Illum previous editions

illum 29 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1008887

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 29 ta' Lulju 2018 16 Opinjoni Fil-PN: Lawrence Gonzi l-medjatur A drian Delia, Kap tal-Oppożizzjoni, huwa u jistkenn bejn attakk u ieħor li huwa soġġett għalihom bħalissa, diversi drabi ġie rrappurtat jgħid li ħadd mhu ikbar mill-partit. Naħseb li jemminha din id-dikjarazzjoni għax jidher li jgħidha b'ċerta konvinzjoni. Fir-realtà l-affarijiet huma ħafna differenti minn hekk. Għax ilu li spiċċa ż-żmien li l-mexxej jordna u l-bqija jimxu warajh b'għajnejhom magħluqa. Partit politiku hu kbir jew żgħir skont kemm jirrispetta lil dawk fi ħdanu. Għax jekk ma jirrispettax lilhom, kif qatt jista' jirrispetta lil dawk barra minnu? Il-Partit Nazzjonalista jidher li għadu ma tgħallem xejn mill- esperjenzi tal-konfront li kellu ma' Franco Debono li l-enerġija tiegħu, flok ma ġiet utilizzata favur inizjattivi kostruttivi spiċċat intużat biex toħloq ħerba. Kien hemm mumenti fis-saga Franco Debono li l-PN seta' jevita din il-ħerba, jew tal- inqas inaqqas il-konsegwenzi negattivi, imma minflok, il-Kap tal-PN ta' dakinhar Lawrence Gonzi għamel żbalji wieħed wara l-ieħor: ipprova jpoġġi lil Franco Debono f 'rokna u minflok spiċċa fir-rokna huwa. Il-Parlament, dakinnhar, fl-2012, kellu quddiemu żewġ mozzjonijiet. Waħda kienet imressqa mill-membri parlamentari Josè Herrera u Michael Falzon għall- Oppożizzjoni Laburista, liema mozzjoni kienet kritika tal- politika tal-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern u kienet tikkonkludi b'dikjarazzjoni ta' sfiduċja f 'Carm Mifsud Bonnici, dakinhar Ministru. Il-mozzjoni l-oħra kienet imressqa minn Franco Debono u filwaqt li kienet ukoll kritika tal-politika tal-Gvern fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern ma kienet titlob l-ebda sfiduċja iżda kienet titlob diskussjoni fuq numru ta' inizjattivi f 'dawn l-oqsma. Is-sens komun iwasslek biex tikkonkludi li jekk kellek tagħżel bejn iż-żewġ mozzjonijiet kont tagħżel dik ta' Franco Debono bl-intenzjoni li tnaqqas kemm tista' l-konsegwenzi kif ukoll bit-tama li tiffoka fuq titjib fil-qasam taħt diskussjoni u forsi tikkontribwixxi biex tikkalma xi ftit is-sitwazzjoni. Nafu li Lawrence Gonzi poġġa fuq l-aġenda tal-Parlament il- mozzjoni ta' sfiduċja mressqa mill-Oppożizzjoni u dan, b'mod ċar, biex jisfida lil Debono. Iffaċċjat b'dan l-atteġġjament ta' Lawrence Gonzi, Franco Debono ma kellux għażla, irvella u daħal għall-isfida bir-ras nhar it-30 ta' Mejju 2012 meta vvota favur il-mozzjoni mressqa mill- Oppożizzjoni. Dan l-iżball tattiku ta' Lawrence Gonzi wassal għal konsegwenzi gravi fuq il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.Nafu kif is-seduti Parlamentari bejn Mejju 2012 u l-aħħar ta' dik is-sena kienu battalja kontinwa li spiċċaw bin-nuqqas ta' approvazzjoni tal-baġit. Jidher li l-PN ma tgħallem xejn minn dak l-iżball: forsi għalhekk Lawrence Gonzi jrid jagħmilha tal-medjatur biex jiggwida ftit lil Adrian Delia 'l bogħod mill- periklu li jidher li daħal għalih meta stieden lil Simon Busuttil biex jissospedi ruħu mill-Grupp Parlamentari! Lawrence Gonzi kellu Franco Debono wieħed. Wara żdiedlu Jeffrey Pullicino Orlando u mbagħad ingħaqad magħom ukoll Jesmond Mugliette. Kien hemm bosta oħrajn fil-grupp parlamentari li dakinhar kienu kritiċi tat-tmexxija ta' Lawrence