Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

Aħbarijiet 14 INNEGOZJANT Carmel Polidano, magħruf bħala ċ-Ċaqnu, inħeled mill- akkużi kriminali li tressqu kontrih meta tigra kienet attakkat u kkawżat ġrieħ gravi f 'wiċċ tifel ta' tliet snin fil-Park tal-Annimali f 'Montekristo Estate. Polidano, flimkien ma' Michael Mercieca u Muhammed Saleem, li kien qed jieħu ħsieb it-tigra, kienu qed jiġu akkużati li l-inċident seħħ minħabba traskuraġni tagħhom. Iċ-Ċaqnu waħdu kien akkużat ukoll li qed iżomm annimali perikolużi f 'zoo bla liċenzja u li anke sar reċidiv. Il-każ kien seħħ fit-28 ta' Novembru tal-2015 waqt li t-tigra kienet inħarġet mill- gaġġa tagħha biex tittieħed dawra. 'Tigra waħda ma tagħmilx zoo' Waqt li kkwota mil-liġi, il- Maġistrat Joe Mifsud osserva li zoo huwa deskritt bħala stabbiliment li fih jinżammu għadd ta' annimali selvaġġi għall-wiri għal sebat ijiem jew aktar fis-sena. Iżda tigra waħda ma tagħmilx zoo, qalet il-Maġistrat. Insista li hu kellu quddiemu ritratt ta' annimal wieħed, ma kien hemm l-ebda prova li kien hemm aktar annimali fil-park u ħadd ma ppreżentalu lista tal-annimali. 'Il-Prosekuzzjoni ma approvatx li kien hemm zoo' "Il-prosekuzzjoni sparat f 'saqajha," qal il-Maġistrat waqt li spjega li bl-ebda mod ma pprovat li l-park tal-annimali kien ilu jopera għal aktar minn sebat ijiem kien tgħid il-liġi. Il-Maġistrat insista li mill-informazzjoni jirriżulta li l-pubbliku kien daħal darba biss fiż-zoo. Dwar Polidano, il-Maġistrat qal li ma sabx biżżejjed evidenza li turi li kien hu li ordna li t-tigra tinħareġ mill- gaġġa. Iċ-Ċaqnu jeħlisha u jaqlagħha l-impjegat Minkejja dan, Muhammad Saleem instab li aġixxa b'negliġenza meta ħa t-tigra għal mixja b'żoni aċċessibbli mill-pubbliku. Waqt li nnota li l-akkużat laħaq ftehim barra mill-Qorti mal-vittma, din tatu l-libertà kkundizzjonata għal 3 snin u anke ordnatlu jħallas l-ispejjeż tal-każ. TLIET tfajliet ttellgħu l-Qorti wara li nhar is-Sibt li għadda kellhom xi jgħidu ma' studenta Franċiża, kaxkruha minn xagħarha, kisrulha jdejha u li kieku ma kienx ħabib tal-vittma li mar iferraqhom, kienu se jagħtuha n-nar. Il-każ seħħ f 'Paceville meta t-tliet tfajliet Spanjoli stennew lill-vittma, li għandha 24 sena, biex toħroġ mill-bar. Meta twaqqfu mill-ħabib tal-vittma, l-akkużati ħarbu minn fuq il-post iżda ġew arrestati ftit tal-ħin wara fil-lukanda fejn kienu qed jgħixu. It-tfajliet akkużati għandhom 18, 17 u 16-il sena. Huwa kienu akkużati, fost oħra li qajmu kjas bil-għan li jikkommettu umiċidju, li kkawżaw ġrieħi gravi fuq il-vittma u li kisru l-paċi pubblika. L-Avukati tagħhom qalu li l-akkużati se jkunu qed iwieġbu ħatja. Il-Qorti sabithom ħatja li kkawżaw ġrieħi gravi fuq il-vittma u li kisru l-paċi l-pubblika u tahom sentenza ta' 3 snin libertà kkundizzjonata. 'Nittama li bis-saħħa ta' dan il-każ tikbru,' temm jgħidilhom il-Maġistrat. illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, jilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Għalliem Supplenti fi biex jiservi f'Malta u/ jew Għawdex għal perijodu definit fuq bażi full-time jew part- time, kif u meta jkun meħtieġ. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-Għalliem Supplenti f'wieħed jew aktar missuġġetti li jidhru hawn taħt: - Ingliż - Disinn u Teknoloġija - Fiżika L-applikazzjonijiet flimkien ma' aktar dettalji huma disponibbli fuq is-sit edurecruitment.gov.mt Jekk teħtieġ assistenza ġentilment ikkuntattjana fuq in-numri tat-telefon 25982463 jew 25982461. SEJĦA GĦALL-GĦALLIEMA SUPPLENTI MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL Kaxkru tfajla minn xagħarha u ppruvaw jagħtuha n-nar f 'Paceville Il-Qorti tgħid li ma hemmx biżżejjed provi u teħles liċ-Ċaqnu minn akkużi kriminali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018