Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Sports 27 Matthew Abela - il-preżent u l-futur tal-Badminton f'Malta Minn Cristian Antony Muscat MATTHEW Abela huwa atleta ta' 19-ilsena li qed jagħmel minn kollox biex jilħaq il-miri tiegħu fil- karriera tal-badminton. Huwa persuna li jħobb jiskopri postijiet ġodda, iħobb il-kumpanija, però jkun irid dak il-ftit ħin waħdu għall-kwiet ukoll. F'din l-intervista se nkunu qed nafuh aħjar. Kif bdiet l-im¬ħabba tiegħek lejn il-badminton? Minn ta' età żgħira kont nħobb immur nara lil missieri waqt it-taħriġ jew waqt xi kompetizzjoni tal-badminton. Darba fost l-oħrajn, Joanne Cassar, kienet se torganizza Summer Training Camp għall-Juniors, u missieri ddeċieda li jieħukemm lili kif ukoll lil hija Mark. Niftakar li kont ħadt pjaċir u ddeċidejt li nibda nitħarreġf 'dan l-isport. X'ġiegħlek tieħu dan l-isport bis-serjeta? Bdejt nipparteċipa f 'aktar tournaments lokali tal- Juniors, fejn anki bdejt nerbaħ xi logħob. Kont irbaħt ukoll it-titlu tal-U13, u hemmhekk ħassejt li kelli nieħu deċiżjoni … jew inkompli nipprattika l-football, jew nibda nitħarreġil-Badminton iktar bis-serjetà. Int l-izgħar atleta raġel li rebaħ titlu nazzjonali. Kif irnexxielek tasal għal dak ir-rizultat daqshekk kmieni fil-karriera tiegħek? Bdejt nitħarreġ kemm ma' Paola Badminton Club kif ukoll mal-Akkademja tal-Badminton. Dan fisser li kelli taħriġ fuq il-court kważi kuljum. Iżda apparti dan kont nagħmel ukoll taħriġ għal rasi bħal jogging, gym, kif ukoll video analysis ta' taħriġ u logħob tiegħi stess kif ukoll ta' players oħra internazzjonali. Bdejt ukoll nipparteċipa f 'tournaments barra minn Malta, dankomplajsaħħaħli il-kunfidenza u bdejt ukoll nġib riżultati iktar pożittivi , u fl-istess ħin ngħolli l-livell tiegħi. S'issa kellek ħafna esperjenzi u parteċipazzjoniet barra min Malta. Liema hi l-iżjed waħda għal qalbek? Fost il-ħafna esperjenzi tiegħi barra minn Malta, ma ninsa qatt żewg kompetizzjonijiet barra minn Malta: 1 European Sports Company Games 2017 meta flimkien mat-Team tal-badminton ta' Malta tal-MESA, irnexxielna nerbħu l-midalja tad-deheb f 'Gent, il-Belgju. Din kienet esperjenza sabiħa għalija, kemm għax irnexxieli nerbaħ il-logħob kollha tiegħi, kif ukoll għax kien hemm sapport tajjeb mit- tim kollu u kien hemm ambjent sabiħ bejn il-grupp kollu. 2 Algeria International Future Series 2018, fejn irnexxieli nerbaħ medalja tal-bronz fil- Men Singles. Kont sodisfatt l-iktar għax kienet l-ewwel darba li rnexxieli nkiseb midalja f 'tournament internazzjonali tal –kbar. Nafu li fil-badminton hemm tliet dixxilpini, Singles, Men's Doubles U mixed doubles. Liema hi l-favorita tiegħek u għaliex? Men's Singles hi dik li l-izjed tgħoġobni, għax tkun qed tiddependi fuq il-kapaċità personali fil- court u it-taħrig ikun iktar iffukat. Mixed Doubles ukoll tgħoġobni peress li hija logħba mgħaġġlau r-raġel irid ikun offensiv, waqt li l-mara iżjed tiffoka fuq preċiżjoni u difiża. Nafu li f 'Settembru tas- sena li għaddiet ġejt magħzul biex tkun parti minn proġett ġdid, imniedi minn Badminton Europe, "Centre of