Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Sports 26 'Is-suċċess jinkiseb meta jkun hemm objettiv ċar - dak li tilħaq il-potenzjal tiegħek' - Claire Azzopardi Minn Cristian Antony Muscat ILVJAĠĠ ta' Claire Azzopardi fl-avventuri sportivi beda meta kien għad għandha biss tliet snin u nofs. Hija bdiet tittrenja l-ġinnastika għall-gost, darba f 'ġimgħa. Fi ftit snin kienet qegħda tiddedika tliet sigħat kuljum mit- Tnejn sas-Sibt, għal taħriġ intensiv f 'dan l-isport.Matul dan iż-żmien ipparteċipat f 'kompetizzjonijiet kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali, fejn irrappreżentat lil Malta diversi drabi. Ħadet sehem f 'kompetizzjonijiet ta' livell għoli fosthom Coji, l-European Championshipsu l-GSSE. L-aħħar kompetizzjoni ta' Claire fil-ġinnastika tibqa' l-aktar waħda għal qalbha – il-logħob tal- pajjiżi ż-żgħar fl-Iżlanda. Hawnhekkhija laħqet livelli għoljin li ssarfu f 'kisba ta' żewġ medalji; waħda individwali tal-bronż fuq il-flooru oħra tal-fidda bħala tim. Kienet il-ħolma ta' Claire li xi darba tirrappreżenta lil Malta f 'dan il-livell u b'dedikazzjoni u determinazzjoni l-ħolma tagħha saret realtà. Meta Claire rat li kienet laħqet il-quċċata fil-ġinnastika, ħasset li kien wasal iż-żmien biex taqleb għal sport ieħor. L-għażla waqgħet fuq l-atletika, bid- dixxiplinipreferuti jkunu l-Long jump u Triple jump. Għalkemm hija kienet konvinta mid- deċiżjoni li għamlet, ma kinitx ħaġa faċli. Kien hemm differenza kbira – kowċ ġdid, tim ġdid, ambjent totalment differenti u fuq kollox sessjonijiet ta' taħriġ li qatt ma kien kellha bħalhom. It-transizzjoni minn sport għall- ieħor kienet waħda impenjattiva imma għal Claire kull tbatija ssir worth it basta jintlaħqu l-oġġettivi. Il-bidu kien iebes iżda Claire ma qatgħetx qalbha, anzifi ftit xhur kienet diġa qegħda tikkompeti fuq livell internazzjonali tirrappreżenta lil Malta. Għalqet l-ewwel staġun billi attendietgħall- FISEC games fi Franza. Fit-tieni senapparteċipat fil-Euorpean Team Championshipsli saru Malta stess u din is- sena marret ukoll Liechtenstein għaċ- Championships of the Small States of Europe fejn irnexxielha tgħaddi għall-finali u tikseb pożizzjoni tajba fil-Long jump. Claire issa ilha tliet snin fl-atletika. Din l-aħħar sena kienet l-iktar waħda ta' suċċess anke jekk kien hemm perjodu fejn kellha tieqaf minħabba li kienet imweġġa'. Ghalkemm l-focus tagħha huwa fuq it-taħriġ fil-Long jump,li tipprattika dixxiplina waħda biss hi tħoss li mhux biżżejjed. "Fil-ġinnastika jien drajt nipprattika erba' dixxiplini differenti, vault, beam, bar u floor u waqt it-taħriġ ngħaddi minn dixxiplina għall-oħra. Għalhekk fl-atletika ħassejtha diffiċli biex nikkonċentra fuq oġġett wieħed biss. Il-motivazzjoni nsibha billi nipprova dixxiplini differenti. Il-fatt li nkun naf li waqt is-sezzjonijiet ta' taħriġ inkun ser nipprova xi ħaġa ġdida jimlieni b'aktar ħeġġa". Matul dan l-istaġun Claire bdiet ukoll titħarreġ u tikkompeti bħala sprinter b' mod partikolari fil-100 metru. Mill-ewwel kisbet riżultati tajbin u fl- kampjonati nazzjonali rnexxielha anke tasal sal-finali. Fl-aħħar tal- istaġun bdiet tiddedika aktar ħin fit-taħriġ tat- Triple jump. Kienet din id-dixxiplina li l-aktar li tagħtha sodisfazzjon għaliex f 'qasir żmien kisbet żewġ rekords nazzjonali tal-U20 permezz ta' żewġ qabżiet konsekuttivi ta' 11.94m u 12.02m. Hawnhekk irnexxielha wkoll tikseb kwalifikazzjoni għall-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar li ser isiru f 'Montenegro f '2019 u ħa tkun fost grupp żgħir ta' atleti Maltin li ħa jkunu qed jirrappreżentaw lill- pajjiżhom f 'dixxiplini differenti f 'dawn il- kompetizzjonijiet. Claire tgħid; "Insib l-enerġija biex inkompli nipprattika l-isport minħabba t-tim ta' madwari, il-fiżjoterapista Julian Rizzo Naudi, il-kowċ Jivko Jetchev u l-kollegi tiegħi li nittrenja magħhom. Imma għalija l-isport għandu sens ieħor, dak li jagħmilni persuna li dejjem infittex li nkompli nitjib fil-personalità tiegħi, għax l-isport jgħinek tgħix ħajja aħjar". Claire li hija kowċ ma' SportMalta u anke qegħdha tagħmel BSc in Sport and Physical Activity ttemm din l-intervista billi tħeġġeġ liż-żgħażagħ, "taqtgħu qalbkom qatt, jekk taħdmu taslu żgur!" Claire Azzopardi -azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018