhux l-istess min-naħa tal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà tal- Ikel (EF-SA) u l-Aġenżija Ewropea tal-Kimika (ECHA). Bosta studji juru li persuni li jaħdmu b'din l-erbiċida spiċċaw f 'riskju akbar li jiżviluppaw il- kanċer filwaqt li testijiet oħra juru li ġrieden li kienu esposti għall- glyphosate żviluppalhom il-kanċer. Kundizzjoni-jiet oħra rrappurtati juru li tista' jikkawża ħsara fid- DNA tan-nies filwaqt li fi studji oħra ġie konkluż kif f 'ħafna pajjiżi tal- Unjoni Ewropea, Malta inkluż, instabu traċċi tal-glyphosate fl-urina tal- bnedmin. "Is-saħħa tan-nies tiġi qabel il-profitti li tagħmel kumpanija" - Miriam Dalli Kien għalhekk ukoll li l-Kumitat għall- Ambjent fil-Parlament Ewropew (ENVI) beda d-diskussjonijiet dwar is- sigurtà ta' din l-erbiċida. MEP ewlenija li tkellmet fuq dan is-suġġett kienet l-MEP Maltija Miriam Dalli. Mal-ILLUM, Miriam Dalli qalet li din il-kwistjoni hija ferm Dibattitu fl-Ewropa minħabba testijiet li juru li tista' tikkawża l-kanċer Il-glyphosate tintuża l-iżjed fl-agrikoltura jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 October 2017