Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887
Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum Ylenia Carabott imkien mal-president ta' Birkirkara FC, Frank Zarb Ritratt - www.birkirkarafc.com "Hu unur għalija li għandi l-opportunità li nilgħab għal Birkirkara" - Ylenia Carabott Minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, Birkirkara rnexxielhom jagħmlu wieħed mill- akbar akkwisti fil-futbol tan-nisa meta akkwistaw lil Ylenia Carabott mingħand Hibernians b'self sal-aħħar tal- istaġun. Carabott żgur ma għandha bżonn l-ebda introduzzjoni, hekk kif rebħet it-titlu tal-aqwa skorer disa' darbiet, tmienja b'mod konsekuttiv bejn l-2009 u l-2017, u hi kkunsidrata fost l-aqwa attakkanti li l-futbol tan- nisa f 'pajjiżna qatt kellu. Hi skorjat 334 gowl minn 257 logħba. Ylenia Carabott hi membru integrali tat-tim nazzjonali Malti tan-Nisa, u minn meta għamlet id- debutt lura fl-2005, skorjat xejn inqas minn 19-il gowl fi 73 logħba. Hi tista' tilgħab f 'kull pożizzjoni fl-attakk u għalhekk l-Istripes se jkunu aktar b'saħħithom illum. Dan hu t-tieni akkwist ta' Birkirkara wara l-akkwist ta' Kailey Willis. Carabott mistennija tagħmel id-debutt tagħha ma' Birkirkara fi Grupp 6 tal-UEFA Champions League tan-Nisa li se jintlagħab bejn is-6 u t-13 ta' Awwissu fl-Ukrajna. Birkirkara tinsab fil-grupp flimkien ma' Olimpia Cluj tar-Rumanija, WFC Khakhiv tal-Ukrajna u Cardiff Met ta' Wales. L-ILLUM tkellmet ma' Ylenia Carabott innifisha rigward kif qed tħares lejn din l-esperjenza ġdida fil- karriera tagħha fejn saħqet li: "Hu unur għalija li għandi l-opportunità li nilgħab għal Birkirkara - wieħed mill-aqwa klabbs li hawn Malta. Fl-istess ħin hija opportunità sabiħa li Birkirkara tawni ċ-ċans li nieħu sehem fiċ- Champions League. Mil-lat personali żgur mhux ħa tkun faċli wara dak iż-żmien kollu nilgħab ma' Hibernians għax dejjem ħdimt magħhom kollettivament għal għan wieħed. Madankollu, sfortunatament l-affarijiet jinbidlu u ma jkollokx kontroll fuqhom u qed inħares 'il quddiem għal dawk il-logħob deċisivi għax minn issa bdejt naħdem għall-istess objettiv mal-klabb il-ġdid tiegħi."