Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet Efimova... riedet temminha' illi Egrant hija ta' Muscat. Fis-'safe' nstabu dokumenti li juru illi Egrant hija ta' Muscat? Le, ma nstabu ebda dokumenti li juru dan. Mhux bilfors jekk dak ħarab bihom fil-famuża bagalja... Ir-rapport tal- Maġistrat Aaron Bugeja jagħti rendikont eżatt, pass, pass ta' x'ġara bil- famuża bagalja li ħafna stqarrew li kien fiha d-dokumenti li juru illi Egrant Inc hija ta' Michelle Muscat. Il-fimati tas-CCTV huma ċari; nhar l-20 ta' April 2017 Ali Sadr kien fuq titjira 1276, minn Frankfurt lejn Malta. Huwa ġie intraċċat ħiereġ mill-ajruport mis- CCTV tal-MIA għall-ħabta ta' 11:40 am. Mis-CCTV tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hasheminjed jidher dieħel fil-bank fis-12:45p.m. Minn hemmhekk Hasheminejed qatta' l-ħin kollu fil-bank sad-9:15pm. Bil-bagalji li dehru fil- filmat ta' Net TV Ali Sadr jidher jidħol fil-Board Room u jitfaħhom mal-ġenb. Joħroġ minnhom tablet, mobile phone, xi karti u xi stationery u l-parti ta' fuq nett baqgħet tidher. Jibqa' dejjem fl-istess post. Għall-ħabta tas-7:24pm jidħol Luis Felipa Rivera u jħallilu xi karta. Ali Sadr jitfa' din il-karta fil-ġenb u ma jagħtix kasha. Meta ġie biex joħroġ mill-Bank Pilatus huwa daħħal fil-bagalja t-tablet, il-karti li kien ħareġ qabel u dik il-karta li deher li tah Rivera u għalaq kollox. Il-Maġistrat jgħid li dan juri li mhix pruvata illi l-bagalja kienet mimlija dokumenti li kellhom x'jaqsmu mal-allegazzjoni. Mhux magħruf jekk il- Maġsitrat staqsiex x'kienet il-karta waħdanija li tpoġġiet fil-bagalja u li Hasheminejad ma daħalx biha. U vera qabad ajruplan lejn l-Ażerbajġan bil-bagalji b'kollox Hasheminejad? Huwa vera li fil-lejl tal-21 ta' April kien hemm titjira minn Malta lejn Baku fl- Ażerbajġan, li baqgħet sejra Dubaj. L-ajruplan iżda kien ilu Malta mid-19 ta' April, mingħajr ma kellu titjira skedata sakemm imbagħad fl-20 ta' April daħlet talba għal titjira minn Baku fl-Ażerbajġan għal Dubaj. Ir-rapport jgħid illi peress li dan l-ajruplan kien l-aktar qrib ġie assenjat imur hu l-Ażerbajġan, biex imur Dubaj. Fl-ajruplan li suppost fuqu kien hemm Hasheminejad fih, ma kienx hemm passiġġieri imma biss membri tal-ekwipaġġ u l-affarijiet u bagalji tagħhom. Vera li Keith Schembri u John Dalli għandhom kont fil-bank Pilatus? U x'sirna nafu dwar il- kontijiet? Iva. Minn dan ir-rapport huwa kkonfermat li Dalli u Schembri għandhom kont fil-Pilatus. Kif kien żvela Dalli stess il-kont kien magħluq u ma jirriżultax li kien jintuża b'mod regolari. Schembri ma nstabx li uża dawn il-kontijiet b'mod regolari ħafna lanqas u kien hemm biss ftit tranżazzjonijiet maqsumin f 'perjodu ta' żmien. Ir-rapport jgħid illi ma kienx hemm tranżazzjonijiet bejn il-kont ta' Schembri u persuni mill-Ażerbajġan imma nstabu tranżazzjonijiet mal-kumpanija Willerby. Din tal-aħħar kienet ta' Adrian Hillman u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien allega li l-flus li deħlin minn Willerby għall- kont ta' Schembri huma parti minn eżerċizzju ta' ħasil ta' flus. Il-Ministru Konrad Mizzi kellu kontijiet fil-Bank Pilatus? Le, Mizzi li kien sid ta' kumpanija fil-Panama ma kellux kontijiet bankarji fil- Bank Pilatus. Mizzi għadu 'mdendel' f 'allegazzjonijiet ta' kummissjonijiet mill-proġett tal-Power