Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet jċapċaplu u min iridu jisparixxi 1. X'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek meta ħarġu l-konklużjonijiet dwar l-inkjesta Egrant? Ir-reazzjoni tiegħi kienet waħda mħallta: ta' sodisfazzjon għall-fatt li wara xhur ta' stennija ħarġet il-verità li kkonfermat dak li kien qal il-Prim Ministru sa mill-għada li saret l-allegazzjoni, iżda wkoll ta' dispjaċir u rabja għall-fatt li qatt ma stennejt li fil-politika naslu f 'livell daqstant baxx li nassassinaw karattru ta' bniedem jew familja bi qlajjiet foloz ibbażati fuq falsifikazzjoni ta' dokumenti. 2. Jinkwetak il-fatt li xorta waħda baqa' mhux magħruf min hu s-sid jew għal min kienet infetħet Egrant? Fil-kuntest ta' remit tal-Magistrat fl-inkjesta, min kien is-sid tal-Egrant mhuwiex daqstant relevanti. L-allegazzjoni oriġinali ma kinitx ibbażata fuq min seta' kien is-sid għaliex l-allegazzjoni kienet ċara, jiġifieri li l-Egrant kienet tas-Sinjura Michelle Muscat u l-inkjesta riedet tistabilixxi jekk dan kienx minnu jew le. Irriżulta li din kienet gidba faħxija mill- bidu sal-aħħar. 3. X'taħseb li għandha tkun it- triq 'il quddiem wara li sar magħruf li d-decleration of trust, li kellha tkun il-prova ewlenija, kienet tinkludi firem iffalsifikati? It-triq 'il quddiem hija sempliċi. Falsifikazzjoni ta' dokument ta' din il-portata huwa reat kriminali u allura jridu jittieħdu passi mill-Pulizija u jitressaq il-qorti min iffalsifika d-dokumenti (jekk dan hu magħruf mill-inkjesta, jekk le trid issir investigazzjoni biex min hu/hi li ffalsifika d-dokumenti jkun stabbilit). Jittieħdu passi wkoll fil- konfront ta' kull min kien kompliċi fil-falsifikazzjoni u fl-allegazzjonijiet u gideb faħxi li sar fuq bażi tal-falsifikazzjoni tad- dokumenti. 4. Jinkwetak il-fatt li l-konklużjonijet dwar Egrant jistgħu jgħattu 'nuqqasijiet' tal-Gvern Laburista li wieħed ma jistax jinnega, fosthom li Konrad Mizzi u Keith Schembri fil-fatt fetħu kumpaniji fil- Panama? Ma jinkwetanix dan il-fatt għar-raġuni li l-inkjesta Egrant stabbiliet fatti ċari. Il-kumpanija Egrant la kienet ta' Michelle Muscat, la kienet tal-Prim Ministru u lanqas ta' xi ħadd mill- familji tagħhom. Min ħareġ b'dan il-plot kellu f 'moħħu li jagħmel ħsara personali lill-Prim Ministru u fl- istess waqt jiddistabilizza l-pajjiż billi jwaqqa' l-Gvern. L-attakk kien dirett fuq il-familja Muscat għax dik kienet l-unika karta li kien baqgħalhom biex jakkwistaw il-poter. L-inkjesta kixfet il-qerq, il-gideb u l-falzità ta' min fassal dan il-pjan malizzjuż. Dak li int qed isejjaħ nuqqasijiet oħra tal-Gvern Laburista qegħdin jiġu jew ġew ittrattati fuq il- mertu tagħhom kemm fuq livell ġudizzjarju kif ukoll politiku. 5. Taħseb li l-konklużjoni tal- inkjesta Egrant tista' titfa' dubju fuq stejjer oħra ppubblikati minn Daphne Caruana Galizia, fosthom l-allegazzjonijiet dwar Adrian Delia? Qabel ma ġiet ippubblikata l-konklużjoni tal-inkjesta Egrant ħafna kienu jafu li fil-biċċa l-kbira tal-każi, DCG kienet tippubblika kull tip ta' informazzjoni li tiġi f 'idejha mingħajr ma tivverifika l-fatti. L-aġenda tagħha kienet ċara: vilment kontra l-Labour f 'kollox u kullimkien! Jekk kinitx qlajja', allegazzjoni jew xort'oħra ma kinitx tagħmel distinzjoni. L-aqwa li kontra l-Labour u jekk tiġi għas- si u n-no dejjem kellha l-arma tal-protezzjoni tas-sors! Il-konklużjoni tal- inkjesta Egrant ikkonfermat dan il-fatt. L-inkjesta kkonkludiet fost l-oħrajn li x-xhieda ta' DCG, Maria Efimova u Pierre Portelli kienet kunflinġenti jew kontrastanti. Biex waslet tagħmel dan fuq il-Prim Ministru u l-familja tiegħu fuq bażi, li llum pruvata, ta' falsifikazzjoni ta' dokumenti, allura bilfors wieħed jiġih dubju dwar l-istejjer li kienet tippubblika. 