Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tista' tiżvela illi l-FIAU mistennija titlob biex titneħħa l-immunità tal-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa. Dan se tagħmlu biex tkun tista' tidba proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu wara li ppubblika rapport tal- istess FIAU iktar kmieni din il-ġimgħa stess. Din mistennija tkun l-ewwel talba li qatt saret minn Malta biex MEP titneħħielu l-immunità, xi ħaġa li fil-fatt trid tgħaddi minn proċedura sħiħa, inkluż minn vot fil- Parlament Ewropew. Sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu illi filwaqt li l-FIAU se tkun qed tagħmel din it-talba, hemm probabilità li l-influwenza li Casa bena matul is-snin fil-Parlament Ewropew u bl-għajnuna tal-Partit Popolari Ewropew, it-talba biex titneħħielu l-immunità ma tintlaqax. Jekk tintlaqa' iżda u Casa jitlef l-immunità, l-FIAU tkun tista' tieħu passi kriminali kontrih, għalkemm hu xorta jkun jista' jżomm is-siġġu fil-Parlament Ewropew. L-FIAU, nhar it-Tnejn filgħaxija u wara li Casa ppubblika rapport illi hu jgħid li jinkrimina lill-Ministru Konrad Mizzi, qalet illi dak li għamel Casa se jagħmel ħsara lill-investigazzjoniijiet u jitfgħu uffiċjali tal-FIAU fil-periklu. Fakkret illi dak li għamel Casa huwa att kriminali u li l-pożiżżjoni tiegħu bħala Membru Parlamentari Ewropew ma tpoġġihx 'il fuq mil-liġi. It-tneħħija tal-immunità ta' MEP tgħaddi minn proċess sħiħ. L-ewwel awtorità kompetenti ta' Stat Membru, f 'dan il-każ l-FIAU, tistaqsi lill-President tal-Parlament Ewropew biex titneħħa l-immunità. Din it-talba tkun imħabbra fil-plenarja u naturalment Casa jkollu kull dritt jiddefendi l-immunità tiegħu. Sussegwentement, jitlaqqa' l-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew li jirrakomanda l-adozzjoni jew li tkun irriġettata t-talba tal-FIAU li titneħħa l-immunità. Jista' jkun illi l-Kumitat jerġa' jitlob lill- awtorità li tkun għamlet it-talba biex tispjega aħjar jew tikkjarifika t-talba tagħha. Il-membri jiddiskutu r-raġunijiet favur jew kontra kull proposta fil-plenarja u wara d-dibattitu jittieħed vot. Il-President mill-ewwel jikkomunika d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew lill-awtorità kkonċernata u lill- Gvern bid-deċiżjoni. Fil-Kumitat illi fih ikun deċiż jekk it-talba tal-FIAU għandhiex tkun aċċettata, bħala regola, ma jistax ikun hemm MEPs mill-pajjiż minn fejn hu l-MEP u lanqas MEPs mill-istess grupp poltiku, fil-każ ta' Casa, mill-Partit Popolari Ewropew. Huwa importanti li wieħed jagħmilha ċara illi jekk il- parlament Ewropew ineħħi l-immunità ta' Casa, dan ma jkunx ifisser li l-istess parlament sab lill-MEP ħati ta' xi ħaġa imma jkun biss fetaħ il-possibilità li l-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin jipproċedu. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn analiżi partikolari mid-Direttorat Ġenerali tal- Politika Interna tal-Parlament Ewropew ippubblikata fl-2014. Din tgħid kif hemm żewġ tipi ta' immunitajiet li MEPs igawdu minnhom, jiġifieri l-immunità assoluta u dik personali. Dik assoluta qiegħda hemm biex isservi ta' protezzjoni għal-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-Parlament Ewropew, hekk kif irrikonoxxut mill-Qorti tal-Ġustzzja tal-UE. L-immunità personali, meta applikabbli, tipproteġi lill-MEPs sakemm ikunu fil-kariga u l-għan hija li jkun żgurat illi l-mandat tagħhom ma jkunx imtellef minn akkużi li huma motivati politikament. L-MEP David Casa għamilha ċara illi xejn mhu se jagħlaqlu ħalqu. Fl-istqarrija tiegħu huwa qal li "l-FIAU qed tinsisti li jien niġi arrestat għaliex ippubblikajt ir-rapport tagħha. Din hi diżgustanti. Minflok jaġixxu fuq il-konklużjonijiet tar- rapport - u jieħdu passi kontra Konrad Mizzi - l-awtoritajiet Maltin spiċċaw għodda f 'idejn il-Gvern." "Jien mhux se nieqaf mill- ġlieda tiegħi għall-ġustizzja - irrispettivament mit-theddid li nirċievi. Il-pubbliku jixraqlu li jkun jaf il-verità kollha. Jien se nkompli nagħmel dak kollu li nista' biex nassigura li dawk involuti f 'korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jinġiebu quddiem il-ġustizzja," temm jgħid Casa. Talbiet ta' tneħħija ta' immunità lil hinn minn xtutna... L-aktar tneħħija ta' immunità ta' MEP li qajmet diskussjoni kienet dik fil- konfront tal-MEP Franċiża u Mexxej tal-Front Nazzjonali Marine le Pen. Dan minħabba li kienet akkużata illi inċitat il-mibegħda meta qabblet lil grupp ta' Musulmani jitolbu, mal-okkupazzjoni Nażista. Minkejja li l-immunità tkopri l-libertà tal-kelma, ir-regoli jgħidu wkoll li l-immunità ma tistax tintalab meta membru jinstab li wettaq offiża kriminali..." L-FIAU se titlob li titneħħa l-immunità ta' Casa bħala MEP ...dan biex tieħu passi kriminali kontrih wara li ppubblika rapport li jgħid illi jinkrimina lil Konrad Mizzi UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Parti mill-Proġett: "ESF.02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jipprovdi taħriġ fir-Renju Unit lil persuni li jixtiequ jsiru: Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Genetic Counsellors (Grad ta' Masters) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal-Ewropa Ċentrali) tal- Ġimgħa, 10 ta' Awissu 2018 fis-sit https://recruitment.health@gov.mt/ UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Parti mill-Proġett: "ESF.02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jipprovdi taħriġ fir-Renju Unit lil persuni li jixtiequ jsiru: Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Genetic Counsellors (Grad ta' Masters) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal-Ewropa Ċentrali) tal- Ġimgħa, 10 ta' Awissu 2018 fis-sit https://recruitment.health@gov.mt/ Parti mill-Proġett: "ESF.02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs", il-Ministeru għas-Saħħa għandu fondi Ewropej biex jip- provdi taħriġ fir-Renju Unit lil persuni li jixtiequ jsiru: Orthoptists (Grad ta' Baċellerat) Optometrists (Grad ta' Baċellerat) Genetic Counsellors (Grad ta' Masters) Il-proġett ikopri taħriġ barra minn Malta, kotba u apparat neċessarju jiġu pprovduti, titjiriet tal-ajru, stipendju waqt li tkun barra minn Malta, impieg u salarju waqt it-taħriġ u impjieg għal min itemm dan it-taħriġ b'suċċess. Iktar informazzjoni fuq dan it-taħriġ jista jiġi aċċessat mis-sit tal-gvern http://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/ESF-projects.aspx jew billi iċċempel fuq +356 2545 6831 or +356 2545 6886 Dawk interessati għandhom jissottomettu l-applikazzjoni sa mhux aktar tard minn nofsinhar (Ħin tal-Ewropa Ċentrali) tal- Ġimgħa, 10 ta' Awissu 2018 fis-sit https://recruitment.health@gov.mt/