Gonzi imma qatt, sa fejn naf jien, ma ppreżentaw front wieħed biex jikkontestaw l-arroganza fit-tmexxija tal-Partit. Parti minn dan kien minħabba li ma kellhomx uniformità ta' ħsieb u/ jew viżjoni. Jidher li l-affarijiet qed jinbidlu. Il-front komuni li qed jippreżenta parti mill-grupp parlamentari Nazzjonalista, illum b'solidarjetà ma' Simon Busuttil jista' jwassal lill-PN biex jiġi f 'sensih u tal-inqas jibda jirrispetta lil dawk fi ħdanu. Bla dubju hemm x'tgħid favur kif ukoll kontra dak li qed jinsisti dwaru Adrian Delia. Però żgur li mhumiex deċiżjonijiet li l-ewwel tħabbarhom f 'konferenza tal-aħbarijiet (ftit wara li jkun ħabbarhom Joseph Muscat) u mbagħad, iffaċċjat b'reazzjoni kuntrarja ddur fuq ta' madwarek għall-appoġġ. Id- deċiżjonijiet li qiegħed jaffaċċja l-Partit Nazzjonalista jirrikjedu diskussjoni serja li minnha ħadd ma għandu jkun eskluż. Forsi l-medjatur jgħallimhom, mill- esperjenza tal-iżbalji tiegħu. carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com Kummenti esklussivi miġbura mill-poodle għal Michelle Muscat Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Michael Brigulio: Nixtieq minn qalbi niskuża ruħi meta werżaqt waqt il-kampanja ta' Simon Busuttil u fuq kollox nikkundanna lil dawk li għajruni li jiena pinnur u purċinell. Lil Joseph ngħidlu keep up the good work u tagħtix kas li jien ipokrita bħalma kien missieri Lino. U minn qalbi ngħid, very sorry. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle CARMEL CACOPARDO Manuel Delia: Jiena Manuel nixtieq ngħid li għalkemm jien emmint lil Defni nemmen li Michelle onesta bħali u mhux kiesħa bħali. Nemmen li fuq kollox jiena b'dak li nikteb dejjem nipprova ngħin dak li jkun li jkun aħjar minni għax nifhem li bħali ma hawn ħadd. U bħalma tgħid il-mara tiegħi minn La France, je ne regrette rien. Pia Zammit: Minn qalbi ngħid kemm ħadt pjaċir li inti m'intix il-persuna responsabbli għall-kont Egrant. Jien dejjem kont nemmen jaħasra li inti qed tgħid il-verità mhux bħalma kienet tagħmel Defni. Għax miskina Defni kellha problema kbira li tara kollox differenti u timmaġina ħafna. Jiena Michelle, I am sorry jekk tnejjikt bik. I promise li from now on, nitnejjek biss mir-raġel tiegħi li miskin ilu jieħu paċenzja bija. Jason Azzopardi: Michelle ma belle, I love you, I love you, I love you That's all I want to say Until I find a way I will say the only words I know that You'll understand Matthew Caruana Galizia: You Mother f***er, B****, A**, C*** Simon Busuttil: Jiena Michelle ser inkompli naħdem kontra l-korruzzjoni sakemm immut u għalhekk minn hawn ngħidlek li jien m'iniex sorry. Jonathan Ferris: Jiena qed nitlob whistleblower status biex inkun nista' nikxef kemm kont giddieb u kemm għandi taħwid. Pierre Portelli: Michelle, nassigurak li I am very sorry imma bħalma tista' timmaġina this is the art of war, u meta niġu għal dawn l-affarijiet I am very very ala ż**** Maria Efimova: Fuck you. Nicky Delia: Michelle, solidarjetà, kiss, kiss Rappreżentant ta' Occupy Justice: Disgusting Rappreżentant tal- Kenniesa: Shame on you. Rappreżent Kenniesa: on you. Rappreżentant tal-grupp Reżistenza: I want to leave this country. Jaqq L-Isqof Scicluna: Għadni qed nipprova insib dak il- mument opportun biex nikteb tweet, Michelle hi, imma you know hux? Bħalissa busy becoming a cardinal....

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 July 2018