Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887
Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 | illum Sports 29 James Brincat bi studju profond fuq it-teknoloġija l-futbol Minn Cristian Antony Muscat ILPLEJER żagħżugħ tal-ogħla livell ta' Mosta James Brincat fil-ġimgħat li għaddew, ikkonkluda studju profond permezz ta' teżi rigward it-teknoloħija fosthom dik imsejħa 'Optim Eye S5' fil-futbol. Brincat innifsu tana iktar dettalji: "OptimEye S5 hi teknoloġija 'GPS' li tiġi milbusa fuq il-gear fuq dahar l-atleta.Taħdem b'dik li tissejjaħ 'real-time', jiġifieri li l-informazzjoni tkun għand l-utent aħħari dak il-ħin li qed isir il- proċess. Din it-teknoloġija wkoll primarjament tikkonsisti f 'nanotrak li tuża informazzjoni minn tipi differenti ta' 'sensors' bħal aċċellerometri, magnetometri u ġiroskopji sabiex tkejjel l-orjentazzjoni tal-plejer. X'ħin d-'data' tkun miġbura, is-sistema tikkonverti għal dak li jissejjah IMA - Inertial Movement Analysis fejn din tkejjel movimenti oħra tal-atleti waqt it-taħriġ jew anke logħob fosthom movimenti bħal waqfien f 'daqqa, qabżiet vertikali u anke bidliet f 'daqqa f 'direzzjoni. Mhux hekk biss iżda OptimEye S5 bl-għajnuna ta' IMA tkejjel l-għejja tal-atleta, allura tkun taf meta l-atleta jkun għajjien. Dan jgħin għaliex it-trejner fiżiku jkun jista' jifhem kif il-movimenti splussivi tal-atleta li għamel qabel ħa jaffettwaw prestazzjonijiet futuri. Meta tiġi għall-futbol, din it-teknoloġija tgħin lit-trejner fiżiku minn tliet aspetti differenti: analiżi tal-prestazzjoni, analiżi tal- injury u analiżi tattika. Fl-analiżi tal-prestazzjoni, OptimEye S5 tħalli lit- trejner fiżiku sabiex jagħmel użu tal-ħin disponibbli fit-taħriġ billi jillinkja testijiet tal-fiżika maż- żvilupp tal-ħiliet ('skill development') u b'hekk jipprovdu integrazzjoni tax-xogħol bejn l-istaff tal-kowċing u l-istaff mediku. Barra minnhekk is-sistema tista' timmodifika programmi bbażati fuq l-evidenza tal-plejer u timmonitorja t-taħriġ pjanat biex tassigura li l-plejers mhumiex jeżerċitaw ruħhom detrimentalment għat-twassil ta' logħba importanti. Fl-analiżi tal-injury b' Optim Eye S5 kull storja komprensiva ta' livelli normali tal-plejer hija kkompilata mill-utent u tista' tvarja skont il- prestazzjoni, bit-trejner fiżiku jifhem meta plejer qed jaqbeż limitazzjonijiet tollerabbli waqt ir- rijabilitazzjoni. Hekk ukoll bis-saħħa ta' din l-analiżi t-trejner fiżiku jkun jista' jipprevjeni injuries lil- plejers kif ukoll jgħin fil- proċess ta' rijabilitazzjoni. Fl-analiżi tattika, OptimEye S5 tista' tiċċekkja b'mod preċiż il-movimenti tal-plejer kif ukoll tat- tim bi preċiżjoni, minn ġewwa u minn barra u hija kompletament mingħajr wajer u tista' tinġarr kullimkien. Allura OptimEye S5 tgħin bħala strateġija vera wara x-xogħol tat-tim waqt it- taħriġ innifsu. Ta' nota huwa l-fatt li f 'Malta t-tim ta' Valletta F.C. biss jagħmel użu ta' teknoloġija simili, iżda mhux daqstant avvanzata. Din hi teknoloġija fejn hi utilizzata f 'ħafna timijiet barra minn Malta. OptimEye S5 hi teknoloġija li tista' tagħmel avvanzi kbar fil-klabbs hawn Malta għax tgħin lit-trejners fiżiċi jagħmlu taħriġ li tgħin lil kull plejer individwali u b'hekk ittejjeb kemm lill- plejer kif ukoll lit-tim. Christopher Rotin jirbaħ titlu Ewropewwaqt Gladiators Fight Night 20 MALTA kisbet unur ieħor fil-kickboxing hekk kif Christopher Rotin sar Champion Ewropew tal- World Kickboxing Network (WKN) fil-kategorija Welterweight, wara li rebaħ ġlieda kontra avversarju mill-Greċja waqt l-20 edizzjoni tal-Gladiators. Christopher Rotin, minn Ying Yang – Team Noel, iġġieled f 'isem Malta għal Pro European Title Belt tal-WKN kontra l-atleta Grieg Anis Antonin nhar il-Ġimgħa li għadda fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin. Kienet ġlieda missielta sal- aħħar, biż-żewġ atleti li taw il-massimu tagħhom. Rotin kellu jiffaċċja atleta ta' saħħa konsiderevoli li kien itwal minnu, u li huwa kkunsidrat fost l-aqwa fil-Greċja fil- kategorija tiegħu. Il-kowċ ta' Rotin, Master Noel Mercieca, qal li l-istrateġija ta' Rotin kienet li jidħol qrib ta' Antonin meta dan ikun se jattakka, biex ma jagħtihx ċans jaħdem. It-teknika tal-atleta Grieg spikkat l-iktar minn knee strikes li kienu frekwenti u perikolużi, iżda Rotin irnexxielu jżomm difiża tajba, u għadda biex rebaħ iċ-ċintorin. F'isem Malta wkoll ikkompeta l-atleta Shaun Falzon minn Malta Thai Boxing, li ssielet għal Pro International Title Belt tal-WKN fit-taqsima Middleweight kontra l-atleta Slovakk Jurah Vozar. Minkejja li Falzon kien jidher li qiegħed minn fuq, lejn tmiem l-ewwel round sfortunatament qala' knockout li kien jidher bħala 'lucky punch' tal-avversarju Slovakk, li iżda naturalment għadda biex jirbaħ iċ-ċintorin. Waqt l-istess serata ċ-Champion Ewropew Keith Azzopardi minn Ying Yang – Team Noel rebaħ il-Gladiators Title Belt fi ġlieda kontraMilos Anic minn Team Jalen. Iż-żewġ atleti f 'din il-ġlieda wkoll taw prestazzjoni mill-aqwa u ssieltu sal-aħħar, b'Azzopardi iżda jgħaddi biex jirbaħ. Fl-istess serata ġġieldu 14-il atleta oħra minnħamesklabbs f 'Malta, li pparteċipaw fi ġlidiet lokali u oħrajn internazzjonali, fosthom kontra atleti mill- Iżvezja, l-Italja u l-Belġju.Din ukoll kienet kisba għal dawn l-atleti Maltin, li rnexxielhom jirbħu l-ġlidiet kollha kontra l-atleti barranin.