Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 23 TV/Ċinema WARA s-suċċess kbir li s-serje Mission Impossible (1966 - 1973) għamlet fuq it-televiżjoni, fl-1996 ġiet addattata għal fuq il-liżar il-kbir. Ir-reazzjoni tal- pubbliku kienet l-istess u b'hekk, wara 22 sena, wasalna fis-sitt film, Mission Impossible: Fallout . Fattur importanti għal dan hu Tom Cruise, attur maħbub mill- ispettaturi u li professjonalment, emozzjonalment u istintivament, bħala l-mexxej tal-grupp, Ethan Hunt, tassew inkarna din il-parti. Kull film f 'din is-sensiela ċinematografika jipprova jiżboq lil ta' qablu u dan is-sitt episodju hu wieħed tassew eżileranti, bi storja interessanti u topika, azzjoni u stunts impekkabbli. Id-direttur ta' din il-produzzjoni, Christopher McQuarrie, hu l-istess wieħed ta' Mission Impossible: Rogue Nation (2015). Missjoni tal-IMF (Impossible Mission Force) tispiċċa ħażin meta Solomon Lane (Harris) jirnexxielu jiskappa meta jkun maqbud. Hunt u t-tim IMF jingħaqdu ma' August Walker (Cavill), assassin tas-CIA biex jippruvaw jevitaw diżastru nukleari ta' proporzjon terribbli. Sadanittant, is-CIA jibda jiguhom dubbji mill-lealtà' u l-mottivi tiegħu. Hu jsib ruħu, flimkien ma' sħabu, maħrub f 'ġirja sfrenata kontra l-ħin, mfittex kemm minn xi kriminali u kemm mill-alleati tiegħu ta' qabel, fl-istess ħin jipprova jwaqqaf negozjant tal-armi u l-grupp ta' terroristi tiegħu magħrufa bħala The Apostles milli jwettqu attakki nukleari f 'salt, b'bombi tal-plutonju fuq il-Vatikan, Gerusalemm u l-Mecca fis-Sawdi Arabja. Mission Impossible: Fallout jiżviluppa b'ħerqa tremenda u b'diversi set-pieces ta' azzjoni gwappa, kif ukoll dejjem b'mod mill-aktar divertenti. Atturi bħal Ving Rhames, Simon Pegg, Rebecca Ferguson, Sean Harris, Michelle Monaghan, bħala mart Cruise, u Alec Baldwin jerġgħu jinterpretaw l-istess irwol tal-films ta' qabel. Dan hu wieħed mill-isbaħ films tas-serje Mission Impossible, forsi wkoll l-aħjar wieħed, bl-aħħar nofs siegħa b'azzjoni spettakulari li ma' taqta' xejn li taqtagħlek nifsek. Mission Impossible: Fallout Atturi Ewlenin; Tom Cruise; Henry Cavill; Ving Rhames; Simon Pegg; Rebecca Ferguson; Sean Harris; Angela Bassett; Vanessa Kirby; Michelle Monaghan; Alec Baldwin. Direttur: Christopher McQuarrie. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 147 min. Ċert. 12A. Carmel Bonnici Il-films għal din il-ġimgħa ISSENSIEL A animata, Hotel Transylvania waslet fit-tielet puntata tagħha. F'din il-lukanda ta' Dracula jalloġġjaw kull speċi ta' mostri li kienu mwer wrin mill-umani, sakemm Mavis, it-tifla tal-prinċep tal-vampiri tiżżewweġ lill-uman, Johnny. Wara li Dracula sar nannu, il-familja kollha u dawk li hemm fil-lukanda se jmorru ġita fuq vapur lussuż, biex jibdlu l-ambjent u jistrieħu ftit ukoll. Hotel Transylvania 3: Summer Vacation jiffoka fuq dan il-vjaġġ tassew avventuruż. Il-grupp kolu verament qed iqatta' l-ħin medi b'kull xorta ta' logħob u divertiment gwapp kif dan il-cruise jaf jipprovdi. Drac (vuċi ta' Sandler), li ilu jħoss ruħu waħdu u melankoliku, jitfa' għajnejh fuq Ericka, il-kaptana bjonda, sabiħa u żvelta ta' dan il-bastiment. Tant jintilef warajha u tant hi qed taljenah, li tkun Mavis (Gomez) li tinduna li hemm xi ħaġa stramba u mhux f 'postha. Il-bużnannu ta' Ericka, Abraham Van Helsing kien kaċċatur tal-vampiri, l-għadu l-aktar aħrax ta' Drac, u din issa qed tħejji pjan biex teqred lill-mostri kollha. L-idea li Drac u l-kumplament, wara żewġ films, joħorġu mil-lukanda hi tajba u toffri skop għall-aktar avventuri sajfin varji anki fuq gżira eżotika. Din id-darba, bi Dracula ċċassat u miblugħ wara l-ispirituża Ericka, tkun Mavis, it-tifla li tkun ikkonċernata dwar il- ħarsien ta' missierha u l-grupp kollu. Kif fil-film il-mostri kollha jgħaddu minn xalata grandjuża, hekk ukoll il- familji li jmorru jarawh. Hotel Transylvania 3: Summer Vacation Vuċijiet Ewlenin: Adam Sandler; Andy Samberg; Selena Gomez; Kevin James;; David Spade; Steve Buscemi. Direttur: Genndy Tartakovski; Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 97 min. Ċert. P.G. Expedition Unknown: Viking Special | 22:00 on Travel Channel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018