Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Sports 31 nagħtu logħba tajba, irraġunajna li wara kollox ma kellna xejn x'nitilfu u ridna nuru l-potenzjal tagħna. Naħseb dik ir-reazzjoni ħasdet lill-Beltin u kienet logħba ta' emozzjonijiet kbar tant li rbaħna 4-2 filwaqt li għaddejna għas- semi-finali. Tista' taħseb il-ferħ li ħassejna bħala plejers u kumitat meta spiċċat il-partita. Fis-semi-finali ltqajna ma' ostaklu ieħor ferm iebes Swieqi Futsal, tim b'talenti kbar u ta' xewka għal kull avversarju. Xtaqna nuru wkoll li kapaċi naslu sal-finali. Ippreparajna sew għal din il-logħba u anke hemmhekk irnexxielna niksbu suċċess. Kellna pjan fejn ridna nikkontrollaw lill-avversarji tagħna li kellhom plejers rinomati u rnexxielna nagħmlu dan kollu b'suċċess. Stajt nara li r-reazzjoni tal-plejers kienet waħda aggressiva u jien li kont mal-ispettaturi, peress li dakinhar kont sospiż tista' tgħid li kont fis-seba' sema meta spiċċat il-partita. Niġu issa għall-finali tan-KO kontra Luxol. Intom irnexxielkom tirbħu lill-favoriti netti ta' din il- kompetizzjoni bi skor konvinċenti. Iżda x'kienu l-ingredjenti prinċipali biex wasaltu għal dan it-trijonf? Niddeskrivi din ir-rebħa bħala storja ħelwa ta' tim li bl-Ingliż jissejjaħ underdog. Aħna dejjem irrispettajna l-avversarju kemm jekk hu ta' livell aħjar minna kif ukoll dak inqas minni. Kulħadd kien jaqtagħna bħala tim dgħajjef filwaqt li ħadd m'emmen li stajna nirbħuha. Aħna mmirajna li nkunu aggressivi filwaqt li nippruvaw nirbħu kull ballun possibli. Nemmen illi l-għaqda u l-kuraġġ li kellna kienu l-ingredjenti prinċipali li bihom aħna rbaħna KO. Lejn l-aħħar konna ferm magħqudin flimkien u ħdimna ħafna psikoloġikament mal-plejers billi tajnihom kuraġġ u u għedna li konna kapaċi daqshom biex nilagħbu tajjeb. U hekk wasal is-suċċess tagħna! Intom tim li huwa magħmul purament minn dilettanti. Minkejja kollox għandkom organizzazzjoni wisq professjonali bil-plejers illi jirsistu ħafna fis-sessjonijiet ta' taħriġ li tagħmlu. Però x'inhu s-sigriet ta' dan is-suċċess kollu? Jien naħseb li s-sigriet tagħna huwa s-sens ta' komunità. Tinsiex li ħafna mit-tim huma studenti tal- Università fejn ikollna lezzjonijiet flimkien, attivitajiet u ħafna affarijiet li jgħaqqduna flimkien. Għandna sens ta' ħbiberija sinċiera flimkien u minn hemm tiġi l-għaqda u s-suċċess. Parti mis-suċċess tagħkom bla dubju jmur għall-kowċ tagħkom Kyle Sultana li minkejja l-età żgħira tiegħu għandu tattika perfetta minkejja forsi l-kritika li rċieva li m'għandux esperjenza. Ma' Kyle għandna relazzjoni tajba ħafna. Xi kultant nikkunsidrah bħala ħija. Huwa wera li huwa umli biżżejjed li jammetti fejn żbalja u dejjem jibni fuq it-tajjeb li tant jagħmel. U meta jkollok kowċ umli li jrid dejjem jitgħallem u qatt ma jitlagħlu s-suċċess għal rasu. Aħna min-naħa tagħna kkonfermajnieh għal staġun ieħor għax nemmnu bħala kumitat li jista' jkompli jżid il-profil personali tiegħu u dak tat- tim. Kif tarah il-livell tal-futsal f 'pajjiżna? Bil-format kif inhu tal-kampjonat, bir-riżorsi umani u bl-infrastruttura li teżisti naħseb li hemm bżonn nagħmlu rifundazzjoni mill-ġdid u niċċaqalqu ftit għax inkella qed nirriskjaw nibqgħu fejn aħna. Bl- FMA li hija komposta minn tnejn min-nies naħseb li hemm bżonn li nagħmlu l-pass li jmiss. Hemm bżonn li jkun hemm aktar nies li jgħinu fl-operat sabiex jibbenefikaw dawk kollha involuti f 'din il-logħba tant sabiħa. Jekk kulħadd jagħti s-sehem tiegħu persważ li din l-assoċjazzjoni tista' tikber. Rigward l-infrastruttura ma narahiex aċċettabbli li titħassar logħba li qed tintlagħab indoor u titħassar minħabba x-xita. Importanti li din il-problema li ilha għaddejja, tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli. Naħseb li hemm rieda sħiħa mill-klabbs kollha biex ikun hemm it-titjib meħtieġ. Ġieli ġietek f 'moħħok l-idea li tikkontesta għal xi kariga fl-FMA? 'Il quddiem ma neskludi xejn iżda bħalissa ffukat fuq affarijiet oħra kemm personali kif ukoll professjonali u għalhekk ma tantx għandi moħħ. Minkejja kollox ladarba nkun liberu minn ċerti affarijiet ma tkunx xi ħaġa kbira li nagħti daqqa t'id sabiex nara dan l-isport jikber dejjem aktar. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lill-partitarji tat-tim tagħkom li jiġu bi ħġarkomjarawkom kemm fil-bnazzi kif ukoll fil-maltemp. Il-partitarji tagħna huma leali ħafna magħna. Aħna ninsabu kuntenti li jkollna attendenza tajba kull meta nilagħbu. Huma jemmnu fina u aħna nirringrazzjawhom tal-kuraġġ u anke l-involviment tagħhom fil-kumitati u l-organizazzjoni. Aħna ġenerazzjoni attiva fil- komunità tagħna u dan nemmnu fih bis-sħiħ u b'hekk nista' ngħid li aħna tim ta' nies magħquda u miexja fit-triq it-tajba. tal-Università huwa s-sens ta' komunità' Huwa l-eks president tat-tim tal-futsal tal- Università. Flimkien ma' oħrajn kien xprun ewlieni biex welled u wassal lill-istess tim għal suċċess inkredibbli fosthom bir-rebħ tan-knock-out matul l-istaġun li għadda. Huwa gradwat bħala Avukat u għandu għal qalbu ferm lit-tim tal-futbol ta' Napoli -Italja. DR STEFAN CUTAJAR Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018