Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887
illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Intervista 12 BEJN illum u nhar il-Ħadd 5 t'Awwissu, il-Belt kapitali tagħna tiċċelebra b'solenità kbira l-festa f 'ġieħ il- Patrijarka San Duminku ta' Guzman, missier ir-reliġjużi Dumnikani meqjum fil- Bażilika Matriċi ta' Sidtna Marija ta' Porto Salvo. Għalhekk ħsibt li jkun xieraq li niddedika l-artiklu tiegħu propju lil dawn il- patrijiet u lil din il-parroċċa li tul dawn l-aħħar 500 sena nisġu l-istorja tagħhom flimkien ma' dik tal-Belt Valletta. Wara li fit-28 t' Marzu 1566, tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-Belt il-ġdida fuq l-għolja Sceberras u għas-sentejn ta' wara eluf ta' ħaddiema, Maltin u barranin, ħadmu bla mistrieħ biex bnew is-swar tagħha, il-Gran Mastru Pietro del Monte li laħaq wara La Vallette beda jaħseb għall-bini ta' djar fejn jgħixu n-nies. Għalhekk, fit-3 ta' Frar 1569, waqqaf kummissjoni biex flimkien mal-kaptan Francesco Laparelli, ifasslu u jqassmu l-art ta' ġewwa l-Belt għall- bini tad-djar. Il-patrijiet Dumnikani tal-kunvent tal-Lunzjata fil-Birgu, mill-ewwel bassru bit-tibdil li kien ser jinħoloq malli l-Ordni ta' San Ġwann jitlaq mill-Birgu u jmur lejn il-Belt il-ġdida. Huma ma qisux biss li l-kunvent tagħhom fil-Birgu kien ser jitlef mill-importanza li kellu, imma xtaqu wkoll li jifirxu ħidmiethom fost l-eluf ta' ħaddiema li kienu jaħdmu, saħansitra fil-festi kmandati, biex ifittxu jlestu l-bini tas-swar. Għalhekk, Patri Damjan Taliana, pirjol tal-Lunzjata u Vigarju Provinċjali għall-kunventi Dumnikani f 'Malta, bl- approvazzjoni tal-patrijiet, talab art fil-Belt il-ġdida biex jibni u jwaqqaf kunvent hemm. Il-Gran Mastru Del Monte laqa' t-talba ta' Patri Taliana, u offra b'xejn lid-Dumnikani kwartier sħiħ immarkat numru 8 fil-pjanta tal-Belt. Dan il-post kien fejn illum hemm il-kunvent u l-knisja tal-Porto Salvo flimkien ma' xi djar magħqudin magħhom. Bil-mod il-mod, dawru bil-ħitan il-kwartier imsemmi u bnewh mill-aħjar li setgħu. Barra minn hekk, l-istess patri Dumnikan, imqanqal mill-ħtieġa li kellhom l-għadd kbir ta' nies li kienu jaħdmu fil-Belt, bena wkoll knisja żgħira fuq l-art li kiseb. Mis-sena 1569 il-patri pirjol, beda jibgħat xi patrijiet mill-kunvent tiegħu tal-Lunzjata fil-Birgu, biex iqaddsu f 'din il-knisja Beltija. Il-patrijiet Dumnikani tal-Lunzjata ma damux wisq ġejjin u sejrin għax huwa maħsub li qabel żmien sena minn meta kisbu l-art, kienu diġà marru jgħixu hemm. Waħda mill- kundizzjonijiet fl-għoti tal- art għall-bini fil-Belt kienet li taħt piena li s-sid jitlef l-art u kulma jkun għamel fiha, il-post ried jinbena fi żmien sena. Nafu żgur li qabel id-9 ta' Marzu 1571, diġà kien hemm komunità ta' patrijiet Dumnikani jgħixu l-Belt. Infatti f 'din id-data, Giacomo Bonnici mill- Birgu, ħalla legat ta' quddies lill-patrijiet tal-Lunzjata tal-Birgu, bil-kundizzjoni li, jekk dawn ma jaċċettawhx, jingħata lill-patrijiet Dumnikani tal-Belt! Il-Kappella tad-Dumnikani fil-Belt Valletta kienet użata mhux biss mill-ħaddiema fil-bini tal-istess belt u mill-familji li mill-Birgu kienu marru jgħammru hemm, imma wkoll minn bosta baħħara. Għalhekk il-patrijiet ma damux ma ndunaw bil-ħtiega li, minflok il-kappella, jibnu knisja kbira u dinjituża. Huma ddeċidew li l-knisja l-ġdida tkun iddedikata lil Santa Marija tal-Porto Salvo, sew minħabba d-devozzjoni tal-baħħara nnifishom u anke għax f 'dawk l-akwati kien hemm diġà kappella ddedikata lill-istess titlu. Ġara però li l-parroċċa ta' San Ġorg f 'Ħal Qormi, li sa dak iż-żmien l-għolja Xib-er-ras kienet taqa' fil- konfini tagħha, sostnew li huma kellhom id-dritt ta' parroċċa. Meta miet il- kappillan ta' Ħal Qormi, Dun Gioannello Cilia, billi l-Belt Valletta kienet qed tinbena fuq territorju tal-parroċċa tiegħu, Dun Marjanu Briffa Il-Bażilika ta' Porto Salvo... il-parroċċa CLIFFORD GALEA bini tad-djar. Il-patrijiet Dumnikani għall-kunventi Dumnikani f 'Malta, bl- l-istess patri Dumnikan, kundizzjonijiet fl-għoti tal-