Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887
illum Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Sports 28 Meta ħames plejers żgħażagħ ddebuttaw mat-tim nazzjonali Malti Minn Cristian Antony Muscat LEMOZZJONI għall-fatt li lagħbu l-ewwel logħba għat-tim nazzjonali żiedet il-motivazzjoni ta' ħames plejers żgħażagħ li għamlu d-debutt mat-team nazzjonali fid-draw ta'1- 1 kontra l-Armenja. Il- plejer Għawdxi ta' Victoria Hotspurs Ferdinando Apap beda mal-ewwel 11 f 'din il-partita waqt li d-duo ta' Hibernians Joseph Mbong u Jurgen Degabriele u l-midfielder ta' Birkirkara Jake Grech ingħataw id- debutt fit-tieni taqsima. Iddebutta wkoll il-plejer ta' Hibernians, Dunstan Vella. Dawn il-ħames plejers tkellmu fuq din l-esperjenza li żgur li se tibqa' mmarkata b'ittri tad- deheb fil-karriera tagħhom. "M'hemmx kliem biżżejjed biex niddeskrivi l-emozzjoni li ħassejt," saħaq Ferdinando Apap. "Il-fatt li ntagħżilt mal- iskwadra tat-23 player għal dan it-training camp tani sodisazjonn kbir iżda l-fatt li bdejt mal-ewwel 1 fil- logħba ta' ħbiberija kontra l-Armenja kienet iktar milli kont qed nistenna. Kont eċitat ħafna fl-ewwel 20 minuta tal-partita. Kont qed naffaċċja plejers tal-ogħla livell iżda matul il-perkors tal-logħba, issetiljajt u l-kunfidenza tiegħi żdiedet. Din l-esperjenza kompliet issaħħaħ il-motivazzjoni tiegħi biex inżomm posti fl-iskwadra. Fil-ħajja, trid taħdem biex tavvanza u taf kemm taf qatt mhu biżżejjed... dejjem ikun fadal x'titgħallem. Għalkemm ġejna draw kontra l-Armenja, kif qal il- kowċ Ray 'Żażu' Farrugia, xorta waħda fadlilna ħafna biex nilħqu l-miri tagħna." Intant għall-plejer Jake Grech li ħa post il-veteran Roderick Briffa, li għamel id-debutt ma' Malta kienet ħolma li saret realtà. "Li nilbes il-flokk tat- team nazzjonali kienet xewqa li kelli sa minn meta kont tidfel. Kont fortunat biżżejjed li kont parti minn kull stadju tat-team nazzjonali bħala captain - Under-17, Under-19 u Under-21. Apparti s-sodisfazzjon li għamilt id-debutt tiegħi mat-team nazzjonali, kienet ukoll okkażjoni sabiħa minħabba li l-wirja tat- team u r-riżultat miksub fil-ġurnata kienu wkoll pożittvi ħafna." Grech emfasizza l-importanza tal-players ta' esperjenza li jimmilitaw fl-iskwadra Maltija. "L-iskwadra hija unita ħafna. Il-plejers ta' esperjenza għenuna biex nagħmlu t-transizzjoni mit-team nazzjonali ta' taħt il-21 sena għal dak tal-kbar. Il-kowċ jemmen fil-plejers żgħażagħ u dik hija xi ħaġa pożittiva ħafna fir-rigward tagħna. Irridu nibqgħu umlu u kkonċentrati." Joseph Mbong, li bħal Grech, Degabriele, Kyrian Nwoko u Myles Beerman għadu jifforma parti mit- team nazzjonali ta' taħt il-21 sena, jinsab ukoll kuntent li għamel id- debutt tiegħu mat-team nazzjonali. "Kont ili nistenna biex niddebutta mat-team nazzjonali. Il-fatt li ssejjaħt mat-team nazzjonali diġà kien pass importanti, iżda li għamilt id-debutt imlieni b'emozzjonijiet diversi.... ferħ u eċitament. Il-partita kontra l-Armenja ma kinitx faċli hekk kif lgħabna kontra avversarji b'saħħithom. Ma nistgħux nibdew naraw kbir iżda fuq in-naħa l-oħra tal-munita, nemmen li kapaċi niksbu riżultati pożittivi jekk nibqgħu ffukati." Il-ħsibijiet ta' Jnrgen Degabriele kienu simili għal dawk ta' Mbong. "Minn dejjem kienet il- ħolma tiegħi li nilgħab bil- flokk tat-team nazzjonali Malti. Il-fatt li ħadt post Micheal Mifsud kien ukoll mument speċjali għalija hekk kif huwa jifforma parti importanti mill- istorja tal-football Malti. Li ssejjaħt mat-tim nazzjonali diġà kien bonus għalija u l-fatt li ġejt utilizzat fil-logħba ta' ħbiberija kontra l-Armenja kompliet tagħmilha iktar speċjali. Wara r-riżultat pożittiv li ksibna kontra l-Armenja, qed inħarsu 'l quddiem għal aktar riżultati pożittivi iżda rridu nieħdu kollox bil-mod, minħabba li dan huwa proċess twil." Esprima l-ħsibijiet tiegħu wkoll Dunstan Vella li qal li: "L-ewwelnett, din hija l-ħolma ta' kull plejer li xi darba jiġik iċ-ċans u tilgħab man-Nazzjonal. Huwa unur kbir li tirrappreżenta lil pajjiżek. Eċitament ikun hemm żġur, però waqt il-logħba sibt għajnuna minn kull plejer u waqt li tkun ġol-grawnd tinsa kollox u tiffoka fuq il- logħba. Baqa' ħafna xi jsir u rrid nibqa' naħdem biex dan iċ-ċans jerġa' jiġini." Fabio Spiteri -azzjoni fuq ir-rota