Excellence". Kif sejra din l-esperjenza? X'inhi d-differenza bejn it-training li jsir hemm u hawn Malta? X'progress qed tara fil-logħba tiegħek? Tirrakomanda din l-esperjenza lil plejers oħra? Din hija esperjenza pożittivaħafna, peress illi qed nitħarreġ fuq bażi professjonali bħal ma dejjem xtaqt u li minnha qed nitgħallem ħafna l-kapaċitajiet tiegħi u fejn nista ntejjeb il-livell tiegħi. F'din l-esperjenza għamilt ħbieb ġodda u bejnietna naqsmu l-idejat u nagħtu pariri siewja lil xulxin. Qeghdin nitħarrġu iktar fuq it-teknika, kif ukoll qed naħdmu ħafna fuq ħiliet tattiċi u nipprovaw nagħtu tifsira għal kull deċiżjoni (shot) li tittieħed waqt il- logħba, mentri hawn Malta konna niffokaw iktar fuq training fiżiku. Meta jkollok ħafna ħin f 'idejk tkun tista tkopri hafna iżjed affarijiet relatati mal-isport barra dawk ta'taħriġ normali fil-kumplessi sportivi u fil- gyms. Nemmen illi għamilt titjib kemm fit-teknika kif ukoll bhala kwalita' tax- shots (speed / precision). Qed naħdem biex nnaqqas l-iżbalji u li s-shuttle dejjem nipprova nieħdu minn fuq kemm jista jkun għal iktar kontroll tal-logħba. Bla dubju nirrakkomanda din l-esperjenza lill-plejers oħra peress illi hemm l-opportunità tgħolli l-livell tiegħek, tagħmel kuntatti godda, tagħraf il-limitazzjonijiet tiegħek, titħarreġ ma' players ta' livell għoli. Ma jfissirx li kollox ward u żahar, però atleti li jkunu preparati u determinati li jagħmluha, hija esperjenza li tkun ta' ġid kbir għall-individwu. X'inhuma l-aspettativi tiegħek ghal dan l-istaġun? Qed naspira li inkun ranked mal aqwa 300 tad-dinja, dan nipprova naghmlu billi nippartecipa f 'diversi tournaments internazzjonali. Wahda mil- miri tieghi kienet li jirnexxili nasal sal-kwarti tal-finali f 'tournament BWF circuit, dan l-għan irnexxieli niksbu fi Frar li għadda f ' tournament fl-Alġerija, għalhekk issa t-tir tiegħi huwa li navvvanza iktar 'il quddiem f 'tournaments ta' livell aktar għoli (International Series u International Challenge). Nixtieq ukoll inkompli ntejjeb it-teknika tiegħi fuq il-court u nibqa' n-numru wieħed f 'Malta. Nixtieq ukoll li għall- istagun li ġej nerġa' nikkwalifika għall-European Badminton Games li se jsiru f ' Minsk fil-Belarus. Taħseb li plejers tal- badminton jarawk bħala idolu u jipprovaw jimxi fuq il-passi tiegħek? Naf illi hemm atleti li jagħtu valur l-opinjoni tiegħi, però mill-banda l-oħra ma niddejjaq xejn meta dak li jkun jisma l-opinjoni tiegħi però xorta jagħżel li jagħmel dak li jixtieq hu, ghax kulħadd jiddeċiedi hu x'tip ta' player irid ikun u dak li jgħodd għalija mhux bilfors jgħodd għal kulħadd. Tgħaddi xi messaġġlil dawk l-atleti li għandhom opportunita jmorru jagħmlu esperjenza professjonali barra min Malta? Jekk għandom iċ-ċans li jieħdu din l-esperjenza, jagħmluha, l-aqwa li jkunu jafu eżatt għal xiex se jidħlu. Importanti li dak li qed tagħmel tieħu gost tagħmlu u tibqa tagħmlu sakemm jtik sodisfazzjon. Nisħaq ukoll fuq kollox li ma taqtax qalbek jekk tfalli, iżda tagħmel kuraġġ, u tibqa' tistinka sakemm jirnexxielek. Matthew Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018