Station li taħdem bil-gass. Imma jekk tnejn ta' Mizzi u Schembri... it- tielet mhux ta' Muscat? Ir-rapport tal-Maġistrat jindika illi kien hemm differenza importanti bejn Egrant u Tillgate/Hearneville li kienu proprjetà ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri. Minkejja li kellhom struttura simili u lkoll ġew imwaqqfa f 'Lulju 2013, ftit wara li kien elett Gvern Laburista, jirriżulta li fl-2015 Tillgate u Hearneville bdew it-Trusts Haast u Rotorua u li magħhom ġew imwaħħda l-kumpaniji. Trust simili qatt ma kienet maħluqa għall- kumpanija Egrant. F'Awwissu 2015, filwaqt li Karl Cini minn Nexia BT għamel sforzi biex jinfetħu kontijiet għal Tillgate u Hearneville, ma ġarax l-istess għal Egrant Inc. Ix-xhieda ta' Efimova kienet taqbel ta' Daphne dwar is-CCTV? Assolutament le. Fil-fatt kien hemm diverġenzi. Caruana Galizia eskludiet li hemm kamera CCTV fil- kċina. Efimova qalet li ma tiftakarx. Fil-fatt kien hemm kamera f 'waħda mill-kċejjen u oħra faċċata ta' kitchenette. Efimova tat id- dokumenti lil Caruana Galizia jew il-kontra? Caruana Galizia xehdet li hi rat id-declaration of trust mingħand Efimova li qalet illi kellha din id-dikjarazzjoni fil-forma ta' karta. Caruana Galizia, li għall-ewwel ma riditx titla' tixhed, qalet illi Efimova qaltilha li kienet għamlet scan tad-declaration of assets u tellgħathom fuq il-'cloud'. Caruana Galizia, fix-xhieda l-ewwel qalet li għandha kopja, imma mbagħad fit- tieni xhieda qalet li xtaqet tgħid li taf fejn qegħdin, imma "mhux għandi fil- pussess tiegħi." Efimova tiċħad u titfa' r-responsabilità fuq Caruana Galizia hekk kif tgħid li kienet Caruana Galizia li wrietha d-declarartion of trust. Efimova, li kienet taħdem il-Bank Pilatus, kienet qalet wara l-qtil ta' Caruana Galizia li hi ma kinitx l-uniku sors tal-ġurnalista dwar din l-istorja. Ma' Bugeja hija kienet qalet illi d-declaration of trust ma ġietx mingħandha. Eżatt l-oppost ta' Caruana Galizia. Meta ma setgħetx taħlef Caruana Galizia? Daphne Caruana Galizia kienet qalet illi hija 'rat' il-bank Account Opening Form ta' Al Sahra FZCO, il- kumpanija li kien allegat illi bagħtet flus lejn Egrant. Fit-tieni xhieda meta mistoqsija jekk ratx dan id- dokument, Caruana Galizia qalet "ma nistax naħlef." Kif bidlet id-diskors Efimova dwar il-$1 miljun? Maria Efimova biddlet ix-xhieda tagħha b'mod kontinwu f 'dak li jirrigwarda l-flus li suppost għaddew mill-Ażerbajġan għal Egrant. L-ewwel qalet illi kienet semgħet lil Ali Sadr Hasheminjed ikollu "konverżazzjoni mqanqla" ma' Brian Tonna dwarha, filwaqt li qalet li hi ma rat ebda tranżażżjoni. Aktar tard fix-xhieda qalet li kienet semgħat il-konverżazzjoni bejn Emilia Vacarui u Mehmet Tasli, imbagħad tgħid li fil-fatt kienet rat din it-tranżazzjoni, xi ħaġa li tmur kontra l-ewwel xhieda. Efimova ma setgħatx tikkonferma l-ammont ta' $1,017,000 imsemmijin fl- artiklu ta' Caruana Galizia. Kif iddeskriva l-irwol ta' Daphne Caruana Galizia f 'din l-istorja kollha l-Maġistrat Bugeja? Il-Maġistrat qal illi mill- kitbiet ta' Daphne Caruana Galizia "jirriżulta li hija kienet qiegħda temmen dak li qaltilha Maria Efimova. Anzi jista' jkun ukoll li Daphne Caruana Galizia riedet temmen dak li tgħid li qaltilha Maria Efimova..." parti minn tiftakarx.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018