6. X'għandha tkun it-triq tal-Partit Nazzjonalista wara dawn il- konklużjonijiet? Il-Partit Nazzjonalista bena l-kampanja elettorali fuq dan il-każ. Simon Busuttil bħala Kap tal-PN għamel l-istorja tiegħu u pubblikament stqarr kemm-il darba li hu ma kienx jemmen lill-Prim Ministru Joseph Muscat u allura emmen b'għajnejh magħluqa lil DCG, lil Efimova u lil kull min kien imdaħħal fl-istorja. Għalhekk l-għajta tiegħu kienet "Barra, Barra, Barra". Il-PN għamel lilu nnifsu l-paladin tal-governanza tajba u t-tolleranza żero għall-korruzzjoni. Iżda l-inkjesta Egrant faqgħet il-bużżieqa f 'wiċċ il-PN u għalhekk il-PN irid jerfa' r-responsabbiltà politika qabel jittanta jerġa' jipprova jikseb xi kredibiltà mill- elettorat. 7. Simon Busuttil għandu jirreżenja? Għamel sew Adrian Delia li neħħieh mix- Shadow Cabinett? Jekk jemmen f 'dak li jgħid, Simon Busuttil għandu jirriżenja. M'għandux joqgħod jistenna lill-Kap tiegħu jitolbu jissospendi ruħu. Ir-responsabbiltà politika trid tintrefa' minnu l-ewwel u qabel kollox. B'dak li qal u kif aġixxa seta' ġab konsegwenzi koroh fuq il-familja tal-Prim Ministru u fuq il-pajjiż. Irid jammetti li żbalja bl-ikrah u jerfa' r-responsabbiltà. Mill-kliem irid jgħaddi għall-fatti. Għamel sew Adrian Delia li neħħieh minn shadow minister. Delia ried jgħaddi għall-fatti biex juri li l-politika trid issir 'b'Mod Ġdid.' Iżda bħal Simon Busuttil hemm oħrajn li ħawdu fl-istorja Egrant u magħhom ukoll irid juri snienu jekk irid jitwemmen f 'dak li jippriedka. 8. X'taħseb li dawn l-iżviluppi se jfissru għall-Partit Laburista, għall-Partit Nazzjonalista u għall- politika f 'Malta? Għall-Partit Laburista dawn l-iżviluppi jfissru t-tisħiħ tal-Partit. Irid jibqa' saqajh mal-art u ma tikbirlux rasu. Id- dgħufija ta' partit avversarju ma tfissirx iktar saħħa għal partit ieħor. Dak li jiġri lil ġarek jista' jiġri f 'darek. Meta l-politika tkun imsejsa fuq l-verità, il-partit jirbaħ dejjem. Għall-Partit Nazzjonalista dawn l-iżviluppi wassluh biex imiss il-qiegħ. Il- qasma u l-firda fost il-PN hija evidenti. Meta l-għatx tal-poter isakkrek, titlef il-kredibiltà li biex tinkiseb lura trid is-snin. Fl-aħħar elezzjoni l-poplu ma emminx lill-PN u l-inkjesta Egrant ikkonfermat ir- raġuni għalfejn il-poplu ma emminx lill-PN. Issa l-PN irid jitwieled mill-ġdid billi jinfatam darba għal dejjem mil-linja politika li qabad f 'dawn l-aħħar snin. Għall-politika f 'Malta dan l-episodju jġegħelna nidħlu f 'qoxritna u naħsbu bis-serjetà biex inpoġġu l-prijoritajiet fl-ordni. Il-pajjiż għandu jiġi qabel il-partit u l-verità għandha tiġi qabel il-poter. 9. L-eżitu tal-inkjesta x'taħseb li se jkun ifisser għall-futur politiku ta' Joseph Muscat? Il-futur ta' Joseph Muscat jiddeterminah hu. Bl-eżitu tal-inkjesta l-futur tal-Prim Ministru kompla jissaħħaħ. Iffaċċjat b'allegazzjonijiet bla preċedent, il-Prim Ministru wera fibra u onestà mill-bidu. Għadda minn martirju għal 15- il xahar imma l-verità tatu raġun. Illum imur kullimkien b'rasu merfugħa 'l fuq. Għandu l-kuraġġ li jibqa' jmexxi l-pajjiż għas-snin li ġejjin u għandu l-opportunità mill-ġdid li jkompli l-karriera politika tiegħu anke barra minn xtutna. L-għażla f 'idejh! Li hu żgur hu li l-poplu għandu fiduċja kbira fih u ma jixtieqx jitlef il-viżjoni u d-direzzjoni li għandu Joseph Muscat għal pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018